 RATIFIKATA’TRATTATI gKAP. 304.   1
KAPITOLU 304
ATT DWAR IR-RATIFIKA TA’ TRATTATI 
Biex jipprovdi ghar-ratifika ta’ certi trattati.
(9 ta’ Marzu, 1983)*
Sar ligi bl-ATT V ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’ohra - 
"trattat" tfisser ftehim internazzjonali bil-miktub finalizzat bejn
Stati u li hu regolat bid-dritt internazzjonali, sew jekk maghmul
f’dokument wiehed jew f’zewg dokumenti jew iktar konnessi u
jkun x’ikun imsejjah;
u kull riferenza ghar-ratifika ta’ trattat ghandha tinkludi riferenza
ghal accessjoni ghal dak it-trattat u ghal kull ghemil jew mod iehor
li bih dak it-trattat jista’ jingieb fis-sehh.
Ratifika ta’ certi 
trattati mill-Kamra 
tad-Deputati.
3. (1) Meta trattat li tieghu Malta ssir parti wara l-bidu fis-
sehh ta’ dan l-Att ikun wiehed li jolqot jew ikollu x’jaqsam ma’ -
(a) l-istatus ta’ Malta fid-dritt internazzjonali jew it-
tizmim jew l-appogg ghal dak l-istatus, jew
(b) is-sigurta ta’ Malta, is-sovranita, l-indipendenza, l-
unita jew l-integrita territorjali taghha, jew
(c) ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ kull organizzazzjoni,
agenzija, assocjazzjoni jew korp iehor simili
multinazzjonali,
dak it-trattat m’ghandux jibda jsehh dwar Malta kemm-il darba ma
jkunx gie ratifikat jew ir-ratifika tieghu ma tkunx giet awtorizzata
jew approvata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Trattat li ghalih japplika s-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ghandu jigi ratifikat jew ikollu r-ratifika tieghu awtorizzata jew
approvata kif gej:
(a) meta dak it-trattat ikun dwar xi wahda mill-hwejjeg
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jew ikun fih xi disposizzjoni li
ghandha ssir, jew ghandha tkun infurzata bhala, parti
mil-ligi ta’ Malta, b’Att tal-Parlament;
(b) f’kull kaz iehor, b’Rizoluzzjoni tal-Kamra tad-
Deputati.
(3) Ebda disposizzjoni ta’ trattat ma ghandha ssir, jew ma
ghandha tigi nfurzata bhala, parti mil-ligi ta’ Malta hlief b’Att jew
taht Att tal-Parlament.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 128 tad-9 ta’ Marzu, 1983.
 2      KAP. 304.h       RATIFIKATA’TRATTATI
(4) Id-dokument tar-ratifika ghandu jinhareg taht il-firma tal-
Ministru responsabbli ghall-affarijiet barranin.
(5) Kull att ta’ Stat barrani dwar xi wahda mill-hwejjeg
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu ghandu jitqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra malajr kemm
jista’ ikun mill-Ministru responsabbli ghall-affarijiet barranin
flimkien ma’ mozzjoni li taghti opportunita lill-Kamra li turi l-
fehmiet taghha fuq dak l-att.
Il-Kamra tigi 
mgharrfa 
b’denunzja ta’ certi 
trattati.
4. Meta Malta ma tibqax, jew taghmel xi haga li biha ma
tibqax, parti fi trattat li jolqot jew ghandu x’jaqsam ma’ xi wahda
mill-hwejjeg imsemmija fil-paragrafu (a),  (b) jew (c) tas-
subartikolu  (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, il-Ministru
responsabbli ghall-affarijiet barranin ghandu jgharraf lill-Kamra
bil-fatt, u jaghti r-ragunijiet ghaliex ikun sar dan, ma’ l-ewwel
opportunita u f’ebda kaz mhux wara t-tieni seduta tal-Kamra wara
li jghaddi xahar mid-data tad-denunzja jew ghemil iehor li bih
Malta ma tibqax, jew ma tkunx ser tibqa’ parti fi trattat kif intqal
qabel.
Trattati ohra. 5. Ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tiftiehem li b’xi mod
tolqot is-setghat tal-Gvern dwar trattati li ghalihom ma japplikax
is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
