KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK g K AP. 315.    1
KAPITOLU 315
ATT DWAR IL-KONTROLL TAT-TIPJIP 
TAT-TABAKK 
Biex jaghmel disposizzjonijiet dwar il-kontroll tat-tipjip tat-tabakk u
dwar hwejjeg li ghandhom x'jaqsmu mieghu.
1 ta’ April, 1987;
25 ta’ April, 1987;
15 ta’ Gunju, 1987;
15 ta’ Settembru, 1987;
1 ta’ Jannar, 1988
L-ATT XLII ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor. 
Tipjip tat-Tabakk.
Tifsir.
Emendat:
IX. 2003.51.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghas-sahha pubblika u
tinkludi, fil-limitu tas-setgha moghtija, kull min hu awtorizzat
jidher ghalih ghal xi ghan ta’ dan l-Att;
"persuna" tinkludi enti morali stabbilit bil-ligi;
"post pubbliku" tinkludi kull post fejn il-pubbliku jista’ jidhol
jew ghandu permess jidhol, kemm bi hlas jew b’kull mod iehor; 
"pubblikazzjoni" tinkludi kull haga, ta’ liema materjal tkun, li
fuqha jkunu jidhru xi kelma, stampa jew messagg iehor, kemm jekk
stampat jew b’xi mod iehor;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti maghmula taht dan l-
Att;
"prodott tat-tabakk" tfisser prodotti ghall-finijiet ta’ tipjip
maghmulin kollha kemm huma jew f’parti minnhom mit-tabakk;
"reklamar" tfisser kull ghamla ta’ komunikazzjoni kummercjali li
jkollha l-iskop li tippromwovi, b’mod dirett jew mhux dirett,
prodotti tat-tabakk;
"rekwiziti ghat-tipjip" tfisser ir-rekwiziti ghat-tipjip tat-tabakk
jew li jkunu principalment mehtiega ghall-preparazzjoni tat-tipjip
tat-tabakk, u tinkludi makni ghall-brim tas-sigarretti, il-karta tas-
sigarretti jew kull materjal iehor li jghatti s-sigarrett, filtri tas-
sigarretti, bokkini tas-sigarri jew tas-sigarretti, pipi jew apparat
ghat-tindif tal-pipi, u kull apparat iehor uzat ghall-preparazzjoni
tas-sigarretti jew sigarri;
"servizzi ta’ socjeta  ta’ informazzjoni" tfisser servizzi fil-kuntest
tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/EC tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Gunju ta’ l-1998 li tistipula
procedura ghall-ghoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u
regolamenti teknici u ta’ regoli dwar Servizzi ta’ Socjeta  ta’
  2      KAP. 315. h         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
Informazzjoni kif emendati bid-Direttiva 98c48 EC (pubblikata fil-
Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea taht ir-riferenza OJ L 204,
21.7.1998 1937 u OJ L 217, 5.8.1998, rispettivament);
"sigarrett" tinkludi tabakk imqatta’ mibrum fil-karta, werqa tat-
tabakk jew kull materjal iehor f’dik l-ghamla li tista’ minnufih
tintuza ghat-tipjip;
"sponsorjar" tfisser kull ghamla ta’ kontribuzzjoni pubblika jew
privata ghal xi avveniment, attivita  jew individwu bil-ghan jew
effett dirett jew mhux dirett li ssir il-promozzjoni ta’ prodott tat-
tabakk;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent ghas-Sahha Pubblika; 
"tabakk" tinkludi sigarretti u dak it-tahlit ghat-tipjip li hu
mahsub bhala sostitut ghat-tabakk, u tinkludi kull prodott tat-
tabakk;
"ufficjal awtorizzat" tinkludi lil kull persuna assenjata fid-
Dipartiment tas-Sahha awtorizzata kif imiss mis-Suprintendent
biex tezercita kull setgha tas-Suprintendent skond dan l-Att, u
tinkludi wkoll ufficjali tal-pulizija.
Applikabbilta . 
Kap. 31.
3. Ebda disposizzjoni f’dan l-Att ma ghandha tapplika ghal
tabakk jew materjal uzat bhala sostitut ghat-tabakk li jitqiesu li
huma preparati medicinali jew veleni taht l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonjiet li ghandhom x’jaqsmu
maghha jew xi ligi ohra li tista’ tidhol fis-sehh minflok dik l-
Ordinanza.
Projbizzjoni ta’ 
reklamar. 
Emendat:
IX. 2003.52.
4. (1) Ebda persuna ma ghandha tirreklama permezz tat-
televizjoni, ir-radju jew kull mezz iehor tax-xandir, jew fis-swali
tac-cinematografija, sigarretti, sigarri jew kull ghamla ohra ta’
tabakk, prodott tat-tabakk jew rekwiziti ghat-tipjip.
(2) Ir-radju, it-televizjoni u programmi ohra mxandra b’mezzi
ohra ma ghandhomx ikunu sponsorjati minn imprizi li l-attivita
principali taghhom tkun il-manifattura jew il-bejgh ta’ prodotti tat-
tabakk.
(3) Ebda prodott tat-tabakk ma ghandu jgib l-isem tad-ditta,
trade mark, emblema jew fattizz distintiv iehor ta’ xi prodott jew
servizz iehor, kemm-il darba dak il-prodott tat-tabakk ma jkunx
qabel gie kkummercjat taht dak l-isem tad-ditta, trade mark,
emblema jew fattizz distintiv iehor qabel dak il-progett l-iehor.
(4) L-isem tad-ditta, trade mark, emblema u kull fattizz
distintiv iehor ta’ prodott jew servizz ghandhom ikunu pprezentati
b’mod ghalkollox distint minn dak uzat ghall-prodott tat-tabakk.
Eccezzjonijiet. 
Emendat:
IX. 2003.55.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-ahhar artikolu li jigi minnufih
qabel dan ma japplikawx ghal gazzetti jew rivisti barranin li jigu
mportati f’Malta u li l-ghan ewlieni taghhom ma jkunx dak li
jirreklamaw l-oggetti msemmija jew xi whud minnhom, jew li
jkollu x’jaqsam mal-kummerc ta’ dawk l-oggetti.
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK g K AP. 315.    3
Projbizzjoni ta’ 
tqassim b’xejn jew 
xi metodu iehor ta’ 
promozzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.54.
6. (1) Kull reklamar fl-istampa u f’pubblikazzjonijiet ohra
stampati ghandu jkun limitat ghal pubblikazzjonijiet eskluzivament
intizi ghall-professjonisti li jkunu jahdmu fin-negozju tat-tabakk u
ghal pubblikazzjonijiet li jkunu stampati u ppubblikati f’pajjizi
ohra, meta dawk il-pubblikazzjonijiet ma jkunux principalment
intizi ghas-suq lokali.
(2) Ikun ipprojbit kull reklamar iehor fl-istampa u
f’pubblikazzjonijiet stampati ohra.
(3) Reklamar li ma jkun la permess fl-istampa u lanqas
f’pubblikazzjonijiet stampati ohra ma ghandux ikun permess
f’servizzi ta’ socjeta  ta’ informazzjoni.
Sponsorjar.
Mizjud:
IX. 2003.54.
6A. (1) Ghandu jkun projbit l-isponsorjar ta’ avvenimenti jew
attivitajiet li jkunu jinvolvu lil diversi Stati Membri ta’ l-Unjoni
Ewropea jew li xort’ohra jkollhom effett transkonfini.
(2) Kull tqassim b’xejn ta’ prodotti tat-tabakk fil-kuntest ta’ l-
isponsorjar ta’ avvenimenti kif imsemmi fis-subartikolu (1), li
jkollu l-iskop jew l-effett dirett jew mhux dirett li jippromwovi
dawk il-prodotti, ghandu jkun projbit.
Ghandhom 
jintwerew avvizi 
dwar is-sahha fis-
swali 
cinematografici.
Emendat:
IX. 2003.53.
7. (1) Huwa d-dmir ta’ kull proprjetarju, kull detentur ta’
licenza, kull makkinista jew kull persuna ohra li matul xi zmien
tkun qieghda tagixxi f’dik il-kariga f’sala cinematografika, illi
jizguraw li minnufih qabel il-bidu tal-wiri ta’ kull film u minnufih
wara l-intervall, qabel it-tkomplija tal-film ghandu jintwera fuq l-
iskrin avviz dwar is-sahha skond kif ikun jidhirlu xieraq is-
Suprintendent, ghal dak it-tul ta’ zmien, u ghal kull darba, skond
kif ikun preskritt, flimkien ma’ avviz li t-tipjip fis-sala
cinematografika hu projbit bil-ligi.
(2) Huwa d-dmir ta’ kull persuna li tkun qed tmexxi stazzjon
tax-xandir illi tizgura illi qabel il-wiri ta’ kull film jew xandira ohra
li fiha tipjip jew xi oggetti minn dawk imsemmijin fl-artikolu 4,
huma murija jew imsemmija, li xxandar minnufih qabel il-wiri tal-
film jew dak il-programm l-iehor, avviz dwar is-sahha kif imsemmi
fis-subartikolu (1).
Avvizi dwar is-
sahha fuq pakketti.
Sostitwit:
IX. 2003.56.
8. (1) Kull pakkett tas-sigarretti u kull prodott tat-tabakk
iehor importat, mibjugh, imqassam jew fornut, sew jekk jinghata
jew ma jinghatax kumpens, ghandu jkollu fuqu dik l-informazzjoni,
inkluza informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-kwantititajiet
taghhom.
(2) Ghall fini tas-subartikolu (1) u ghal kull fini iehor ta’ dan l-
Att, is-Suprintendent jista’ jitlob lill-manifatturi u lill-importaturi
tas-sigarretti u prodotti tat-tabakk jissottomettu lista ta’ l-
ingredjenti kollha u tal-kwantitajiet relattivi li jintuzaw fil-
manifattura ta’ tali prodotti tas-sigarretti jew tat-tabakk.
Regolamenti.
Sostitwit:
IX. 2003.56.
9. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti ghall-ahjar twettiq
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u sabiex inaqqas il-hsara li
tirrizulta mill-konsum tat-tabakk jew prodotti tat-tabakk, u b’mod
partikolari u minghajr pregudizzju ghall-generalita  ta’ dik is-
setgha, jista’ jaghmel regolamenti ghal kull wiehed jew xi wiehed
  4      KAP. 315. h         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
minn dawn l-iskopijiet li gejjin:
(a) biex jippreskrivi li l-avvizi dwar is-sahha skond dawk
imsemmija fl-artikolu 10 ghandhom jitwahhlu
f’pozizzjonijiet prominenti f’postijiet pubblici u fuq
vetturi li jkollhom licenza jew li jintuzaw ghat-trasport
pubbliku, u li d-detentur tal-licenza u s-sewwieq
ikollhom id-dmir, skond il-kaz, li jharsu dak ir-
regolament;
(b) biex jippreskrivi l-inqas kontenut permissibbli ta’
qatran, nikotina u kontenut iehor li jista’ jkun fihom
is-sigarretti jew ghamliet ohra ta’ tabakk jew prodotti
tat-tabakk, u l-oghla rizultat ta’ dawk is-sustanzi li
jistghu jinkisbu minnhom;
(c) biex jippreskrivi il-kondizzjonijiet li tahthom il-bejgh
jew it-tqassim ta’ sigarretti, sigarri jew prodotti ohra
tat-tabakk ghandhom ikunu projbiti jew ristretti;
(d) biex jipprojbixxi jew jikkontrolla kull reklam li jkun
b’mod dirett jew mhux dirett konness mat-tabakk jew
mat-tipjip tat-tabakk;
(e) biex jikkontrolla n-numru ta’ sigarretti li jistghu jigu
offerti ghall-bejgh bhala pakkett wiehed bl-imnut, u
sabiex jipprojbixxi l-bejgh ta’ sigarretti sfuzi:
Izda l-Ministru ma ghandux jaghmel regolamenti
li jipprojbixxu l-bejgh ta’ pakketti ta’ sigarretti li jkun
fihom dak in-numru ta’ sigarretti bhall-pakketti tas-
sigarretti li jkun hemm ghall-bejgh fil-jum tal-bidu fis-
sehh ta’ dan il-paragrafu;
(f) biex jikkontrrolla l-mod kif jigu pprezentati s-
sigarretti, sigarri u prodotti ohra tat-tabakk;
(g) biex jipprojbixxi jew jikkontrolla t-tipjip f’xi post jew
parti minnu; u
(h) biex jippreskrivi kull haga ohra li tista’ jew li tkun
mehtiega li tigi preskritta b’dan l-Att.
Ghandu jintwera 
avviz dwar is-
sahha fil-hwienet.
Emendat:
IX. 2003.57.
10. Id-detentur ta’ licenza ta’ xi fond minn fejn jinbieghu
sigarretti, sigarri, tabakk jew prodotti tat-tabakk jew rekwiziti tat-
tipjip, ghandu jizgura li jkollu avviz skond kif jidhirlu xieraq is-
Suprintendent dwar il-kliem, il-format, id-daqs u l-prezentazzjoni,
li jkun jindika il-perikli tat-tipjip ghas-sahha u li dan l-avviz
jintwera b’mod prominenti fil-fond tieghu sabiex jigbed l-
attenzjoni tax-xerrejja jew ta’ persuni ohra li jkunu fil-fond u
sabiex dan ikun jista’ jintgharaf u jinqara minnhom b’mod facli.
Kontenut ta’ qatran 
u ta’ nikotina.
Emendat:
IX. 2003.58.
11. (1) Ebda sigarretti ma jistghu jigu mpurtati, mibjugha,
forniti jew imqassma b’kumpens jew b’kull mod iehor kemm-il
darba ma jkunx hemm stampat fuq il-pakkett jew fuq tikketta
mwahhla fuqu, dik l-informazzjoni li s-Suprintendent jista’ minn
zmien ghal zmien jehtieg b’regolamenti li jaghmel.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma japplikawx ghas-
sigarretti, sigarri, tabakk jew prodotti tat-tabakk ghall-
esportazzjoni u li ma jkunux mibjugha jew distribwiti ghal konsum
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK g K AP. 315.    5
f’Malta.
Kull bejgh ikun 
skond l-Att u r-
regolamenti.
Emendat:
IX. 2003.59.
12. (1) Ebda persuna ma tista’ tbiegh xi sigarretti jew
ghamliet ohra ta’ tabakk jew prodott tat-tabakk li ma jkunux skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament li jsir tahtu.
(2) Hadd ma jista’ jbiegh jew jawtorizza l-bejgh ta’ prodotti
tat-tabakk fi jew minn -
(a) l-imkejjen ta’ sptarijiet, klinici, spizeriji jew
stabbilimenti tal-kura tas-sahha ohra;
(b) l-imkejjen ta’ skejjel, kulleggi, jew xi istituzzjoni
edukattiva ohra;
(c) facilitajiet sportivi jew atletici.
Bejgh lil zghazagh.
Emendat:
IX. 2003.60.
13. (1) Ebda persuna ma tista’ tbiegh, tipprovdi jew tqassam
b’kumpens jew b’kull mod iehor, xi sigarretti, sigarri, tabakk,
prodotti tat-tabakk jew rekwiziti tat-tipjip lil min ikun ghadu ma
ghalaqx it-tmintax-il sena, jew b’xi mod thajjar xi persuna bhal dik
biex tpejjep.
(2) Ebda sigarretti, sigarri, tabakk jew prodott tat-tabakk ma
jista’ jinbiegh minn makni tal-bejgh awtomatici minbarra fejn dawn
il-makni jistghu jkunu kontrollati.
(3) Ghandha tkun ir-responsabbilta  ta’ min ikun f’dak iz-zmien
responsabbli ghal, jew ikun qed jikkontrolla, il-fond fejn tkun
tinsab xi makna tal-bejgh awtomatika li jizgura li min ikun ghadu
ma ghalaqx it-tmintax-il sena ma jistax juza dik il-makna.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip f’xi bnadi u 
fil-mezzi ta’ 
trasport pubbliku.
Emendat:
IX. 2003.61.
14. (1) Ebda persuna ma tista’ tpejjep xi sigarrett, sigarru,
tabakk jew prodott tat-tabakk fuq xi mezz tat-trasport pubbliku,
f’xi sala tac-cinematografu jew f’teatru, f’xi sptar, klinika jew
istituzzjoni ohra tas-sahha, jew f’xi studio ta’ televizjoni f’xi
dibattitu, diskussjoni jew programm iehor imxandar lokalment
ghall-wiri pubbliku sew jekk dirett jew jekk ikun registrat; jew f’xi
post jew stabbiliment iehor jew parti minnu skond ma l-Ministru
jista’ minn zmien ghal zmien jipprovdi permezz ta’ regolamenti li
jaghmel taht dan l-Att; lanqas ma tista’ xi persuna tpejjep xi oggett
bhal dak f’xi klassi, kuridur, bitha jew annex ta’ skola, day home
jew postijiet simili li jintuzaw mit-tfal li ghandhom inqas minn
tmintax-il sena.
Ghall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "skola" tinkludi
kindergarten, nursery school jew postijiet simili.
(2) Huwa d-dmir ta’ min ikun jiehu hsieb il-bnadi msemmijin
fis-subartikolu (1), u tas-sewwieq u konduttur ta’ kull mezz ta’
trasport pubbliku, li jizguraw li jitwahhal sinjal jew avviz car
f’post jew postijiet prominenti skond ma jkun il-kaz, sabiex jigbdu
l-attenzjoni ghall-fatt li t-tipjip hu projbit, u jkun ukoll id-dmir ta’
dik il-persuna li tizgura li ma jsir ebda tipjip f’dawk il-bnadi jew
fuq il-mezz tat-trasport pubbliku, skond ma jkun il-kaz.
Bejgh, ecc., ta’ 
helu, ecc., 
f’ghamla ta’ 
sigarretti.
15. Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura, tbiegh,
tipprovdi jew tqassam b’kumpens jew b’kull mod iehor xi helu, ikel
tal-helu jew gugarelli f’ghamla ta’ sigarretti, sigarri jew pipa.
  6      KAP. 315. h         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
Igjene fi hwejjeg 
ta’ l-ikel.
16. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ghandhom jizdiedu u
mhux jitnaqqsu mid-disposizzjonijiet ta’ xi ligi li tipprojbixxi jew
li hi ta’ restrizzjoni ghat-tipjip ta’ tabakk ghall-finijiet ta’ igjene fi
hwejjeg ta’ l-ikel.
Reat minn korp 
jew assocjazzjoni. 
17. Meta reat taht jew kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jigi
kommess minn kumpannija jew assocjazzjoni jew xi korp iehor ta’
persuni jew enti morali stabbilit bil-ligi, kull min fiz-zmien tat-
twettiq tar-reat kien direttur, manager, segretarju jew ufficjal simili
iehor ta’ din il-kumpannija, assocjazzjoni jew korp iehor ta’
persuni jew enti morali stabbilit bil-ligi jew ta x’wiehed jifhem li
kien qieghed jagixxi f’xi kapacita  bhal din, ghandu jitqies li hu hati
ta’ dak ir-reat sakemm huwa ma jgibx prova li r-reat twettaq
minghajr ma huwa kien jaf u li huwa kien ghamel kull ma seta’ biex
izomm milli jitwettaq ir-reat.
Reati u pieni.
Emendat:
IX. 2003.62.
18. (1) Kull min jikser jew jonqos milli jwettaq xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament li jsir taht dan
l-Att, ghandu jinstab hati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Kull min jinsab hati ta’ reat kontra dan l-Att jew kontra
regolamenti maghmulin taht dan l-Att jista’, minghajr pregudizzju
ghal kull responsabbilta  li jkollu taht kull ligi ohra, jehel, meta
jinsab hati ghall-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
u mhux izjed minn hames mitt lira, u meta l-att jew l-ommissjoni li
jkunu jaghmlu r-reat jibqghu ghaddejin ghal iktar minn gurnata, il-
Qorti ghandha iktar minn hekk timponi multa ta’ mhux inqas minn
ghaxar liri u mhux izjed minn hamsin lira ghal kull gurnata li
matulha dak l-att jew ommissjoni jibqa’ ghaddej, u meta jkun
hemm sejbien ta’ htija ghat-tieni jew aktar drabi, b’zieda ma’ dawk
il-pieni, u, fuq talba tal-prosekuzzjoni, ghal prigunerija ghal zmien
mhux izjed minn tliet xhur, u ghas-sospensjoni tal-licenza ta’ xi
fond jew mezz tat-trasport pubbliku fejn ikun sar ir-reat, ghal
perjodu ta’ mhux inqas minn gimgha u mhux izjed minn xahar.
Kumitat dwar it-
Tipjip u s-Sahha.
Emendat:
IX. 2003.63.
19. (1) Ghandu jitwaqqaf Kumitat li jkun maghruf bhala l-
Kumitat dwar it-Tipjip u s-Sahha, ’il quddiem imsejjah bhala l-
Kumitat, li jkun maghmul minn:
(a) is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika, bhala Chairman,
jew ir-rapprezentant tieghu;
(b) id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jew ir-rapprezentant
tieghu;
(c) is-Segretarju fil-Ministeru tal-Finanzi jew ir-
rapprezentant tieghu;
(d) id-Direttur tal-Promozzjoni tas-Sahha, jew ir-
rapprezentant tieghu;
(e) hames membri li jigu mahturin mill-Ministru tas-
Sahha kif gej:
(i) ufficjal inkarigat mill-promozzjoni tas-sahha
mid-Dipartiment tas-Sahha;
(ii) membru wiehed ta’ Assocjazzjoni tal-
Konsumaturi;
(iii) membru wiehed mill-organizzazzjoni voluntarja
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK g K AP. 315.    7
li ghandha interess li tnaqqas ir-riskji li hemm
ghas-sahha li johorgu mit-tipjip; u
(iv) zewg membri ohrajn.
(2) Il-membri msemmijin fis-subartikolu (1)(e) ghandhom
jinhatru ghal dak iz-zmien u taht dawk il-kundizzjonijiet li jigu
ndikati lilhom fl-ittra ta’ hatra rispettiva taghhom.
(3) Il-Ministru ghandu jahtar ufficjal pubbliku sabiex ikun
Segretarju tal-Kumitat.
(4) Ikun id-dmir ta’ dan il-Kumitat li jaghti parir lill-Ministru
fuq kull mizura, inkluza l-legislazzjoni, li tista’ tkun mehtiega jew
spedjenti sabiex inaqqas ir-riskju li hemm ghas-sahha li johrog
mill-konsum ta’ tabakk jew prodotti tat-tabakk u sabiex jikkoordina
u jgib ’il quddiem dawk l-attivitajiet li ghandhom x’jaqsmu mal-
prevenzjoni u l-kontroll ta’ tipjip ta’ dawn il-prodotti.
(5) Bla hsara ghal dak li hemm provdut f’dan l-Att, il-Kumitat
jista’ jagixxi nonostanti kull vakanza fost il-membri tieghu u jista’
jirregola l-procedura tieghu stess.
