  RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 311.   1
KAPITOLU 311
ATT DWAR IR-RATIFIKA TA’ TRATTAT TA’ 
HBIBERIJA U KOPERAZZJONI 
BEJN MALTA U L-LIBJA
Biex jirratifika t-Trattat ta’ Hbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-
Libja.
(7 ta’ Dicembru, 1984)*
Sar ligi bl-ATT XXII ta’ l-1984, kif emendat bl-Att XXIII ta’ l-1990.
Titolu fil qosor. 
ta’ Hbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-Libja.
Ratifika ta’ Trattat. 
Emendat: 
XXIII. 1990.2. 
Kap. 304.
2. It-Trattat ta’ Hbiberija u Koperazzjoni bejn il-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta u l-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari
Socjalista, iffirmat fid-19 ta’ Novembru, 1984, u l-Protokol dwar
koperazzjoni fis-sigurta iffirmat fl-istess data, liema zewg
dokumenti qeghdin fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, u l-
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gemahirija
Gharbija Libjana Popolari Socjalista dwar Emendi relattivi ghall-
istess trattat u ffirmat fid-19 ta’ Frar, 1990, liema Ftehim jinstab
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li huma ftehim
internazzjonali li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-istatus ta’ Malta fid-
dritt internazzjonali, l-appogg ghal dak l-istatus u s-sigurta ta’
Malta, is-sovranita u l-integrita territorjali taghha, qed jigu b’dan
ratifikati ghall-finijiet u effetti kollha ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’
Trattati, u ghalhekk il-bdil tad-dokumenti ta’ ratifika bejn ir-
Repubblika ta’ Malta u l-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari
Socjalista qed jigi b’dan awtorizzat.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 985 tas-7 ta’ Dicembru, 1984.
    RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
2      KAP. 311.h    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
Emendata: 
XXIII. 1990.3.  L-EWWEL SKEDA
(ARTIKOLU 2) 
TRATTAT TA’ HBIBERIJA U KOPERAZZJONI 
BEJN 
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U 
L-GEMAHIRIJA GHARBIJA LIBJANA POPOLARI SOCJALISTA
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, 
u l-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista
1. Billi jixtiequ jzommu r-rabtiet ta’ hbiberija u r-relazzjoni strategika li
jezistu bejniethom, u r-rieda taghhom ghat-tishih u l-izvilupp tar-relazzjoni ta’
koperazzjoni fuq is-sisien ta’ beneficcju u gid reciproku bejn il-poplu Malti u l-
poplu Gharbi Libjan.
2. Billi jridu jibdlu l-Mediterran f’bahar ta’ paci u jikkoperaw biex jilhqu dan
l-ghan.
3. Meta titqies id-decizjoni tal-Poplu tar-Repubblika ta’ Malta li darba ghal
dejjem ma jibqax jaghmel il-parti ta’ hsara u umiljanti bhala bazi militari barranija u
li minflok isir pont ta’ hbiberija bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.
4. Jiddeciedu b’dan it-Trattat li jsahhu s-sigurta, il-hbiberija u l-koperazzjoni
reciproka bejn iz-zewg pajjizi, skond il-principji ta’ non allinjament u c-Charter tal-
Gnus Maghquda u ghalhekk jiftiehmu kif gej:
Artikolu 1
Il-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista u r-Repubblika ta’ Malta
jintrabtu li ma jiehdux sehem f’xi Alleanza Militari li tista’ tolqot l-interessi tas-
sigurta tal-parti l-ohra.
Artikolu 2
Malta tintrabat li ma thallix li bazijiet militari barranin jigu stabbiliti fit-territorju
taghha u tintrabat li ma thallix li t-territorju taghha jintuza militarment kontra s-
sigurta u l-integrita territorjali tal-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista.
Artikolu 3
Il-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista tintrabat li tirrispetta u taghti l-
appogg taghha ghan-newtralita ta’ Malta u li tghin lil Malta kull meta l-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta b’mod car hekk jitlob f’kazijiet ta’ theddid jew eghmejjel ta’
aggressjoni kontra l-integrita u s-sovranita territorjali ta’ Malta.
Artikolu 4
Minhabba l-importanza tal-viabbilta ekonomika ta’ Malta qed jigi miftiehem li
jkun hemm promozzjoni ta’ koperazzjoni ekonomika fl-oqsma ta’ joint ventures,
bdil kummercjali bilancjat, u l-uzu tax-xoghol tal-haddiem Malti. Ghal dan il-ghan,
ftehim fl-oqsma tad-difiza, tat-taghrif u ta’ l-ekonomija jkunu jaghmlu parti integrali
minn dan it-Trattat.
  RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 311.   3
Artikolu 5
Iz-zewg nahat jahdmu biex ikun hemm zvilupp ta’ koperazzjoni bejniethom fl-
oqsma tat-taghrif u tal-kultura bil-ghan li jkun hemm rabtiet akbar bejn iz-zewg
popli. 
Artikolu 6
Iz-zewg nahat jaghmlu konsultazzjonijiet bil-ghan li jersqu lejn xulxin dwar il-
mod kif jaraw kwistjonijiet politici, ekonomici, ta’ sigurta u internazzjonali li jolqtu
l-interessi taghhom sew direttament jew indirettament, u jaghmlu l-almu taghhom
biex jappoggaw lil xulxin dwar kif jaraw dawn il-kwistjonijiet kull meta jkun hemm
il-htiega ghal dan l-appogg reciproku.
Artikolu 7
Iz-zewg nahat jaghmlu kull ma jistghu biex jikkordinaw l-isforzi taghhom fiz-
zamma ta’ paci u sigurta internazzjonali, b’mod specjali fir-regjun tal-Mediterran, u
jenfasizzaw il-lealta taghhom ghall-principji u l-ghanijiet tal-Gnus Maghquda u Non
Allinjament.
Artikolu 8
Iz-zewg nahat jiftiehmu li jwaqqfu Kummissjoni Mista li tiltaqa’ fuq livell
Ministerjali darba f’Valletta u darba fi Tripoli, ghall-anqas darba kull sitt xhur, biex
jirrivedu l-progress fl-oqsma ta’ koperazzjoni hawn fuq imsemmija u sabiex tkun
ippjanata u jaraw li ssir l-implimentazzjoni ta’ koperazzjoni f’setturi godda.
Artikolu 9
Kull differenzi bejn iz-zewg nahat li jistghu jinqalghu mill-interpretazzjoni ta’
dawn id-disposizzjonijiet jintlahaq ftehim dwarhom bhal ahwa.
Artikolu 10
Dan it-"Trattat" huwa ghal hames snin u jiggedded awtomatikament ghal perijodi
ohra ta’ hames snin-il wiehed sakemm hadd miz-zewg nahat ma juri x-xewqa bil-
miktub li jbiddel xi parti minnu jew ihassru ghall-anqas sitt xhur qabel id-data tat-
tmiem tieghu.
Artikolu 11
Dan it-Trattat jibda jsehh immedjatament mad-data tal-bdil tad-dokumenti ta’
ratifika izda mhux iktar tard minn Jannar 1985.
Maghmul f’Valletta fid-dsatax ta’ Novembru ta’ l-Elf Disa’ Mija u Erbgha u
Tmenin li tikkorrispondi ghall-25 Safar 1394 f’zewg originali fl-ilsien Ingliz u fl-
ilsien Gharbi z-zewg testi awtentici ndaqs.
Kurunell Muammar El Gaddafi Dom Mintoff 
Mexxej tar-Revoluzzjoni 
ta’ l-Ewwel ta’ Settembru 
Prim Ministru 
Ghall-Gemahirija Gharbija Libjana 
Popolari Socjalista
Ghar-Repubblika ta’ Malta
    RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
4      KAP. 311.h    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
PROTOKOL DWAR KOPERAZZJONI FIS-SIGURTA
Meqjus l-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Hbiberija u Koperazzjoni bejn il-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta u l-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista,
iffirmat f’Malta fid-19 ta’ Novembru, 1984, iz-zewg nahat ftehmu wkoll kif gej: 
1. Sabiex kull naha tkun mgharrfa ghal kollox fuq hwejjeg li ghandhom
x’jaqsmu ma’ dan il-ftehim, iz-zewg nahat jiftiehmu li ghandu jkun hemm bdil
kontinwu ta’ taghrif dwar hwejjeg ta’ interess specjali ghas-sigurta reciproka u ghal
ghanijiet ta’ difiza tan-naha l-ohra; u
2. Sabiex il-Forzi Armati ta’ Malta jilhqu livelli oghla ta’ thejjija militari
sabiex ikunu jistghu jilqghu theddid jew eghmejjel ta’ aggressjoni kontra l-integrita
u s-sovranita territorjali ta’ Malta n-naha Libjana ghandha taghti tahrig lil persuni
militari Maltin fil-Libja jew f’Malta kif iz-zewg nahat jiftiehmu minn zmien ghal
zmien u f’dak in-numru u b’dak il-mod kif ikun miftiehem.
3. Sabiex jintlahqu l-htigiet tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu identifikati
minn zmien ghal zmien mit-taqsimiet differenti tal-forzi ta’ Malta, in-naha Libjana
qablet li tistudja biex tipprovdi mill-armeriji u hazniet taghha kull taghmir u
armamenti militari li n-naha Maltija tkun tehtieg ghall-uzu taghhom.
Dr Alex Sceberras Trigona Dr Ali Treiki
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u 
Kultura tar-Repubblika ta’ Malta
Segretarju ta’ l-Ufficcju Popolari ghal 
Relazzjonijiet Barranin tal-Gemahirija 
Gharbija Libjana Popolari Socjalista
  RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 311.   5
Mizjuda:
IT-TIENI SKEDA  XXIII.1990.3.
(ARTIKOLU 2)
FTEHIM BEJN IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U L-GEMAHIRIJA GHARBIJA LIBJANA POPOLARI SOCJALISTA 
DWAR EMENDI GHAT-TRATTAT TA’ HBIBERIJA U KOPERAZZJONI FFIRMAT BEJN 
IZ-ZEWG PAJJIZI FIL-25 SAFAR 1394 D.P. 
LI TIKKORRISPONDI GHAD-19 TA’ NOVEMBRU 1984
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, wara li fisser ix-xewqa tieghu li jemenda xi
Artikoli tat-Trattat ta’ Hbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-Libja iffirmat
f’Valletta fis-25 Safar 1394 D.P., li tikkorrispondi ghad-19 ta’ Novembru 1984,
u l-Gemahirija l-Kbira Gharbija Libjana Popolari Socjalista, wara li wiegbet ghal din
ix-xewqa,
u wara li z-zewg nahat ezaminaw id-disposizzjoni ta’ dan it-Trattat, 
u fl-implimentazzjoni ta’ l-ghaxar Artikolu ta’ l-imsemmi Trattat, 
ftehmu kif gej:
Artikolu (1)
It-test tal-preambolu tat-Trattat ghandu jigi emendat biex jaqra kif gej: 
"Il-Gvern ta’ Malta u l-Gemahirija l-Kbira Gharbija Libjana Popolari Socjalista,
b’konferma tar-rabtiet qawwija li jezistu bejn iz-zewg pajjizi u billi jixtiequ jrawmu
u jizviluppaw koperazzjoni f’diversi oqsma fuq is-sisien ta’ l-interess reciproku
taghhom bil-ghan li jgibu ’l quddiem il-gid taz-zewg popli hbieb taghhom;
konxji mill-fatt li l-izvilupp u l-koperazzjoni jistghu jiffjorixxu l-ahjar f’atmosfera
ta’ paci u sigurta, u li z-zewg pajjizi jistghu jkollhom parti pozittiva f’dan ir-
rigward, fuq is-sisien tac-Charter tal-Gnus Maghquda u l-principji ta’ non
allinjament;
u sabiex jissottolinjaw il-politika taghhom li hija mibnija fuq in-newtralita, l-irroftar
ta’ bazijiet militari barranin fuq it-territorju taghhom, kif ukoll shubija f’alleanzi
militari, u b’konferma ta’ l-interess reciproku taghhom ghas-sigurta u l-paci fid-
dinja in generali u l-Mediterran b’mod partikolari; 
ftehmu kif gej:".
Artikolu (2)
It-testi tat-tieni u tielet Artikoli tat-Trattat ghandhom jigu emendati u maghquda
f’Artikolu wiehed li ghandu jissejjah Artikolu "2" u jaqra kif gej:
"Iz-zewg pajjizi jwieghdu li ma jippermettux it-twaqqif ta’ bazijiet militari
barranin fuq it-territorji taghhom u li ma jippermettux li dawn it-territorji jintuzaw
militarment kontra s-sigurta u l-integrita territorjali tal-parti l-ohra.".
Artikolu (3)
Ir-raba’ u l-hames Artikoli tat-Trattat ghandhom jinghaqdu f’test wiehed li ghandu
jissejjah Artikolu "3" u ghandu jaqra kif gej: 
"Iz-zewg nahat jappoggaw u jsahhu l-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi taghhom
f’diversi oqsma specjalment fl-oqsma Ekonomici, Kummercjali, tat-Taghrif, Socjali
    RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
6      KAP. 311.h    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
u Kulturali u f’dan il-kwadru iddecidew dan li gej:
A. Li jizviluppaw koperazzjoni fl-oqsma ta’ joint ventures, bdil kummercjali
bilancjat, u fl-impiegi;
B. Li jizviluppaw koperazzjoni fit-taghrif u fil-kultura bil-ghan li jissahhu r-
rabtiet bejn il-popli taz-zewg pajjizi;
C.  Il-ftehim kollu li gie jew jigi konkluz bejn iz-zewg pajjizi ghandu jigi
meqjus bhala parti minn dan it-Trattat. Lista ta’ Ftehim ezistenti tidher f’anness ghal
ma’ dan it-test.".
Artikolu (4)
Is-sitt Artikolu tat-Trattat ghandu jigi emendat u mqieghed bhala Artikolu "4" u
jaqra kif gej:
"Iz-zewg nahat jaghmlu konsultazzjonijiet fuq kwistjonijiet politici u ekonomici
internazzjonali li jolqtu l-interessi ta’ naha jew ohra minnhom, biex hekk ikun
garantit il-beneficcju reciproku taghhom u jsehh il-ghan ta’ dan it-Trattat.".
Artikolu (5)
Id-disa’ Artikolu tat-Trattat ghandu jigi emendat u mqieghed bhala Artikolu "7"
biex jaqra kif gej:
"Kull differenzi li jistghu jinqalghu dwar l-interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan it-Trattat ghandu jintlahaq ftehim dwarhom amikevolment.".
Artikolu (6)
Waqt li l-Artikolu "1" tat-Trattat jibqa’ jzomm il-posizzjoni tieghu, l-Artikoli 7, 8,
10, 11 ghandhom jigu rrangati skond l-emendi miftehma dwarhom u ghandhom
rispettivament isiru: 5, 6, 8, 9.
Artikolu (7)
Dan il-Ftehim huwa suggett ghal ratifika skond il-proceduri legali li huma
applikabbli f’kull wiehed miz-zewg pajjizi, u jidhol fis-sehh fid-data tal-bdil tad-
dokumenti tar-ratifika* u jsir minnufih parti integrali tat-Trattat ta’ Hbiberija u
Koperazzjoni.
Maghmul f’Valletta fid-19 ta’ Frar 1990 li tikkorrispondi ghall-24 Rajab 1399
D.P. f’zewg originali, fl-ilsien Ingliz u fl-ilsien Gharbi, iz-zewg testi awtentici
ndaqs. 
*Id-dokumenti tar-ratifika gew mibdula fid-29 ta’ Jannar, 1991.
Ghall-Gvern tar-Repubblika 
ta’ Malta
Ghall-Gemahirija l-Kbira Gharbija 
Libjana Popolari Socjalista
Dr Edward Fenech Adami  Eng Jadallah Azzuz Al-Talhi
Prim Ministru u Ministru 
ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta
Segretarju tal-Kumitat Popolari ta’ 
l-Ufficcju Popolari ghal Relazzjonijiet 
Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali 
  RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 311.   7
ANNESS 
Ftehim dwar koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika ffirmat f’Valletta fil-31
ta’ Mejju, 1968.
Ftehim kummercjali ffirmat f’Valletta fil-31 ta’ Mejju, 1968. 
Ftehim dwar self iffirmat fi Tripoli, Awissu 1971.
Ftehim dwar visi ta’ dhul u hrug iffirmat f’Valletta fid-9 ta’ Lulju, 1972. 
Ftehim kulturali ffirmat fi Tripoli fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim dwar il-Partecipazzjoni ta’ Kumpanniji kontraenti Maltin fl-esekuzzjoni
ta’ progetti ta’ djar fil-Libja, iffirmat fi Tripoli fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim ghall-helsien mit-taxxa doppja dwar taxxi fuq l-income iffirmat fi Tripoli
fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim ghall-inkoraggiment tal-moviment ta’ Kapital ghall-Investiment iffirmat
f’Valletta fit-8 ta’ Frar, 1973.
Ftehim biex Malta tigi fornuta b’zejt raffinat/grezz iffirmat fi Tripoli fit-28 ta’
April, 1975.
Ftehim dwar it-twaqqif ta’ Holding Company iffirmat fi Tripoli fid-19 ta’ Mejju,
1975.
Ftehim dwar ix-xandir iffirmat f’Valletta fl-20 ta’ Gunju, 1975. 
Ftehim dwar self iffirmat f’Valletta fid-29 ta’ Lulju, 1975.
Ftehim specjali ghas-sottomissjoni lill-International Court of Justice of Difference
iffirmat f’Valletta fit-23 ta’ Mejju, 1976.
Ftehim dwar Xoghol iffirmat fi Tripoli fis-27 ta’ Mejju, 1978.
Ftehim ghal-twaqqif ta’ kumpannija Maltija/Libjana ghas-Sajd iffirmat fi Tripoli
fis-17 ta’ Lulju, 1978.
Ftehim dwar Koperazzjoni iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Awissu, 1984 u l-emendi
tieghu ta’ l-24 ta’ Settembru, 1985 u t-30 ta’ Marzu, 1988.
Ftehim dwar Koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Libyan Jamahirija
Broadcasting iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Awissu, 1984.
Ftehim kummercjali iffirmat fi Tripoli fid-19 ta’ Dicembru, 1984.
Ftehim biex jigu regolati servizzi ta’ l-ajru scheduled bejn u lil hinn mit-territorji
rispettivi taghhom iffirmat fi Tripoli fil-15 ta’ Jannar, 1985.
Ftehim dwar Koperazzjoni iffirmat f’Valletta fil-5 ta’ Novembru, 1985.
Ftehim li jimplimenta l-Artikolu III tal-Ftehim Specjali u d-Decizjoni ta’ l-ICJ
iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Novembru, 1986.
Ftehim dwar is-Sigurta Socjali iffirmat f’Valletta fis-6 ta’ Mejju, 1988.
Ftehim dwar it-twaqqif ta’ joint venture company  biex topera u tmexxi
supermarkets fil-Gemahirija Gharbija Libjana Popolari Socjalista iffirmat f’Valletta
fit-28 ta’ Ottubru, 1988.
    RATIFIKATA’TRATTATTA’HBIBERIJAU
8      KAP. 311.h    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
