DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    1
KAPITOLU 313
ATT DWAR DESKRIZZJONIJIET 
KUMMERCJALI 
Biex jipprovdi ghal disposizzjonijiet li jipprojbixxu deskrizzjoni hazina
ta’ oggetti, servizzi, akkomodazzjoni u facilitajiet provduti ghall-kummerc;
li jipprojbixxu taghrif falz jew indikazzjoni qarrieqa dwar prezzijiet ta’
oggetti, u dwar hwejjeg ohra li ghandhom x’jaqsmu ma’ dan jew konnessi
mieghu.
1 ta’ Settembru, 1986
L-ATT XXII ta’ l-1986, kif emendat bl-Atti XXVIII ta’ l-1994 u XIX ta’ l-
2000.
Titolu. 
Kummercjali.
Tifsir.
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XIX. 2000.22.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 378.
"ghaqda ta’ konsumaturi registrata" tfisser ghaqda ta’
konsumaturi registrata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Affarijiet tal-Konsumatur;
Kap. 419.
"marka ta’ konformita " ikollha l-istess tifsira bhal dik lilha
moghtija fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Awtorita  Maltija dwar l-
iStandards;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet tal-
konsumatur; 
"oggetti" tfisser oggetti li jigu offruti ghall-bejgh
kummercjalment f’Malta jew barra minn Malta;
"persuna" tinkludi wkoll enti morali mwaqqfa b’ligi u
dipartiment tal-Gvern;
"post" tinkludi kull post u kull posta jew vettura;
"reklam" tinkludi katalgu, cirkolari u lista tal-prezzijiet;
"servizzi" tfisser kull servizz offrut kummer_jalment f’Malta jew
barra minn Malta.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att, deskrizzjoni jew dikjarazzjoni
kummercjali pubblikata f’xi gazzetta, ktieb jew perijodiku, jew f’xi
film jew xandira bis-smigh jew bit-televizjoni ma titqiesx li hi
deskrizzjoni kummercjali applikata jew dikjarazzjoni maghmula
fil-kummerc jew fin-negozju kemm-il darba ma tkunx reklam jew
parti minn reklam.
Projbizzjoni ta’ 
deskrizzjonijiet 
kummercjali foloz.
3. (1) Kull persuna, li fil-kummerc jew fin-negozju - 
(a) tapplika deskrizzjoni kummercjali falza ghal xi
oggetti; jew
(b) tipprovdi jew toffri li tipprovdi xi oggetti li ghalihom
  2      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
hija applikata deskrizzjoni kummercjali falza,
tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hatja ta’ reat.
(2) L-artikoli minn 4 sa 8 ta’ dan l-Att ghandu jkollhom effett
ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ghat-tifsir ta’ espressjonijiet uzati
f’dan l-artikolu, kull fejn jinsabu f’dan l-Att.
Deskrizzjoni 
kummercjali.
Emendat:
XIX. 2000.22.
4. (1) Deskrizzjoni kummercjali hija indikazzjoni, diretta jew
indiretta, ikun x’ikun il-mezz, ta’ xi wahda mill-hwejjeg li gejjin
dwar xi oggetti jew partijiet minn oggetti jew skond il-kaz, dwar
kull servizz jew parti minn servizz, jigifieri:
(a) kwantita , daqs jew qies;
(b) metodu ta’ manifattura, produzzjoni, processar jew
rikondizzjoni;
(c) komposizzjoni;
(d) adattament ghal ghan, sahha, funzjonament, imgieba
jew precizjoni;
(e) kull karatteristika fizika li mhix inkluza fil-paragrafi
ta’ qabel dan;
(f) provi minn xi persuna u r-rizultati taghhom;
(g) approvazzjoni minn xi persuna jew konformita  ma’
xorta approvata minn xi persuna;
(h) l-uzu ta’ xi marka ta’ konformita , jew ta’ xi
imitazzjoni taghha li x’aktarx tqarraq, jew ta’ xi
indikazzjoni jew dikjarazzjoni ohra li x’aktarx
tiftiehem bhala, li tindika li l-oggetti jew is-servizzi
ikunu konformi ma’ standards mahrugin minn xi korp
jew awtorita ;
(i) post jew data ta’ manifattura, produzzjoni, processar
jew rikondizzjoni;
(j) il-persuna li tkun immanifatturat, ipproduciet,
ipprocessat jew irrikondizzjonat;
(k) storja ohra, inkluz proprjetarju ta’ qabel jew uzu
precedenti;
(l) garanzija dwar tiswija jew sostituzzjoni; 
(m) data ta’ skadenza jew hajja fuq l-ixkaffa.
(2) Il-hwejjeg specifikati fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ghandhom, dwar xi annimal, jitqiesu li jinkludu sess, razza jew
tahlita ta’ razez, fertilita  u sahha.
(3) F’dan l-artikolu "kwantita " tinkludi tul, wisgha, gholi,
area, volum, kapacita , piz u numru.
Deskrizzjoni 
kummercjali falza.
5. (1) Deskrizzjoni kummercjali falza hija deskrizzjoni
kummercjali li hi falza fi grad rilevanti.
(2) Deskrizzjoni kummercjali li, ghalkemm ma tkunx falza,
tkun qarrieqa, jigifieri, x’aktarx tittiehed ghal dik l-indikazzjoni ta’
xi wahda mill-hwejjeg specifikati fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att li tkun
falza fi grad rilevanti, titqies li hija deskrizzjoni kummercjali falza.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    3
(3) Kull haga li, ghalkemm ma tkunx deskrizzjoni kummercjali
x’aktarx tittiehed bhala indikazzjoni ta’ xi wahda minn dawk il-
hwejjeg u, bhala indikazzjoni, hekk tkun falza fi grad rilevanti,
titqies li hi deskrizzjoni kummercjali falza.
(4) Indikazzjoni falza, jew kull haga li x’aktarx tittiehed bhala
indikazzjoni li hi falza, li xi oggetti jkunu skond standard
specifikat jew maghruf minn xi persuna jew li tiftiehem li hi
approvata minn xi persuna ghandha titqies li hi deskrizzjoni falza,
jekk ma jkun hemm ebda persuna bhal dik jew ebda standard hekk
specifikat, maghruf jew mifhum.
Applikazzjoni ta’ 
deskrizzjoni 
kummercjali. 
6. (1) Persuna tapplika deskrizzjoni kummercjali ghal oggetti
jekk -
(a) twahhalha jew tehmizha ma’ jew b’xi mod timmarka
fuq jew tinkorporaha ma’ - 
(i) l-oggetti nnifishom, jew
(ii) xi haga li fiha, fuqha jew maghha l-oggetti jigu
provduti; jew
(b) tqieghed l-oggetti f’xi haga, fuq xi haga jew ma’ xi
haga li maghha d-deskrizzjoni tkun imwahhla jew
mehmuza ma’, immarkata fuq jew inkorporata ma’,
jew tqieghed xi haga ma’ l-oggetti; jew
(c) tuza d-deskrizzjoni kummercjali b’xi mod li x’aktarx
jitqies bhala li jirriferi ghall-oggetti.
(2) Dikjarazzjoni verbali tista’ tammonta ghal uzu ta’
deskrizzjoni kummercjali.
(3) Meta oggetti jigu provduti fuq talba li fiha tintuza
deskrizzjoni kummercjali u c-cirkostanzi jkunu hekk li jkun xieraq
li tifhem li l-oggetti jkunu pprovduti bhala oggetti li jaqblu ma’ dik
id-deskrizzjoni kummercjali, il-persuna li tipprovdi l-oggetti
ghandha titqies li tkun applikat dik id-deskrizzjoni kummercjali
ghall-oggetti.
Deskrizzjonijiet 
kummercjali uzati 
f’reklami.
7. (1) Id-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-artikolu ghandu
jkollhom effett meta f’reklam tintuza deskrizzjoni kummercjali
dwar xi klassi ta’ oggetti.
(2) Id-deskrizzjoni kummercjali ghandha titqies li tirreferi
ghall-oggetti kollha tal-klassi, sew jekk tezisti jew ma tezistix fil-
hin li jigi ppublikat ir-reklam -
(a) sabiex jigi stabbilit jekk ir-reat ikunx sar taht il-
paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan
l-Att; u
(b) meta l-oggetti tal-klassi jkunu provduti jew offerti li
jigu provduti minn persuna li tippubblika jew turi r-
reklam, ukoll sabiex jigi stabbilit jekk ir-reat ikunx sar
taht il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi
artikolu 3.
(3) Sabiex jigi stabbilit ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk xi
oggetti jkunux ta’ klassi li ghaliha tirreferi deskrizzjoni
kummercjali wzata f’reklam, ghandhom jitqiesu mhux biss il-forma
  4      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
u l-kontenut tar-reklam izda wkoll il-hin, il-post, il-mod u l-
frekwenza tal-pubblikazzjoni tieghu u l-hwejjeg l-ohra kollha li
jaghmluh jew ma jaghmluhx hekk li x’aktarx persuna li lilha jigu
provduti l-oggetti tahseb li l-oggetti jkunu tal-klassi li ghaliha tkun
uzata d-deskrizzjoni kummercjali fir-reklam.
Offerta ghal 
provvista. 
8. Persuna, li turi l-oggetti li jkollha bi provvista jew li
jkollha fil-pussess taghha biex tipprovdi, titqies li qed toffri biex
tipprovdihom.
Ordnijiet dwar 
tifsir.
Emendat:
XIX. 2000.22.
9. Meta fil-fehma tal-Ministru - 
(a) ikun fl-interess ta’ persuni li lilhom xi oggetti jew
servizzi huma provduti; jew
(b) ikun fl-interess ta’ persuni li jesportaw xi oggetti jew
servizzi u mhux kontra l-interess tal-persuni li lilhom
jigu provduti f’Malta dawk l-oggetti jew servizzi,
li xi espressjonijiet uzati dwar l-oggetti jew servizzi ghandhom
jiftiehmu bhala li ghandhom tifsir definit, il-Ministru jista’ b’ordni
jaghti dak it-tifsir jew - 
(i) lil dawk l-espressjonijiet meta wzati waqt
kummerc jew negozju bhala, jew bhala parti
minn, deskrizzjoni kummercjali applikata ghall-
oggetti jew servizzi; jew
(ii) ghal dawk l-espressjonijiet meta wzati f’dawk
ic- cirkostanzi li jistghu jigu specifikati fl-ordni,
u meta jinghata tifsir bhal dak lil espressjoni din titqies ghall-
finijiet ta’ dan l-Att li ghandha dak it-tifsir meta wzata kif imsemmi
fil-paragrafu (i) jew, skond il-kaz, il-paragrafu (ii) ta’ dan l-
artikolu.
Ordnijiet dwar 
marki. 
10. (1) Meta fil-fehma tal-Ministru jkun mehtieg jew
spedjenti fl-interess tal-persuni li lilhom jigu provduti xi oggetti li
l-oggetti ghandhom ikunu mmarkati jew ikollhom maghhom xi
taghrif (sew jekk jammonta ghal deskrizzjoni kummercjali jew
jinkludiha) jew istruzzjoni dwar l-oggetti, il-Ministru jista’, bla
hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’ordni jimponi htigiet
biex jigi zgurat li l-oggetti jkunu hekk immarkati jew ikollhom it-
taghrif maghhom, u jirregola u jipprojbixxi l-provvista ta’ oggetti li
dwarhom il-htigiet ma jitharsux; u l-htigiet jistghu jestendu ghall-
forma u l-mod kif ghandu jinghata t-taghrif jew l-istruzzjoni.
(2) Meta jkun fis-sehh xi ordni maghmul taht dan l-artikolu
dwar oggetti ta’ xi deskrizzjoni, kull persuna li, f’xi kummerc jew
negozju, tipprovdi jew toffri li tipprovdi oggetti ta’ dik id-
deskrizzjoni bi ksur ta’ l-ordni tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, hatja ta’ reat.
(3) Ordni taht dan l-artikolu jista’ jipprovdi b’mod differenti
ghal cirkostanzi differenti u jista’, fil-kaz ta’ oggetti provduti
f’cirkostanzi fejn it-taghrif jew l-istruzzjoni mehtiega bl-ordni ma
jitwasslux hlief wara l-konsenja, jehtieg li t-taghrif jew l-
istruzzjoni shiha jew parti minnhom jigu murija hdejn l-oggetti.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    5
Taghrif, ecc., li 
jinghata f’reklami.
Emendat:
XIX. 2000.22.
11. (1) Meta fil-fehma tal-Ministru jkun mehtieg jew
spedjenti li fl-interess tal-persuna li lilha ghandhom jigu provduti
xi oggetti jew servizzi li xi deskrizzjoni ta’ reklam ta’ l-oggetti jew
servizzi ghandu jkollha fiha jew tirreferi ghal xi taghrif (sew jekk
jammonta ghal deskrizzjoni kummercjali u sew jekk le) dwar l-
oggetti jew servizzi, il-Ministru jista’, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’ordni jimponi l-htigiet dwar id-
dhul ta’ dak it-taghrif, jew ta’ indikazzjoni tal-mezz li bih jista’
jinkiseb, f’dik id-deskrizzjoni tar-reklam ta’ l-oggetti jew servizzi,
kif jista’ jigi specifikat fl-ordni.
(2) Ordni taht dan l-artikolu jista’ jispecifika l-forma u l-mod
li bih xi taghrif bhal dak jew indikazzjoni bhal dik jistghu jidhlu
f’reklam ta’ xi deskrizzjoni u jista’ jaghmel disposizzjonijiet
differenti ghal cirkostanzi differenti.
(3) Meta reklam ta’ xi oggetti jew servizzi li jigu provduti f’xi
kummerc jew negozju jonqos li jhares xi htiega imposta b’dan l-
artikolu, kull persuna li tippubblika r-reklam tkun, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hatja ta’ reat.
Disposizzjonijiet 
supplimentari 
ghall-artikoli 10 u 
11.
12. Htiega imposta b’ordni taht l-artikolu 10 jew l-artikolu 11
ta’ dan l-Att dwar xi oggetti ma tkunx limitata ghal oggetti
fabbrikati jew prodotti f’xi pajjiz wiehed jew f’xi pajjiz wiehed
fost numru ta’ pajjizi jew ghal oggetti fabbrikati jew prodotti barra
xi pajjiz wiehed jew iktar, kemm-il darba - 
(a) ma tkunx imposta dwar deskrizzjoni ta’ oggetti f’liema
kaz il-Ministru jkun sodisfatt li l-interess tal-persuni
f’Malta li lilhom jigu provduti oggetti ta’ dik id-
deskrizzjoni jkun imhares b’mod xieraq jekk il-htiega
tigi hekk limitata; u
(b) il-Ministru jkun sodisfatt li l-ordni jkun jaqbel ma’ l-
obbligi internazzjonali ta’ Malta.
Indikazzjonijiet 
foloz jew qarrieqa 
dwar il-prezz ta’ 
oggetti.
13. (1) Jekk xi persuna li toffri li tipprovdi oggetti jew
servizzi ta’ xi deskrizzjoni taghti, b’xi mezz ikun li jkun, xi
indikazzjoni falza fis-sens li l-prezz li bih l-oggetti jew is-servizzi
qed jigu offerti jkun daqs jew inqas minn - 
(i) il-prezz stabbilit mill-fabbrikant, jew mill-
importatur jew minn xi awtorita  ghal dawk l-
oggetti jew servizzi; jew
(ii) il-prezz li bih l-oggetti jew servizzi, jew oggetti
jew servizzi ta’ l-istess deskrizzjoni kienu qabel
offerti minnha, 
jew ikun inqas minn dak il-prezz b’ammont specifikat, tkun, skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hatja ta’ reat.
(2) Jekk xi persuna li toffri li tipprovdi xi oggetti jew servizzi
taghti, b’xi mezz ikun li jkun, xi indikazzjoni li x’aktarx tittiehed
bhala indikazzjoni li l-oggetti jew li s-servizzi qed jigu offerti bi
prezz inqas minn dak li fil-fatt qed jigi offert tkun, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hatja ta’ reat.
(3) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu indikazzjoni li l-oggetti jew
servizzi kienu qabel qed jigu offerti bi prezz oghla jew bi prezz
  6      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
partikolari - 
(a) ghandha titqies bhala indikazzjoni li gew offerti mill-
persuna li taghti l-indikazzjoni kemm-il darba ma jigix
espressament dikjarat li gew hekk offerti minn
haddiehor u ma kienx espress jew mifhum li dawn
kienu offerti, jew setghu gew hekk offerti, ukoll minn
dik il-persuna; u
(b) ghandha titqies, kemm-il darba ma jkunx espress
kuntrarju, bhala indikazzjoni li gew hekk offerti matul
is-sitt xhur ta’ qabel ghal perijodu kontinwu ta’ mhux
inqas minn tmienja u ghoxrin jum.
Rapprezentazzjoni 
falza dwar premju, 
award jew 
approvazzjoni.
14. (1) Jekk xi persuna, f’xi kummerc jew negozju taghti, b’xi
mezz ikun li jkun, xi indikazzjoni falza, diretta jew indiretta, li xi
oggetti jew servizzi provduti minnha jew xi metodi wzati minnha
huma ta’ xorta li jkunu nghataw xi premju jew xi award, jew ikunu
ta’ xorta provduti lil jew approvati minn xi persuna jew awtorita,
tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hatja ta’ reat.
(2) Jekk xi persuna waqt xi kummerc jew negozju, tuza
minghajr l-awtorita  xierqa xi disinn jew emblema li turi xi award,
premju jew approvazzjoni jew xi haga li hekk tixbah dak id-disinn
jew l-emblema li x’aktarx tqarraq, tkun, skond dan l-Att, hatja ta’
reat.
Dikjarazzjonijiet 
foloz jew qarrieqa 
dwar servizzi, ecc.
15. (1) Ikun reat li xi persuna f’xi kummerc jew negozju -
(a) taghmel dikjarazzjoni li tkun taf li hi falza; jew
(b) bi traskuragni taghmel dikjarazzjoni li hi falza, dwar xi
wahda mill-hwejjeg li gejjin, jigifieri:
(i) l-ghoti f’xi kummerc jew negozju ta’ xi servizzi,
akkomodazzjoni jew facilitajiet;
(ii) ix-xorta ta’ xi servizzi, akkomodazzjoni jew
facilitajiet provduti f’xi kummerc jew negozju;
(iii) iz-zmien li fih, il-mod li bih jew il-persuni li
jipprovdu xi servizzi, akkomodazzjoni jew
facilitajiet;
(iv) l-ezami, l-approvazzjoni jew l-istima minn xi
persuna ta’ xi servizzi, akkomodazzjoni jew
facilitajiet provduti; jew
(v) il-qaghda u l-amenitajiet ta’ xi akkomodazzjoni
hekk provduta.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) kull haga (sew jekk tkun saret dikjarazzjoni jew le
dwar xi wahda mill-hwejjeg specifikati fis-subartikolu
ta’ qabel dan) li x’aktarx tittiehed bhala dikjarazzjoni
ghal xi wahda minn dawk il-hwejjeg li tkun falza
titqies li hi dikjarazzjoni falza dwar dik il-haga; u
(b) dikjarazzjoni maghmula minghajr hsieb jekk hijiex
vera jew falza titqies li tkun saret bi traskuragni, sew
jekk il-persuna li taghmilha jkollha ragunijiet li tahseb
li hi falza u sew jekk le.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    7
(3) Dwar xi servizzi li jikkonsistu fl-applikazzjoni jew
jinkludu l-applikazzjoni ta’ xi trattament jew process jew fl-eghmil
ta’ xi tiswija, il-hwejjeg specifikati fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu ghandhom jitqiesu li jinkludu l-effett tat-trattament,
process jew tiswija.
(4) F’dan l-artikolu "falz" tfisser falz fi grad rilevanti u
"servizzi" ma tinkludi ebda haga maghmula taht kuntratt ta’
impieg, jew apprendistat jew kuntratt iehor simili.
Ordnijiet li jfissru 
espressjonijiet 
ghall-finijiet ta’ l-
artikolu 15. 
16. Meta fil-fehma tal-Ministru jkun fl-interess tal-persuni li
ghalihom jigu provduti f’kummerc jew negozju xi servizzi,
akkomodazzjoni jew facilitajiet li xi espressjonijiet uzati dwarhom
ghandhom jiftiehmu bhala li ghandhom tifsir definit, il-Ministru
jista’ b’ordni jaghti dawk it-tifsiriet lil dawk l-espressjonijiet meta
wzati bhala, jew bhala parti minn, dawk id-dikjarazzjonijiet kif
imsemmija fl-artikolu 15 ta’ dan l-Att dwar dawk is-servizzi,
akkomodazzjoni jew facilitajiet; u meta dak it-tifsir ikun hekk
moghti lil espressjoni din ghandha titqies ghall-finijiet ta’ dan l-Att
li ghandha dak it-tifsir meta hekk uzata.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
oggetti li jkollhom 
indikazzjoni falza 
ta’ origini.
17. Meta deskrizzjoni kummercjali falza tkun applikata ghal xi
oggetti barra minn Malta u l-indikazzjoni falza, jew wahda mill-
indikazzjonijiet foloz, moghtija, jew li x’aktarx jitqiesu bhala li
nghataw, tkun indikazzjoni tal-post tal-fabbrikazzjoni, produzzjoni,
ipprocessar jew rikondizzjonar ta’ l-oggetti jew xi parti minnhom,
l-oggetti m’ghandhomx jigu mportati f’Malta.
Pieni ghal reati. 
Emendat:
XIX. 2000.22.
18. (1) Bla hsara ghal kull responsabbilta  taht xi ligi ohra,
persuna misjuba hatja ta’ reat taht dan l-Att, barra minn reat taht l-
artikolu 23 jew 24 ta’ dan l-Att, tehel, meta tinstab hatja, multa ta’
mhux inqas minn mitt lira izda mhux izjed minn hames mitt lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur jew dik il-
multa u prigunerija flimkien.
(2) F’kull kaz ta’ sejbien ta’ htija ghal reat kontra dan l-Att, il-
Qorti tista’, u fuq talba tal-prosekuzzjoni ghandha:
(a) tordna l-konfiska ta’ kull oggett li jkollu x’jaqsam
mar-reat; u
(b) tissospendi ghal zmien mhux iktar minn tliet xhur hekk
kif il-qorti tista’ tqis adattat kull licenza f’isem il-
persuna li tinsab hatja dwar il-forniment ta’ oggetti
jew l-ghoti ta’ servizzi.
Reati minhabba 
htija ta’ persuni 
ohra.
19. Meta eghmil jew ommissjoni li jikkostitwixxu reat taht dan
l-Att li jkunu maghmula jew ommessi minn xi persuna jkunu
minhabba l-eghmil jew nuqqas ta’ xi persuna ohra, dik il-persuna l-
ohra tkun hatja tar-reat, u persuna tista’ tigi akkuzata u misjuba
hatja tar-reat bis-sahha ta’ dan l-artikolu sew jekk jittiehdu
procedimenti kontra l-persuna l-ewwel imsemmija u sew jekk le.
Difiza ta’ zball jew 
accident.
20. (1) F’kull procedimenti ghal reat taht dan l-Att, u bla
hsara ghas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, tkun difiza li persuna
akkuzata tipprova -
(a) li l-eghmil tar-reat ikun minhabba zball jew ghax tkun
qaghdet fuq taghrif moghti lilha jew minhabba l-
  8      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
eghmil jew in-nuqqas ta’ persuna ohra, jew minhabba
accident jew xi kawza ohra li ma tkunx taht il-kontroll
taghha; u
(b) li tkun hadet il-prekawzjonijiet xierqa kollha u
ezercitat id-diligenza xierqa kollha biex tevita l-
eghmil ta’ reat bhal dak minnha jew minn kull persuna
taht il-kontroll taghha.
(2) Jekk f’xi kaz id-difiza provduta bis-subartikolu ta’ qabel
dan timplika l-allegazzjoni li l-eghmil tar-reat kien minhabba l-
eghmil jew nuqqas ta’ xi persuna ohra jew li persuna tkun qaghdet
fuq taghrif moghti lilha minn persuna ohra, il-persuna akkuzata ma
jkollhiex jedd tistrieh fuq dik id-difiza kemm-il darba minnufih
wara li tinqara l-akkuza ma tkunx innotifikat lill-prosekutur
b’avviz bil-miktub li bih jaghti dak it-taghrif u li dak il-hin ikun fil-
pussess taghha li jidentifika jew ighin biex jidentifika lil dik il-
persuna l-ohra.
(3) F’kull procedimenti taht dan l-Att ghal reat dwar provvista
jew offerta ghal provvista ta’ oggetti li ghalihom tigi applikata
deskrizzjoni kummercjali falza tkun difiza ghall-persuna akkuzata
li tipprova li ma kenitx taf, u ma setghetx b’diligenza xierqa tizgura
li l-oggetti ma kienux jaqblu mad-deskrizzjoni jew li d-deskrizzjoni
kienet giet applikata ghall-oggetti.
Pubblikazzjoni 
innocenti ta’ 
reklam.
21. Fi procedimenti ghal reat taht dan l-Att li jkun sar bil-
pubblikazzjoni ta’ reklam tkun difiza ghall-persuna akkuzata li
tipprova li hi tkun persuna li x-xoghol taghha hu li tippubblika jew
taghmel arrangamenti ghall-pubblikazzjoni ta’ reklami u li tkun
irceviet ir-reklam ghall-pubblikazzjoni fil-kors normali tax-xoghol
u li ma kenitx taf u li ma kellha ebda raguni tissuspetta li l-
pubblikazzjoni tieghu jkun jammonta ghal reat taht dan l-Att.
Setgha ghal dhul 
f’post u ghal 
spezzjoni u qbid ta’ 
oggetti u 
dokumenti.
Emendat: 
XXVIII.1994.45.
22. (1) Bla hsara ghas-setghat u dmirijiet tal-Pulizija
Esekuttiva, kull ufficjal pubbliku fid-Dipartiment ghall-Affarijiet
tal-Konsumatur awtorizzat kif imiss mill-Ministru jista’, fil-hinijiet
kollha xierqa u mal-produzzjoni, jekk mehtiega, tal-kredenzjali
tieghu, jezercita s-setghat li gejjin, jigifieri - 
(a) hu jista’, sabiex jizgura jekk xi reat taht dan l-Att
ikunx sar, jispezzjona kull oggett u jidhol f’kull post
barra minn post uzat biss ghal abitazzjoni;
(b) jekk ikollu raguni xierqa jissuspetta li reat taht dan l-
Att ikun sar, hu jista’, sabiex jizgura jkunx sar jew le,
jirrikjedi lil kull persuna li tkun qed tmexxi kummerc
jew negozju jew impjegata f’kummerc jew negozju li
tipproduci kull kotba jew dokumenti dwar il-kummerc
jew in-negozju u jista’ jaghmel kopja ta’ kull ktieb jew
dokument bhal dawk jew registrazzjonijiet;
(c) jekk ikollu raguni xierqa jahseb li jkun sar reat taht
dan l-Att, jista’ jaqbad u jzomm kull oggett sabiex
jizgura b’testijiet jew xort’ohra, jekk ikunx sar jew le
r-reat;
(d) jista’ jaqbad u jzomm kull oggett jew dokument li
jkollu raguni jahseb li jistghu jkunu mehtiega bhala
DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    9
prova fil-procedimenti ghal reat taht dan l-Att;
(e) hu jista’, sabiex ikun jista’ jezercita s-setghat tieghu
taht dan is-subartikolu jaqbad oggetti, izda biss jekk u
safejn ikun b’mod ragonevoli mehtieg sabiex jizgura li
jkunu qed jitharsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
ta’ kull ordni maghmul bis-sahha tieghu, jehtieg lil
kull persuna li jkollha l-awtorita  li taghmel hekk li
tikser kull recipjent jew tiftah kull vending machine u,
jekk dik il-persuna ma taghmilx hekk, hu jista’
jaghmel hekk hu nnifsu.
(2) Ufficjal pubbliku awtorizzat kif imiss kif intqal qabel li
jaqbad xi oggetti jew dokumenti fl-ezercizzju tas-setghat tieghu
taht dan l-artikolu ghandu jgharraf lill-persuna li minghandha
jinqabdu u, fil-kaz ta’ oggetti maqbuda minn vending machine, lill-
persuna li isimha u l-indirizz taghha jkunu mnizzlin fuq il-makna
bhala li hi l-proprjetarja, jew jekk tali isem u indirizz ma jkunux
imnizzlin, lill-okkupant tal-post fejn tkun imqieghda jew imwahhla
l-makna.
(3) Ufficjal li jidhol f’xi post bis-sahha ta’ dan l-artikolu jista’
jiehu mieghu lil dawk il-persuni l-ohra awtorizzati mill-Ministru u
dak it-taghmir li jidhirlu mehtieg.
Kxif ta’ taghrif, 
ecc. 
23. Bla hsara ghal kull responsabbilta  ohra taht din il-ligi jew
taht xi ligi ohra, jekk xi persuna tikxef lil xi persuna ohra- 
(a) xi taghrif dwar il-process ta’ fabbrikazzjoni jew sigriet
kummercjali li tiksbu f’xi post fejn tkun dahlet bis-
sahha ta’ dan l-Att; jew
(b) xi taghrif li tikseb bis-sahha ta’ dan l-Att;
din, kemm-il darba l-kxif ma jkunx sar fil-qadi taghha jew ta’ xi
persuna ohra li ghandha funzjonijiet taht dan l-Att, tkun hatja ta’
reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn elf lira
jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux inqas minn erba’ xhur izda
mhux izjed minn sentejn, jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
Tfixkil lil ufficjali 
awtorizzati.
24. Bla hsara ghal kull responsabbilta  ohra taht din il-ligi jew
taht xi ligi ohra kull persuna li - 
(a) ghax trid, tfixkel lil pulizija jew lil ufficjal pubbliku
waqt li jkun qed jagixxi skond dan l-Att; jew
(b) ghax trid, tonqos li thares xi htiega li ssirilha b’mod
legittimu taht dan l-Att minn xi ufficjal bhal dak; jew 
(c) minghajr raguni xierqa tonqos li taghti lil dak l-ufficjal
li jkun hekk qed jagixxi xi ghajnuna ohra jew taghrif
iehor li hu jista’ b’mod xieraq jirrikjedi minn ghandha
ghall-fini tal-qadi tal-funzjonijiet tieghu taht dan l-Att;
jew
(d) taghti dak it-taghrif kif imsemmi fil-paragrafu ta’
qabel dan meta taf li jkun falz,
tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux inqas
minn ghaxar liri izda mhux izjed minn hamsin lira u meta l-eghmil
jew ommissjoni li jikkostitwixxu r-reat jissokta ghal aktar minn
  10      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
gurnata, il-qorti ghandha b’zieda timponi multa ta’ mhux anqas
minn ghaxar liri u mhux aktar minn hamsin lira ghal kull jum li fih
jissussistu dak l-ghemil jew dik l-ommissjoni.
Avviz dwar ezami 
u hsieb li ssir 
prosekuzzjoni. 
25. Meta xi oggetti maqbuda jew xort’ohra miksuba minn
ufficjal skond dan l-Att ikun se jsirilhom ezami - 
(a) jekk l-oggetti kienu maqbuda, l-ufficjal ghandu
jgharraf lill-persuna li minn ghandha l-oggetti jkunu
gew maqbuda bir-rizultat ta’ l-ezami;
(b) jekk l-oggetti jkunu nxtraw u l-ezami jwassal biex
jinbdew procedimenti ghal reat taht dan l-Att, l-
ufficjal ghandu jgharraf lill-persuna minghand min l-
oggetti jkunu nxtraw, jew, fil-kaz ta’ oggetti mibjughin
permezz ta’ vending machine lill-persuna, msemmija
fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att, bir-
rizultat ta’ l-ezami.
Trade marks li jkun 
fihom 
deskrizzjonijiet 
kummercjali. 
26. Il-fatt li deskrizzjoni kummercjali hija trade mark,  jew
parti minn trade mark, ma jzommhiex milli tkun deskrizzjoni
kummercjali falza meta applikata ghal xi oggetti.
Pajjiz ta’ origini.  27. (1) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att oggetti jitqiesu li gew
fabbrikati jew prodotti fil-pajjiz fejn sarilhom l-ahhar trattament
jew process li johloq tibdil sostanzjali.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni jispecifika - 
(a) dwar kull deskrizzjoni ta’ oggetti, liema trattament jew
process jitqies ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu bhala li
johloq jew ma johloqx tibdil sostanzjali;
(b) dwar kull deskrizzjoni ta’ oggetti, li partijiet differenti
minnhom ikunu fabbrikati jew prodotti f’pajjizi
differenti, jew ta’ oggetti immuntati f’pajjiz differenti
minn dak fejn il-partijiet ikunu gew fabbrikati jew
prodotti, f’liema minn dawk il-pajjizi l-oggetti
ghandhom jitqiesu ghall-finijiet ta’ dan l-Att bhala li
gew fabbrikati jew prodotti.
Esperimenti ghal 
ricerki fis-swieq.
28. (1) L-artikoli 3 u 10 ta’ dan l-Att ma japplikawx dwar
oggetti provduti jew offerti biex jigu provduti, sew lil partecipant
jew lil xi persuna ohra, ghall-fini ta’ esperiment ghal ricerki fis-
swieq li ghalih japplika dan l-artikolu.
(2) F’dan l-artikolu "esperimenti ghal riceriki fis-swieq"
tfisser kull hidma li ssir sabiex tigi zgurata l-fehma ta’ persuni
(f’dan l-artikolu msemmija "partecipanti") dwar - 
(a) xi oggetti; jew
(b) xi haga li fiha, fuqha jew maghha l-oggetti jigu
provduti; jew
(c) id-dehra jew xi karatteristika ohra ta’ l-oggetti jew ta’
xi haga bhal dawk; jew
(d) l-isem li bih jew id-deskrizzjoni li biha l-oggetti huma
provduti.
(3) Dan l-artikolu japplika ghal kull esperiment ghal ricerki
DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI g K AP. 313.    11
fis-swieq li dwaru jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li gejjin,
jigifieri: 
(a) li kull partecipant li jigi provdut b’xi oggetti ghall-fini
ta’ l-esperiment ikun mgharraf, fil-hin li jigu provduti
lilu jew qabel, li qed jigu provduti ghall-ghan kif
imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, u
(b) li ebda konsiderazzjoni fi flus jew f’dak li jiswa l-flus
ma tinghata minn partecipant ghall-oggetti jew ghal xi
oggetti provduti lilu biex jaghmel paragun.
Preskrizzjonijiet. 
taht l-artikoli 23 u 24 ta’ dan l-Att tkun preskritta wara li tghaddi
sena.
Procedimenti 
kriminali.
Emendat: 
XXVIII.1994.45.
Kap. 9.
30. (1) Procedimenti kriminali ghal xi reat kontra xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att ghandhom jinbdew mill-Pulizija ex
officio, izda fi procedimenti li jkunu qed isiru, barra minn dawk
ghal reat taht l-artikoli 23 u 24 ta’ dan l-Att, rapprezentant ta’
ghaqda ta’ konsumaturi registrata, debitament mahtur ghal dak il-
ghan, hu meqjus li hu parti leza ghall-finijiet tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 410 tal-Kodici Kriminali, u dan ir-
rapprezentant jista’ ghalhekk jassisti l-ufficjal prosekutur f’dawn
il-procedimenti.
(2) Fejn tinhtieg ix-xiehda ta’ dan ir-rapprezentant f’xi kaz
fejn ikun qed jassisti lill-ufficjal prosekutur, din ix-xiehda ghandha
tinghata qabel kull xiehda ohra, sakemm il-htiega ghas-smigh ta’
din ix-xiehda ma tinqalax fi stadju ulterjuri ta’ dawn il-
procedimenti.
(3) Meta xi reat taht jew kontra xi disposizzjoni li tinsab f’dan
l-Att, isir minn enti morali mwaqqfa b’ligi jew minn dipartiment
tal-Gvern, kull persuna li, fil-hin ta’ l-eghmil tar-reat, kienet
chairman, manager, segretarju, kap jew ufficjal iehor simili ta’ l-
enti morali jew dipartiment, jew kienet tidher li qed tagixxi f’dik il-
kariga, tkun hatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax li tkun
ezercitat id-diligenza kollha xierqa biex tevita l-eghmil tar-reat,
jew li ghalkemm ezercitat dik id-diligenza, ir-reat ikun sar
minghajr ma kienet taf.
(4) Meta reat taht dan l-Att ikun gie kommess bil-
pubblikazzjoni ta’ reklam, il-qorti tista’ fis-sentenza, tordna fil-kaz
ta’ gazzetta jew pubblikazzjoni ohra simili, li f’harga taghha ta’
wara li ma tkunx izjed tard mit-tieni wahda, u fil-kaz ta’ mezz tax-
xandir fi zmien gimgha li tigi minnufih wara l-gurnata li fiha
tinghata s-sentenza, li s-sentenza nnifisha jew sommarju
komprensiv taghha jigi ppubblikat jew imxandar, skond il-kaz, fl-
istess ilsien li fih ikun sar ir-reat, ghas-spejjez ta’ min ikun ghamel
ir-reat; u jekk fiz-zmien tas-sentenza jew minnufih wara l-gazzetta
jew il-pubblikazzjoni simili ohra tkun waqfet mill-pubblikazzjoni
jew il-mezz tax-xandir ma jkunx baqa’ jahdem, jew f’kaz ta’ xi
stampar iehor, il-qorti tista’, fis-sentenza jew f’ordni li taghti wara,
tordna li dik is-sentenza jew dak is-sommarju jigi pubblikat jew
imxandar, ghas-spejjez tal-parti misjuba hatja, f’gazzetta ohra jew
fuq mezz iehor tax-xandir fi zmien li ma jkunx aktar minn xahar.
  12      KAP. 313. h         DESKRIZZJONIJIETKUMMERCJALI
(5) Fin-nuqqas ta’ tharis ta’ kull ordni msemmi fis-subartikolu
(4) ta’ dan l-artikolu dik il-parti li tinstab hatja tehel multa ta’
mhux anqas minn mitejn lira u mhux izjed minn elf lira jew
prigunerija ghal perijodu ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew ghal
dik il-multa u dik il-prigunerija flimkien.
