RATIFIKATAD-DELIMITAZZJONITAL-BLATA 
 KONTINENTALIBEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 316.   1
KAPITOLU 316
ATT DWAR IR-RATIFIKA TAD-
DELIMITAZZJONI TAL-BLATA 
KONTINENTALI BEJN MALTA U L-LIBJA
Ghar-ratifika ta’ Ftehim dwar id-Delimitazzjoni tal-Blata Kontinentali
bejn ir-Repubblika ta’ Malta u l-Kbira Gemahirija Gharbija Libjana
Popolari u Socjalista.
(29 ta’ Jannar, 1987)*
Sar ligi bl-ATT III ta’ l-1987.
Titolu fil-qosor. 
Delimitazzjoni tal-Blata Kontinentali bejn Malta u l-Libja.
Ratifika ta’ 
Ftehim.
2. Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Malta u l-Kbira
Gemahirija Gharbija Libjana Popolari u Socjalista li jgib fis-sehh
Artikolu III tal-Ftehim Specjali u s-Sentenza tal-Qorti
Internazzjonali tal-Gustizzja, iffirmat fl-10 ta’ Novembru, 1986 u li
kopja tieghu qieghda fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, qieghed jigi
b’dan ratifikat u l-bdil tad-dokumenti ta’ ratifika dwar dak il-
Ftehim ghall-ghanijiet ta’ l-Artikolu 4 tieghu qieghed jigi b’dan
awtorizzat.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 67 tad-29 ta' Jannar, 1987.
    RATIFIKATAD-DELIMITAZZJONITAL-BLATA 
2      KAP. 316.h   KONTINENTALIBEJNMALTAUL-LIBJA
SKEDA 
(ARTIKOLU 2)
FTEHIM 
bejn 
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA 
u 
L-KBIRA GEMAHIRIJA GHARBIJA LIBJANA 
POPOLARI u SOCJALISTA 
li jgib fis-sehh 
ARTIKOLU III TAL-FTEHIM SPECJALI 
u 
S-SENTENZA TAL-QORTI INTERNAZZJONALI TAL-GUSTIZZJA
Il-Kbira Gemahirija Gharbija Libjana Popolari u Socjalista u r-Repubblika ta’
Malta.
Billi jixtiequ jgibu fis-sehh Artikolu III tal-Ftehim Specjali iffirmat bejn iz-zewg
pajjizi fl-24 Jumada Al-Ula, 1396, korrispondenti ghat-23 ta’ Mejju, 1976, u s-
Sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Gustizzja moghtija fit-3 ta’ Gunju, 1985, fil-
kaz dwar il-Blata Kontinentali, Gemaharija Gharbija Libjana/Malta.
Jiftiehmu kif gej:
Artikolu 1
Id-delimitazzjoni ta’ l-area tal-Blata Kontinentali appartenenti lill-Kbira
Gemahirija Gharbija Libjana Popolari u Socjalista u lir-Repubblika ta’ Malta
rispettivament gewwa l-meridjani 13°50' lvant u 15°10' lvant ghandhom ikunu arki
ta’ crieki kbar bejn il-ponti li gejjin fis-sekwenza moghtija hawn taht:
 Latitudni Tramuntana Longitudni Lvant 
Pont 1  34° 40'46"T 13° 50'00"L
Pont 2 34° 40'10"T 13° 52'31"L
Pont 3 34° 39'16"T 13° 56'09"L
Pont 4 34° 37'11"T  14° 04'15"L
Pont 5 34° 37'02"T 14° 05'14"L
Pont 6 34° 35'20"T 14° 15'37"L
Pont 7 34° 34'07"T 14° 23'54"L
Pont 8 34° 33'07"T 14° 31'29"L 
Pont 9 34° 32'18"T 14° 37'24"L
Pont 10 34° 31'20"T 14° 49'07"L 
Pont 11  34° 29'53"T 15° 10'00"L
Il-pozizzjoni tal-ponti f’dan l-Artikolu huma definiti b’latitudni u longitudni
skond European Datum.
Artikolu 2
Ghall-finijiet illustrattivi biss il-linja ta’ konfini definita bil-ponti kardinali
indikati fl-Artikolu 1 hawn fuq hija murija fl-Admiralty Chart Numru 176 Skala
1:1,100,000 f’latitudni 39°00' ippubblikata minn Taunton, 31 ta’ Ottubru, 1969, li
hija annessa mal-Ftehim u tifforma parti integrali minnu.
RATIFIKATAD-DELIMITAZZJONITAL-BLATA 
 KONTINENTALIBEJNMALTAUL-LIBJA gKAP. 316.   3
Artikolu 3
Jekk jigi stabbilit li r-rizorsi naturali f’qiegh il-bahar jew taht l-art tieghu jestendu
fuq iz-zewg nahat tal-konfini tal-Blata Kontinentali, kif definita fil-Ftehim, b’mod li
r-rizorsi li jinsabu fl-area tal-Blata Kontinentali ta’ wahda mill-Partijiet jistghu jigu
sfruttati, kollha jew in parti, mill-area tal-Blata Kontinentali tal-Parti l-ohra, l-
awtoritajiet kompetenti taz-zewg pajjizi ghandhom jiehdu hsieb li jikkonsultaw lil
xulxin bil-ghan li jiddeterminaw il-mod kif dawn ir-rizorsi ghandhom jigu sfruttati.
Artikolu 4
Dan il-Ftehim jibda jsehh immedjatament mad-data tal-bdil tad-dokumenti ta’
ratifika.*
MAGHMUL f’Valletta fis-7 Rabia el Ewwel 1396 li tikkorrispondi ghall-10 ta’
Novembru, 1986 f’zewg originali, fl-ilsien Gharbi u fl-ilsien Ingliz, iz-zewg testi
awtentici ndaqs.
*Il-bdil tad-dokumenti ta’ ratifika sehh fil-11 ta’ Dicembru, 1987.
Alex Sceberras Trigona Hassan Abdulati El Barghati
GHAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA GHALL-KBIRA GEMAHIRIJA 
GHARBIJA LIBJANA POPOLARI 
SOCJALISTA
    RATIFIKATAD-DELIMITAZZJONITAL-BLATA 
4      KAP. 316.h   KONTINENTALIBEJNMALTAUL-LIBJA
(Annex mal-Ftehim)
Mappa ta’ l-Ammiraljat Numru 176
