INDHILBARRANI gKAP. 300.   1
KAPITOLU 300
Sostitwit: 
I. 1987.2. 
ATT DWAR INDHIL BARRANI
Biex jirregola l-limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet politici ta’ barranin, u
dan skond l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma  (1950) ghall-
Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali.
(1 ta’ Settembru, 1982)*
Sar ligi bl-ATT XI ta’ l-1982, kif emendat bl-Atti: XVII ta’ l-1982; XIII
ta’ l-1983 u I ta’ l-1987#.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Sostitiwit: 
I. 1987.3.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra -
"agent intermedjarju" tfisser kull persuna jew grupp ta’ persuni
illi, minkejja l-ghanijiet mistqarra taghhom, ikunu involuti
f’attivita politika, u tinkludi kull cittadin ta’ Malta li jkun residenti
barra minn Malta li jagixxi b’dan il-mod;
"Awtorita tax-Xandir" tfisser l-Awtorita tax-Xandir imwaqqfa
bl-artikolu 118 tal-Kostituzzjoni;
"barrani" meta tirreferi ghal individwu tfisser persuna li ma
tkunx cittadin ta’ Malta; meta tirreferi ghal ghaqda ta’ persuni, jkun
liema jkun il-mod ta’ kostituzzjoni guridika, tfisser kull ghaqda ta’
persuni bhal din li tkun direttament jew indirettament kontrollata
minn persuni li ma jkunux cittadini ta’ Malta, u tinkludi kull Stat
jew Gvern; u meta tirreferi ghal xandira tfisser kull xandira bhal
din imxandra minn stazzjon jew stallazzjoni li jkunu jinsabu barra
mit- territorju ta’ Malta u li ma tkunx awtorizzata mill-Awtorita
tax-Xandir;
"Kumitat ta’ Kontroll" tfisser il-Kumitat imwaqqaf taht dan l-
Att;
"Malta" ghandha t-tifsira moghtija lilha fl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet
barranin;
"persuna" tinkludi kull partit politiku, u kull organizzazzjoni
politika jew xort’ohra, istituzzjoni jew ghaqda li tkun;
"politiku" fejn ma tirriferix ghal partit, persuna, kazin jew
istituzzjoni simili ghandha tifsira ristretta ghal materji konnessi
ma’ l-elezzjonijiet f’Malta, jew li jistghu ragonevolment jitqiesu li
jinfluwenzaw dawn l-elezzjonijiet, u materji konnessi ma’ l-
affarijiet interni jew barranin ta’ Malta;
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif originarjament promulgat, liema
subartikolu gie mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet
Statutarji u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 461 ta’ l-1 ta’ Settembru, 1982. 
#Ara l-artikolu 9 ta’ l-Att I ta’ l-1987.
 2      KAP. 300.h      INDHILBARRANI
"programm" tinkludi reklam;
"xandira" tfisser xandira b’telegrafija minghajr fili jew bil-fili
jew bit-tnejn, u tinkludi xandira kemm ta’ smigh kif ukoll ta’
televizjoni. 
Attivitajiet ristretti. 
Emendat: 
XVII. 1982.2.
Sostitwit:
I. 1987.4.
3. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ebda
barrani ma jista’ jwettaq, jaghmel, izomm, jiehu parti fi, jghin jew
jassisti, jew jippermetti, xi attivita ristretta f’Malta.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att, "attivita ristretta" tfisser -
(a) kull attivita, jew partecipazzjoni f’xi attivita, ta’ xorta
politika jew li jkollha ghan politiku kull zmien waqt il-
perijodu li jibda minn disa’ xhur qabel id-data meta l-
Parlament kien ikun, sakemm ma jkunx gie xolt qabel,
xolt bis-sahha tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 76 tal-
Kostituzzjoni u d-data tal-pubblikazzjoni tar-rizultati
ta’ elezzjoni, jew f’kull zmien bejn ix-xoljiment tal-
Parlament skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 76 tal-
Kostituzzjoni u d-data tal-pubblikazzjoni tar-rizultati
ta’ l-elezzjoni;
(b) l-ghoti f’kull zmien, lil jew ghal beneficcju ta’ partit,
persuna, kazin jew istituzzjoni simili, ilkoll politici,
sew direttament jew permezz ta’ agent intermedjarju,
ta’ xi flus, taghmir jew materjal iehor, bhala rigal jew
mod iehor li ma jkunx kumpens ekwivalenti ta’ valur,
bl-eskluzjoni ta’ kotba u pubblikazzjonijiet ohra
mahsuba ghall-bejgh jew ghat-tqassim mhux b’mod
eskluziv jew principalment ghal Malta, hlief jekk dan
l-ghoti jkun awtorizzat mill-Kumitat ta’ Kontroll
skond dan l-Att:
Izda ebda haga f’dan is-subartikolu ma ghandha titqies li
tinkludi xi haga li meqjus il-valur taghha u kull cirkostanzi ohra,
tista’ tkun ragonevolment meqjusa bhala rigal ta’ natura bona fide
ta’ ebda sinifikat politiku.
(3) Attivita kif imfissra fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu ma ghandhiex tkun attivita ristretta f’kull zmien
iehor hlief dak imsemmi fl-istess paragrafu, sakemm min ikun bi
hsiebu li jwettaq jew jorganizza dik l-attivita javza bil-miktub minn
hamest ijiem qabel lis-Segretarju tal-Kumitat tal-Kontroll
imwaqqaf taht dan l-Att, izda s-Segretarju jista’ fid-diskrezzjoni
tieghu f’kaz urgenti jaccetta avviz bil-miktub fi zmien iqsar.
(4) Ebda disposizzjoni f’dan l-artikolu ma ghandha titqies
bhala li ghandha xi effett fuq l-attivitajiet diplomatici normali.
(5) Ebda disposizzjoni f’dan l-artikolu ma ghandha tkun
tapplika ghal xi attivita li tkun organizzata minn organizzazzjoni
internazzjonali li taghha l-Istat ta’ Malta jkun membru, bla hsara
madankollu ghall-kundizzjoni li jekk tkun attivita politika, din ma
tkunx organizzata minn grupp politiku partikulari li jkun jaghmel
parti minn dik l-organizzazzjoni.
INDHILBARRANI gKAP. 300.   3
Xandir ricevut 
f’Malta.
Emendat: 
I. 1987.5. 
4. (1) Meta programm barrani ta’ xorta politika mxandar
minn xi post barra minn Malta jigi ricevut f’Malta u, minhabba l-
lingwa wzata jew il-kontenut tal-programm, dik ix-xandira tista’
b’mod ragonevoli titqies li hi mahsuba biex tigi ricevuta
primarjament f’Malta, ebda persuna li tkun cittadin ta’ Malta jew li
tkun ordinarjament toqghod f’Malta ma tkun tista’, sew f’isimha
jew f’isem jew ghal xi persuna ohra, tiehu sehem f’xi xandira bhal
dik jew b’xi mod ikun li jkun tghin jew tassisti fl-eghmil ta’ dik ix-
xandira, jew taghmel xi haga li direttament jew indirettament tista’
tghin jew thajjar biex issir dik ix-xandira jew biex tigi ricevuta
f’Malta, u b’mod partikolari, izda bla hsara ghall-generalita ta’ dak
li ntqal qabel, tippubblika l-hinijiet jew dettalji ohra dwar xi
xandira bhal dik.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna li l-eghmil jew il-
vuci taghha jidhru jew ikunu riprodotti fuq xi programm imxandar
kif intqal qabel, hlief meta dik il-persuna tkun biss spettatur, titqies
li tkun hadet sehem fih kemm-il darba ma tippruvax li l-programm
kien irrekordjat minghajr it-taghrif taghha jew li l-programm kien
irrekordjat jew imxandar kontra l-istruzzjonijiet espressi taghha.
(3) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu izda bla hsara ghall-
generalita tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, persuna li
tirreklama, jew tinvita jew thajjar lil ohrajn biex jirreklamaw xi
oggetti, servizz jew xi hag’ohra fuq stazzjon tax-xandir li minnu
jixxandru programmi bi ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
titqies li tkun hadet sehem f’dik ix-xandira.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx jekk
ix-xandira ssir bil-permess jew bi qbil bil-miktub ta’ l-Awtorita tax
Xandir, moghti bi tharis tal-funzjonijiet taghha taht il-Kostituzzjoni
daqslikieku dik ix-xandira originat f’Malta, u bi tharis strett ta’ kull
kondizzjoni, limitazzjoni jew restrizzjoni li ghalih dak il-permess
jew qbil ikun gie suggett.
Pieni.
Emendat: 
I. 1987.6.
5. (1) Kull persuna barranija u kull persuna ohra li tghin jew
tassisti lil xi persuna barranija bhal dik, u kull persuna li tkun agent
intermedjarju li tagixxi bi ksur ta’, jew tonqos li tikkonforma ma’,
xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli msemmija qabel ta’
dan l-Att, jew li taghmel xi haga li ma tistax taghmel tahtu tkun
hatja ta’ reat kontra dan l-Att u ghal kull wiehed minn dawk ir-reati
tehel, meta tinsab hatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux izjed minn
elf lira, meta tinsab hatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas minn
elf lira u mhux izjed minn hamest elef lira u meta tinsab hatja t-
tielet darba jew wara, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn
sitt xhur u multa ta’ mhux izjed minn hamest elef lira, u, fil-kaz ta’
reat kontinwu kull meta tinsab hatja, multa addizzjonali ta’ mhux
izjed minn mitt lira ghal kull jum li matulu jkompli r-reat.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ xi ligi ohra dwar il-
konfiska, kull fondi, taghmir jew hag‘ohra mobbli tkun li tkun, sew
jekk ta’ l-istess xorta sew jekk le, mizmumin jew uzati ghal jew
dwar xi attivita ristretta jew xandira li ssir bi ksur ta’ xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ghandhom jigu konfiskati favur il-
Gvern, u dik il-konfiska ghandha tigi ordnata mill-qorti f’kull kaz u
sew jekk dawk il-fondi, taghmir jew haga ohra jkunu proprjeta ta’,
 4      KAP. 300.h      INDHILBARRANI
jew ikunu mizmuma jew uzati minn, il-persuna misjuba hatja jew
ikunu l-proprjeta ta’ jew ikunu wzati jew mizmuma minn xi
persuna ohra tkun min tkun, u sew jekk le.
(3) Ghall-finijiet ta’ l-artikolu 56 tal-Kostituzzjoni "indhil
barrani" tfisser kull reat li jsir kontra xi wahda mid-
disposizzjonijiet imsemmija qabel ta’ dan l-Att:
Izda f’kaz ta’ xandira barranija, ma ghandux jitqies li jkun
hemm indhil barrani bhal dan, jekk il-persuna jew il-partit politiku
li favur tieghu jew a beneficcju tieghu xandira bhal dik tkun saret
jew tkun mahsuba li ssir, jipprova li hu jew il-partit politiku, kif
ikun il-kaz, ma jkunx ghamel dik ix-xandira jew ma jkun b’ebda
mod ghin jew assista, qabel, matul, jew wara t-trasmissjoni, xi
persuna f’dik ix-xandira.
Kumitat ta’ 
Kontroll. 
Emendat: 
III. 1983.4, 5. 
Sostitwit: 
I. 1987.7. 
6. (1) Ghall-finijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, ghandu
jitwaqqaf Kumitat, li jkun maghruf bhala l-"Kumitat ta’ Kontroll",
li jkun maghmul mill-Ministru, u zewg membri li ghandhom ikunu
membri tal-Parlament u li wiehed minnhom ikun nominat mill-Prim
Ministru u l-iehor mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni.
(2) Dawk il-membri hekk nominati ghandhom jibqghu membri
tal-Kumitat minkejja li l-Parlament jista’ jkun gie xolt, u dan
sakemm jinhatru membri godda minflokhom.
(3) L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati ghandu jkun is-
Segretarju tal-Kumitat.
(4) Il-Kumitat ghandu jkollu l-funzjonijiet moghtija lilu b’dan
l-Att.
(5) Il-Kumitat ma ghandux jawtorizza li jigu ricevuti xi flus,
taghmir jew materjal iehor minn xi partit politiku hlief jekk dawn
ikunu bilancjati b’mod sew b’kontribuzzjoni simili jew ekwivalenti
lill-partiti politici l-ohrajn, meta wiehed iqis id-daqs ta’
rapprezentanza taghhom fil-Parlament, u d-decizjoni ghandha
tittiehed b’vot unanimu.
(6) Il-Kumitat jista’ jagixxi minkejja kull vakanza fost il-
membri tieghu, izda ma ghandux jagixxi sakemm ma jkunx hemm
mill-anqas zewg membri li jzommu l-kariga u mill-anqas zewg
membri jkunu prezenti waqt il-laqgha li matulha tittiehed id-
decizjoni.
(7) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
imsemmija qabel il-Kumitat jista’ jirregola l-procedura tieghu
stess.
(8) Il-Ministru ghandu mhux aktar tard mill-ewwel seduta tal-
Parlament wara l-hmistax ta’ Jannar ta’ kull sena jpoggi fuq il-
Mejda tal-Kamra rapport li fih juri kull awtorizzazzjoni moghtija
mill-Kumitat ta’ Kontroll skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
matul is-sena precedenti.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti.
Emendat: 
I. 1987.8.
7. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti - 
(a) biex jippreskrivu l-forma li ghandha tintuza ghall-
finijiet ta’ dan l-Att u kull haga ohra li tista’ tigi
INDHILBARRANI gKAP. 300.   5
preskritta taht dan l-Att;
(b) b’mod generali biex titwettaq ahjar kull wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ghal kull haga
incidentali jew supplementari ghalihom.
