KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB  g K AP. 317.    1
KAPITOLU 317
Sostitwit:
XXVI. 2000.17.
ATT DWAR KUNTRATTI 
FUQ L-GHADBA TAL-BIEB
Biex jirregola l-attivitajiet ta’ Bejjiegha Bieb b’Bieb.
11 ta’ Frar, 1987;
15 ta’ Marzu, 1987
L-ATT VII ta’ l-1987, kif emendat bl-Atti XXVIII ta’ l-1994 u XXVI ta’ l-
2000.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Kuntratti fuq l-Ghadba
tal-Bieb.
Tifsir. 
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XXVI. 2000.17.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"bejjiegh bieb b’bieb" tfisser persuna li toffri l-provdiment jew
il-forniment ta’ kull tip ta’ oggetti jew servizzi permezz ta’ kuntratt
maghmul fuq l-ghatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx
minn min tkun qieghda ssirlu l-offerta, sew jekk tintalab minn dan
ta’ l-ahhar bi twegiba ghal xi reklam, izda ma tinkludix bejjiegha
ta’ ikel u xorb li jbieghu il-prodotti taghhom bieb bieb;
"Direttur" tfisser id-Direttur ghall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"fond kummercjali" tinkludi l-fond jew kull post iehor minn fejn
jew li minn go fih kummercjant regolarment jiggestixxi l-attivita
kummercjali tieghu, u jinkludi posta f’fiera u posti tas-suq;
"jippreskrivi" tfisser preskritti b’regolamenti taht dan l-Att;
"konsumatur" tfisser persuna li f’operazzjonijiet li jaqghu taht
dan l-Att tagixxi b’mod li ma jkunx ta’ xorta kummercjali jew
professjonali;
Kap. 378.
dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, u tinkludi lil kull persuna li
tagixxi f’isem, ghan-nom ta’ jew fl-interess ta’ kummercjant jew
taht l-ordni ta’ kummercjant, u tinkludi iktar minn hekk lil xi
persuna li tkun qeghda tagixxi biex tavvanza xi interess
professjonali, u, sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg
xort’ohra, tinkludi wkoll lill-bejjiegh bieb b’bieb;
Kap. 378.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill ghall-Affarijiet tal-Konsumatur,
imwaqqaf bl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur;
"kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb" tfisser kuntratt ghall-
provdiment jew forniment ta’ oggetti jew servizzi minn bejjiegh
bieb b’bieb li jagixxi jew f’ismu proprju jew f’isem xi
kummercjant, liema kuntratt ikun gie negozjat fid-dar tal-
konsumatur jew fuq il-post tax-xoghol tieghu jew f’kull post jew
fond ‘il boghod mill-fond tax-xoghol tal-bejjiegh bieb b’bieb jew
tal-kummercjant li jkun qed jagixxi f’ismu, inkluzi kuntratti li jsiru
matul eskursjoni organizzata minn kummercjant ’il boghod mill-
fond kummercjali tieghu, jew matul zjara minn kummercjant f’dar
  2      KAP. 317. h       KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB
il-konsumatur jew f’dik ta’ xi konsumatur iehor, jew fuq il-post
tax-xoghol tal-konsumatur;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet tal-
konsumatur;
"oggetti" jinkludu kull oggett jew haga, sew tangibbli jew mhux
tangibbli, li tista’ tkun l-ghan ta’ xi kummerc;
Kap. 378. "servizzi" ghandu jkollha t-tifsira lilha moghtija taht l-Att dwar
l-Affarijiet tal-Konsumatur, izda ghandha teskludi kuntratti ta’ l-
assigurazzjoni.
Kif japplika dan l-
Att.
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XXVI. 2000.17..
3. Dan l-Att ma japplikax ghal - 
(a) kuntratti li jkunu gew esklusivament negozjati
b’inizjattiva tal-konsumatur meta l-kuntratt ikun
eskluzivament jolqot l-oggetti jew is-servizzi li
dwarhom il-konsumatur ikun talab iz-zjara tal-
kummercjant:
Izda jekk titqieghed ordni ghal katalogi, mudelli,
kampjuni u oggetti simili, jew jekk jintalab mill-
konsumatur li ssir zjara jew dimostrazzjoni, jew jekk
wiehed jiehu sehem f’xi attivita  li tkun organizzata
minn kummercjant, dawn ma ghandhomx jitqiesu li
qeghdin jaghtu bidu ghal trattativi;
(b) kuntratti li jkunu gew unikament negozjati bil-miktub,
li ma jkunux kuntratti maghmula fuq l-ghatba tal-bieb; 
(c) kuntratti li jsiru quddiem qorti, nutar jew persuna ohra
li jkollha dmir li tinforma liz-zewg partijiet fil-kuntratt
dwar id-drittijiet u d-dmirijiet li ghandhom;
(d) kuntratti li jirrigwardaw il-proprjeta  immobbli jew
drittijiet relattivi;
(e) kuntratti li fihom il-prezz kollu totali li jrid jithallas
mill-konsumatur ma jkunx iktar minn ghoxrin lira:
Izda meta jkun hemm kuntratt wiehed jew aktar
minn wiehed li jkunu jipprovdu ghal provvista
kontinwa u l-valur kollu tal-kuntratt ikun jew jista’
jingieb li jaqbez l-ghoxrin lira, dak il-kuntratt jew
kuntratti ghandhom, minkejja l-valur ta’ kull kunsinna
individwali u separata, jitqiesu bhala kuntratt fejn il-
prezz kollu totali li jrid jithallas mill-konsumatur ikun
jaqbez l-ghoxrin lira;
(f) kuntratti li jirrigwardaw il-bejgh ta’ dawk l-oggetti kif
il-Ministru jista’ jippreskrivi.
Licenza biex 
wiehed jaghmilha 
ta’ bejjiegh 
itineranti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
4. (1) Hadd ma jista’ jaghmilha ta’ bejjiegh bieb b’bieb jekk
ma jkollux licenza mahruga ghal dan il-ghan mid-Direttur. Dik il-
licenza ma tezentax lil min izommha milli jkollu xi licenza jew
permess iehor kif mehtieg minn jew taht xi ligi ohra.
(2) Sakemm ma jigix preskritt xort’ohra, d-Direttur ma
ghandux johrog dik il-licenza hlief lil min -
KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB  g K AP. 317.    3
(i) ikun individwu li jkun lahaq l-eta  legali;
(ii) jipproduci certifikat minghand il-Kummissarju
tal-Pulizija li jkun juri li hu ta’ kondotta tajba, u
iktar minn hekk jipproduci kull prova ohra dwar
l-integrita , l-kredibilita  u l-kompetenza tieghu
hekk kif id-Direttur jista’ jkun jehtieg jew hekk
kif jista’ jigi preskritt; u 
(iii) jkollu fond kummercjali f’indirizz permanenti li
jkun miftuh ghall-pubbliku fil-hinijiet regolari,
jew li jkun impjegat minn dik il-persuna.
(3) Il-licenza biex wiehed jaghmilha ta’ bejjiegh bieb b’bieb
ghandha tkun wahda persunali u ghandha tkun valida sa tmiem is-
sena kalendarja li tinhareg fiha, u tista’ tiggedded mid-Direttur ghal
perijodi ohrajn li ma jkunux ta’ iktar minn sena kull wiehed.
Kap. 378.
(4) Id-Direttur jista’ f’kull zmien jirtira jew jissospendi jew
jichad li jgedded licenza taht dan l-artikolu, jekk id-detentur tal-
licenza jkun agixxa bi ksur ta’ xi wiehed mill-provvedimenti ta’
dan l-Att jew inkella jkun insab hati ta’ xi reat taht dan l-Att, taht l-
Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, jew taht ir-regolamenti
maghmulin tahthom.
(5) Id-Direttur jista’ jimponi dak il-hlas ghall-hrug jew tigdid
ta’ licenza li l-Ministru jista’ jippreskrivi.
Piena ghal min 
jaghmilha ta’ 
bejjiegh itineranti 
minghajr licenza.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
5. (1) Kull persuna li taghmilha ta’ bejjiegh bieb b’bieb
minghajr ma jkollha licenza mid-Direttur jew li timpjega jew
b’mod iehor tmexxi l-kummerc taghha permezz ta’ bejjiegh bieb
b’bieb li ma jkollhiex fil-pussess taghha licenza mahruga mid-
Direttur tkun hatja ta’ reat kontra dan l-Att u tehel, meta tinstab
hatja, il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn mitt lira izda mhux
aktar minn hames mitt lira, jew prigunerija ghal zmien mhux aktar
minn sitt xhur, jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
(2) Kull kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb li jsir ma’ jew
permezz ta’ bejjiegh bieb b’bieb li ma jkollux licenza valida skond
dan l-Att, ikun jista’, jekk hekk jaghzel il-konsumatur, jigi
annullat:
Izda din in-nullita  ma ghandhiex tigi mressqa minn
konsumatur wara eghluq il-perijodu ta’ xahar minn meta l-oggetti
jew is-servizzi li ghalihom jirriferi l-kuntratt ikunu gew kunsinnati
jew provvisti lilu, u ma ghandhiex titressaq bhala eccezzjoni mill-
bejjiegh bieb b’bieb jew mill-persuna li tkun qieghda timpjegah
jew b’xi mod iehor tmexxi l-kummerc permezz tieghu, f’kull
zmien.
Min jikkumercja 
bieb b’bieb ghandu 
jwarrab meta 
jintalab jaghmel 
dan.
Mizjud:
XXVI. 2000.17.
5A. Min imur fid-dar jew fuq il-post tax-xoghol ta’ konsumatur
bil-ghan li jikkummercja kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb
jew ghal xi raguni incidentali jew relatata, ghandu jwarrab minn
dak il-post meta jintalab jaghmel hekk mill-konsumatur. Kull min
jonqos li jwarrab minn dik id-dar jew minn fuq dak il-post tax-
xoghol meta jintalab jaghmel dan ikun hati ta’ reat kontra dan l-Att
u jista’ jehel meta jinsab hati multa ta’ mhux aktar minn hames mitt
lira.
  4      KAP. 317. h       KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB
Il-bejgh ghandu 
jsir bi skrittura 
privata.
6. (1) Ebda kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb li jsir
minn jew permezz ta’ bejjiegh bieb b’bieb ma ghandu jkun validu
hlief meta dan isir bi skrittura privata li tkun tista’ tigi kancellata
kif provdut fl-artikolu 8.
(2) Kopja wahda ta’ l-iskrittura privata ghandha tinzamm mill-
bejjiegh bieb b’bieb u kopja ohra ghandha tinzamm mill-
konsumatur. Ghandha titwahhal ma’ l-iskrittura privata li tinzamm
mill-konsumatur formola ta’ kancellament.
Xi jkun fiha l-
iskrittura privata.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
7. L-iskrittura privata ghandha, taht piena ta’ nullita ,
tinkludi-
(a) id-data meta u l-post fejn giet iffirmata;
(b) l-isem u l-indirizz tal-konsumatur;
(c) l-isem tal-bejjiegh bieb b’bieb u n-numru tal-licenza
tieghu;
(d) l-indirizz permanenti tal-fond kummercjali tal-bejjiegh
bieb b’bieb jew tal-persuna li timpjegah;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oggetti jew is-servizzi li ghalihom
jirreferi l-kuntratt;
(f) il-prezz li bih kellhom jigu provvisti l-oggetti jew is-
servizzi, u l-pattijiet tal-hlas, inkluzi dettalji shah dwar
kull imghax u hlasijiet ohra;
(g) iz-zmien stipulat ghall-provvista ta’ l-oggetti jew tas-
servizzi, liema zmien ma ghandu f’ebda kaz jaqbez is-
sittin gurnata mid-data tal-ftehim privat;
(h) klawzola li tkun stampata b’mod car u b’tipi grassi u
b’emfasi li l-konsumatur ikollu d-dritt ihassar il-kitba
privata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8;
(i) dawk il-kondizzjonijiet jew partikolaritajiet
addizzjonali ohra hekk kif il-Kunsill jista’ jkun jehtieg
minn zmien ghal zmien; u
(j) dawk il-kondizzjonijiet ohra li l-Ministru jista’ minn
zmien ghal zmien jippreskrivi sabiex jassigura li jkun
hemm deskrizzjoni sew tal-hwejjeg u li ma ssir ebda
influwenza zejda fuq il-konsumatur.
Thassir ta’ kuntratt 
maghmul fuq l-
ghadba tal-bieb.
Sostitwit:
XXVI. 2000.17.
8. (1) Kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb ma jkunx
jorbot u konkluziv jekk dan jithassar mill-konsumatur kif provdut
f’dan l-artikolu: sakemm it-thassir isir fi zmien hmistax il-gurnata
mid-data tal-kitba privata, jew f’dak iz-zmien itwal li jista’ jigi
stipulat fil-kitba privata.
(2) It-thassir ta’ kuntratt fuq l-ghatba tal-bieb jista’ jsir b’kull
mod sakemm titwassal sew l-intenzjoni mill-konsumatur lill-
bejjiegh bieb b’bieb jew lill-kummercjant li f’ismu l-bejjiegh ikun
qieghed jagixxi. It-thassir jista’ jsir bil-fomm, permezz ta’ messagg
bit-telefon jew telefax, jew bil-kunsinna, sew bl-idejn sew bil-posta
ordinarja jew registrata fl-indirizz permanenti tal-bejjiegh jew tal-
kummercjant bieb b’bieb, ta’ avviz ta’ formola ta’ thassir li tkun
iffirmata mill-konsumatur jew minn xi persuna li tkun debitament
KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB  g K AP. 317.    5
awtorizzata li tirrapprezentah. 
(3) Tista’ tintuza formola ta’ thassir fl-ghamla stabbilita fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att minn konsumatur li jkun irid ihassar
kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb. Kopja ta’ formola ta’
thassir bhal dik ghandha f’kull kaz tkun mehmuza mal-kopja tal-
ftehim privat li jinzamm mill-konsumatur. Jekk il-konsumatur ikun
irid jaghmel uzu mill-formola ta’ thassir huwa jista’ jiffirma dik il-
formola u jikkunsinnaha lill-bejjiegh bieb b’bieb jew lill-
kummercjant li jkun qed jagixxi f’ismu.
(4) Ikun dmir bejjiegh bieb b’bieb li jmur ghand konsumatur li
jgharrfu minnufih bil-kapacita  tieghu ta’ bejjiegh bieb b’bieb, tar-
raguni ghaliex ikun qieghed izuru, li jidentifika lilu nnifsu sew, u li
jispjega sew lill-konsumatur bid-drittijiet li jkollu li jhassar hekk
kif dawn jitnisslu taht dan l-artikolu u bil-possibilita  li juza l-
formola ta’ thassir.
Hlas tal-prezz dwar 
kuntratt maghmul 
fuq l-ghatba tal-
bieb. 
9. Hlief ghal hlas ta’ depozitu li ma jkunx jaqbez l-ghaxra fil-
mija tal-prezz ta’ l-oggetti li jiffurmaw is-suggett tal-kuntratt
maghmul fuq l-ghatba tal-bieb, liema depozitu ma ghandux
jithallas qabel ma jiskadi z-zmien li fih jista’ jigi kancellat skond l-
artikolu 8, il-bejjiegh bieb b’bieb jew il-kummercjant li f’ismu l-
bejjiegh bieb b’bieb ikun ikkonkluda l-kuntratt maghmul fuq l-
ghatba tal-bieb, ma ghandux jitlob lill-konsumatur biex ihallas xi
parti mill-prezz qabel il-kunsinna ta’ l-oggetti, u meta l-oggetti jigu
kkunsinnati f’partijiet, ma ghandu jintalab ebda hlas hlief dak il-
hlas li jkun jirrapprezenta l-prezz ta’ dik il-parti kunsinnata.
Dritt ta’ thassir.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
10. (1) Meta kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb ma jkunx
gie kancellat skond l-artikolu 8, il-konsumatur ma jkollux dritt li
jhassar il-kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb minghajr ma
jkollu raguni valida, hlief jekk dak id-dritt ikun stipulat fl-iskrittura
privata.
(2) Il-konsumatur ghandu jkollu d-dritt li jhassar kuntratt
maghmul fuq l-ghatba tal-bieb ghal kawza gusta, jew minhabba fil-
ksur mill-bejjiegh b’bieb ta’ xi dispozizzjoni ta’ l-artikolu 9.
Klawsoli projbiti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
11. Kull klawsola fl-iskrittura privata li tkun - 
(a) tehtieg lill-konsumatur li jhallas xi xorta ta’ kumpens
jekk huwa jwettaq id-dritt tieghu li jikkancella l-
kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb, jew
(b) tipprovdi li xi tilwima li tohrog minnha ghandha
titranga b’xi mod iehor milli permezz tal-qorti
kompetenti f’Malta, jew
(c) intiza biex tnehhi jew tnaqqas xi wiehed mid-drittijiet
moghtija lill-konsumatur b’xi wiehed mill-
provvedimenti ta’ dan l-Att, jew li jillimita jew inehhi
l-kompetenza tal-qrati jew tribunali lokali,
ghandha tkun nulla.
Fuq min jaqa’ l-
oneru tal-prova.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
12. F’xi tilwima dwar jekk - 
(a) kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb giex
eskluzivament negozjat fuq inizjattiva tal-konsumatur,
  6      KAP. 317. h       KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB
jew
(b) kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb giex unikament
negozjat bil-kitba, jew
(c) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att gewx osservati fil-
konkluzjoni tal-kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-
bieb, jew
(d) l-allegazzjoni li d-dritt ta’ thassir ma jkunx gie
ezercitat mill-konsumatur fil-perjodu stabbilit taht l-
artikolu 8,
l-oneru tal-prova jaqa’ fuq in-negozjant.
Dikjarazzjonijiet 
foloz mill-
konsumatur. 
13. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ din il-ligi jew ta’ xi ligi
ohra, il-konsumatur ma jistax jitwaqqaf milli jistitwixxi azzjoni
jew igib xi difiza li jkollu taht dan l-Att fuq il-bazi li d-data tal-
konkluzjoni ta’ l-iskrittura privata jew tal-kancellament taghha hija
falza jew skorretta, u dan ukoll fejn din il-falsita  jew skorrettezza
ikunu saru minnu jew bil-gharfien u kunsens tieghu.
Bejgh li sar qabel 
il-bidu fis-sehh ta’ 
dan l-Att. 
14. (1) Kuntratt ta’ bejgh li jkun sar qabel il-bidu fis-sehh ta’
dan l-Att, li jkun kuntratt ta’ bejgh li ghalih ikunu applikabbli d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ma jkunx jista’ jitwettaq kontra l-
konsumatur hlief jekk tkun saret il-kunsinna attwali ta’ l-oggetti
mibjughin u l-hlas tal-prezz tal-bejgh, jew, jekk il-konsumatur
ikollu l-beneficcju li jhallas b’rati miftehmin, ikunu mill-inqas
thallsu hamsa u ghoxrin fil-mija mill-prezz tax-xiri:
Izda f’dawn il-kazijiet il-kummercjant jista’ jirkupra dawk
l-ispejjez li hu seta’ fil-fatt inkorra taht il-kuntratt.
(2) Meta konsumatur ikun jixtieq li jzomm bhala wiehed
effettiv kuntratt li skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
jista’ ma jitwettaqx mill-kummercjant, huwa ghandu fi zmien xahar
mill-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att jikkonferma l-istess kuntratt billi
jiffirma u jikkunsinna lill-kummercjant dikjarazzjoni li tkun
tikkonferma l-kuntratt, u meta jsir dan, dak il-kuntratt ikun jista’
jitwettaq minn parti wahda jew l-ohra.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
15. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti sabiex jinghata
effett ahjar lil xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, u bla hsara ghall-
generalita  ta’ dak imsemmi jista’ b’regolamenti jippreskrivi:
(a) id-drittijiet li ghandhom jithallsu ghal xi licenza taht
dan l-Att;
(b) id-drittijiet li ghandhom jithallsu ghal xi servizz li
jista’ jigi provdut mid-Direttur taht dan l-Att;
(c) il-forma li fiha xi kuntratt jew kancellament jew xi
klawsola taghhom ghandha ssir, sew b’mod generiku
sew ukoll dwar xi kategorija ta’ oggetti;
(d) il-forma li fiha xi licenza ghandha tigi mahruga taht
dan l-Att;
(e) il-mezz kif jigi identifikat bejjiegh bieb b’bieb li jkun
licenzjat taht dan l-Att;
(f) il-htigiet u l-kwalifiki ghall-hrug ta’ licenza;
KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB  g K AP. 317.    7
(g) dawk l-oggetti jew servizzi li ma jistghux jinbieghu
permezz ta’ kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb;
(h) kull hag’ohra li tista’ tigi preskritta taht dan l-Att.
  8      KAP. 317. h       KUNTRATTI FUQ L-GHADBA TAL-BIEB
SKEDA 
(ARTIKOLU 8)
Kancellament ta’ Kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb 
Lil 
(isem u indirizz tal-kummercjant)
Jiena niddikjara li qed nikkancella l-kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb ghax-
xiri ta’
 (deskrizzjoni ta’ l-oggetti) 
bil-prezz ta’ 
li jithallas
u iffirmat bejn
(isem tal-bejjiegh itineranti)
f’isem ta’
(isem tal-kumpanija)
u f’ismi
(isem tal-konsumatur) 
fil 
(data tal-kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb)
