KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    1
KAPITOLU 319
ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA 
Biex jipprovdi sabiex l-Artikoli sostantivi tal-Konvenzjoni Ewropea
ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,
isiru u jkunu esegwibbli bhala, parti mil-Ligi ta’ Malta.
19 ta’ Awissu, 1987
L-ATT XIV ta’ l-1987, kif emendat bl-Att XXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Konvenzjoni Ewropea. 
Tifsir.
Emendat:
XXI. 2002.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fondamentali" tfisser dawk
id-drittijiet u libertajiet elenkati fl-artikoli 2 sa 18 (inkluzi) tal-
Konvenzjoni u l-artikoli 1 sa 3 (inkluzi) ta’ l-Ewwel Protokoll, l-
artikoli 1 sa 4 (inkluzi) tar-Raba’ Protokoll, l-artikoli 1 u 2 tas-Sitt
Protokoll u l-artikoli 1 sa 5 (inkluzi) tas-Seba’ Protokoll li hemm
mal-Konvenzjoni, liema artikoli qeghdin jingiebu fl-Ewwel Skeda;
"Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali ffirmata
f’Ruma fl-4 ta’ Novembru, 1950 u l-Ewwel, it-Tieni, t-Tielet, ir-
Raba’, l-Hames, is-Sitt u s-Seba’ Protokolli li hemm maghha
ffirmati f’Parigi fl-20 ta’ Marzu 1952, u fi Strasbourg fis-6 ta’
Mejju 1963, 6 ta’ Mejju 1963, 16 ta’ Settembru 1963, 20 ta’ Jannar
1966, 18 ta’ April 1983 u 22 ta’ Novembru 1984, rispettivament;
"ligi ordinarja" tfisser kull dokument li ghandu s-sahha ta’ ligi u
kull regola ta’ ligi mhux miktuba, minbarra l-Kostituzzjoni ta’
Malta;
"persuna" tinkludi kull persuna fizika, organizzazzjoni li ma
tkunx governattiva, jew grupp ta’ individwi.
Esegwibbilta  tal-
Konvenzjoni.
3. (1) Id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali
ghandhom isiru, u jkunu esegwibbli bhala, parti mil-Ligi ta’ Malta. 
(2) Fejn ikun hemm xi ligi ordinarja li tkun inkonsistenti mad-
Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, l-imsemmija
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ghandhom jipprevalu, u dik il-
ligi ordinarja ghandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
(3) Id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali
ghandhom ikunu esegwibbli skond id-Dikjarazzjoni u Rizervi
maghmulin mill-Gvern ta’ Malta meta giet iffirmata il-Konvenzjoni
fit-12 ta’ Dicembru, 1966, liema Dikjarazzjoni u Konvenzjoni
qeghdin jingiebu fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Il-Qorti Kostituzzjonali ghandha b’zieda mal-gurisdizzjoni
moghtija lilha mill-artikolu 95 tal-Kostituzzjoni, ikollha
gurisdizzjoni li tisma’ u tiddeciedi l-appelli kollha maghmula taht
dan l-Att u li tezercita dawk is-setghat moghtija lilha b’dan l-Att.
  2      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
Procedura ghall-
esekuzzjoni tad-
Drittijiet tal-
Bniedem u 
Libertajiet 
Fundamentali.
4. (1) Kull persuna li tallega li xi wiehed mid-Drittijiet tal-
Bniedem u Libertajiet Fundamentali jkun gie, ikun qed jigi jew
ikun x’aktarx ser jigi miksur dwarha, jew kull persuna ohra li l-
Prim’Awla tal-Qorti Civili f’Malta tista’ tahtar ad istanza ta’ xi
persuna li hekk tallega, tista’, bla hsara ghal kull azzjoni ohra dwar
l-istess haga li tkun tista’ ssir legalment, titlob lill-Prim’Awla tal-
Qorti Civili ghal rimedju.
(2) Il-Prim’Awla tal-Qorti Civili ghandu jkollha gurisdizzjoni
originali li tisma’ u tiddeciedi kull talba maghmula minn xi persuna
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, u tista’ taghmel dawk l-
ordnijiet, tohrog dawk l-atti u taghti dawk id-direttivi li tqis xierqa
sabiex twettaq, jew tizgura t-twettiq tad-Drittijiet tal-Bniedem u
Libertajiet Fundamentali li ghat-tgawdija taghhom tkun intitolata
dik il-persuna:
Izda l-qorti tista’, jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk
taghmel, tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha skond dan is-
subartikolu f’kull kaz meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta’
rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-
persuna skond xi ligi ordinarja ohra.
(3) Jekk f’xi procedimenti f’xi qorti li ma tkunx il-Prim’Awla
tal-Qorti Civili jew il-Qorti Kostituzzjonali tqum xi kwistjoni dwar
il-ksur ta’ xi wiehed mid-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet
Fundamentali, dik il-qorti ghandha tibghat il-kwistjoni quddiem il-
Prim’ Awla tal-Qorti Civili kemm-il darba fil-fehma taghha t-
tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx semplicement frivola jew vessatorja;
u dik il-qorti ghandha taghti d-decizjoni taghha fuq kull kwistjoni
mibghuta quddiemha skond dan is-subartikolu u, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-qorti li quddiemha tkun
qamet il-kwistjoni ghandha tiddisponi mill-kwistjoni skond dik id-
decizjoni.
(4) Kull parti fi procedimenti migjuba quddiem il-Prim’Awla
tal-Qorti Civili skond dan l-artikolu jkollha dritt ta’ appell quddiem
il-Qorti Kostituzzjonali.
(5) Ma jkunx hemm appell minn xi decizjoni skond dan l-
artikolu li xi talba jew it-tqanqil ta’ xi kwistjoni tkun semplicement
frivola jew vessatorja.
(6) Ir-Regolamenti tal-Qorti maghmula skond is-subartikolu
(7) ta’ l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni kif minn zmien ghal zmien
fis-sehh, ghandhom japplikaw mutatis mutandis dwar il-prattika u
procedura tal-qrati ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu daqs li kieku l-
procedimenti maghmulin taht dan l-artikolu kienu procedimenti
maghmulin taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni.
(7) Meta jigi allegat illi xi wiehed mid-Drittijiet tal-Bniedem u
Libertajiet Fundamentali u xi wiehed mid-disposizzjonijiet tal-
artikolu 33 sa 45 (maghdudin) tal-Kositituzzjoni gie, ikun qed jigi
jew x’aktarx ser jigi miksur, it-talba ghar-rimedju jew ir-riferenza
lill-Prim’Awla tal-Qorti Civili skond l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni
u dan l-artikolu, tista’ ssir fl-istess rikors jew riferenza.
(8) Meta rikors ghal rimedju jew riferenza lill-Prim’Awla tal-
Qorti Civili maghmula wara t-30 ta’ April, l987 tkun maghmula
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    3
biss jew taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni jew taht dan l-artikolu u
tkun ghadha pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili jew il-
Qorti Kostituzzjonali, il-qorti tista’ tezamina jekk il-fatti allegati
jkunux jew le, jivvjolaw id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet
Fundamentali li jikkorrispondu ghalihom fl-ewwel kaz, jew id-
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ta’ l-Individwu esegwibbli taht
il-Kostituzzjoni, fit-tieni kaz; u jekk il-qorti hekk issib tkun tista’
taghti r-rimedju li jidrilha xieraq skond il-kaz taht wahda mil-
ligijiet imsemmija.
Regoli specjali li 
japplikaw 
f’konnessjoni ma’ 
l_artikolu 3 tas-
Seba’ Protokoll li 
hemm mal-
Konvenzjoni.
Mizjud:
XXI. 2002.3.
4A. (1) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 22 sa 25 (inkluzi) tar-
Rapport Spjegattiv fuq is-Seba’ Protokoll ghall-Konvenzjoni hawn
migjub fit-Tielet Skeda ghandhom japplikaw ghall-interpretazzjoni
tad-disposizzjonijiet ta’ dawn id-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-Artikolu 3 tas-Seba’ Protokoll li hemm mal-
Konvenzjoni.
(2) L-oghla kumpens li jithallas taht l-artikolu 3 tas-Seba’
Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni ghandu jkun ta’ ghaxart elef
lira. Dak il-kumpens ghandu jigi stabbilit permezz ta’ ftehim bejn
il-parti li tkun qed titlob dak il-kumpens jew jekk ma jkunx hemm
ftehim bhal dak mill-Qorti Civili, Prim’ Awla, wara li jsir rikors
minn min ikun qed jitlob il-kumpens u li ghandu jsir fi zmien sitt
xhur mid-data meta s-sejbien ta’ htija ta’ dik il-persuna jkun gie
rivertit jew minn meta dik il-persuna tkun inghatatilha mahfra.
(3) Appell minn kif jigi stabbilit il-kumpens mill-Qorti Civili,
Prim’ Awla, ghandu jsir quddiem il-Qorti ta’ l-Appell b’rikors li
jigi pprezentat fi zmien ghoxrin gumata minn meta jinqata’ r-rikors
mill-Qorti Civili, Prim’ Awla.
Dritt ta’ petizzjoni 
individwali. 
5. L-ebda persuna ma ghandha tigi mfixkla fl-ezercizzju tad-
dritt taghha li taghmel petizzjoni lis-Segretarju-Generali tal-
Kunsill ta’ l-Ewropa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25
tal-Konvenzjoni u ta’ l-Artikoli kollha ta’ l-istess Konvenzjoni li
ghandhom x’jaqsmu.
Esegwibbilta  tad-
decizjonijiet tal-
Qorti Ewropea tad-
Drittijiet tal-
Bniedem. 
6. (1) Kull decizjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-
Bniedem li ghaliha tkun tapplika dikjarazzjoni maghmula mill-
Gvern ta’ Malta skond l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni, tista’ tigi
esegwita mill-Qorti Kostituzzjonali f’Malta, bl-istess mod bhal
decizjonijiet moghtija minn dik il-qorti u jigu esegwiti minnha,
b’rikors li jsir fil-Qorti Kostituzzjonali u notifikat lill-Avukat
Generali, li jkun fih talba li tigi ordnata l-esegwibbilta  ta’ dik id-
decizjoni.
(2) Qabel ma l-Qorti Kostituzzjonali tiddeciedi talba bhal dik,
hija ghandha tezamina jekk id-decizjoni tal-Qorti Ewropea tad-
Drittijiet tal-Bniedem li jkun qed jintalab li tigi esegwita, hijiex
wahda li ghaliha tkun tapplika dikjarazzjoni bhal dik imsemmija
fis-subartikolu (1).
(3) Il-Qorti Kostituzzjonali ghandha tordna l-esekuzzjoni ta’
decizjoni kif imsemmi f’dan l-artikolu jekk issib li din id-decizjoni
tkun wahda li ghaliha tkun tapplika dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
  4      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
Disposizzjoni 
tranzitorja.
Sostitwit:
XXI. 2002.4.
7. Ebda ksur ta’ l-Artikoli 2 sa 18 (inkluzi) tal-Konvenzjoni
jew ta’ l-Artikoli 1 sa 3 (inkluzi) ta’ l-Ewwel Protokoll li jsir qabel
it-30 ta’ April 1987 jew ta’ l-Artikoli 1 sa 4 (inkluzi) tar-Raba’
Protokoll, l-Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll jew ta’ l-Artikoli 1 sa 5
(inkluzi) tas-Seba’ Protokoll li jsir qabel l-1 ta’ April 2002, ma
ghandu jaghti lok ghal xi azzjoni taht l-artikolu 4.
Emendata:
XXI. 2002.5.
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 2)
L-Artikoli 2 sa 18 tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali.
ARTIKOLU 2
(1) Id-dritt ghall-hajja ta’ kulhadd ghandu jigi protett b’ligi.
Hadd ma ghandu jigi ipprivat mill-hajja tieghu intenzjonalment
hlief fl-esekuzzjoni tas-sentenza ta’ qorti wara li jigi misjub hati ta’
delitt li dwaru tkun provduta mil-ligi din il-piena.
(2) Il-privazzjoni tal-hajja ma ghandhiex titqies bhala
maghmula bi ksur ta’ dan l-Artikolu meta jirrizulta mill-uzu ta’
forza li ma jkunx aktar minn dak li jkun assolutament mehtieg:
(a) fid-difiza ta’ xi persuna minn vjolenza illegali;
(b) sabiex jigi effettwat arrest skond il-ligi jew tigi evitata
l-harba ta’ xi persuna detenuta skond il-ligi;
(c) f’azzjoni mehuda skond il-ligi sabiex tigi meghluba
rewwixta jew insurrezzjoni.
ARTIKOLU 3
Hadd ma ghandu jkun assoggettat ghal tortura jew ghal
trattament jew piena inumana jew degradanti.
ARTIKOLU 4
(1) Hadd ma ghandu jinzamm fi skjavitù  jew f’servitù .
(2) Hadd ma ghandu jkun imgieghel jaghmel xoghol forzat jew
obbligatorju.
(3) Ghall-fini ta’ dan l-Artikolu l-frazi "xoghol forzat jew
obbligatorju" ma tinkludix:
(a) xoghol mehtieg li jsir fil-kors ordinarju ta’ detenzjoni
imposta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 ta’
din il-Konvenzjoni jew waqt il-liberta  kondizzjonata
minn dik id-detenzjoni;
(b) servizz ta’ karattru militari jew, f’kaz ta’ persuni
oggezzjonanti minhabba l-kuxjenza f’pajjizi fejn huwa
hekk rikonoxxut, servizz imgieghel minflok servizz
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    5
militari obbligatorju;
(c) servizz imgieghel f’kaz ta’ emergenza jew ta’ kalamita
li thedded il-hajja jew il-gid tal-komunita ;
(d) xoghol jew servizz li jifforma parti mill-obbligi civici
normali.
ARTIKOLU 5
(1) Kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta  u ghas-sigurta  tal-
persuna.
Hadd ma ghandu jigi ipprivat mil-liberta  tieghu hlief fil-kazijiet
li gejjin u skond il-procedura preskritta bil-ligi:
(a) id-detenzjoni skond il-ligi ta’ persuna wara li tinsab
hatja minn qorti kompetenti;
(b) l-arrest jew id-detenzjoni skond il-ligi ta’ persuna ghal
nuqqas ta’ tharis ta’ ordni skond il-ligi ta’ qorti jew
sabiex jigi zgurat it-twettiq ta’ xi obbligu preskritt mil-
ligi;
(c) l-arrest jew detenzjoni skond il-ligi ta’ persuna
effettwata sabiex tigi migjuba quddiem l-awtorita
legali kompetenti fuq suspett ragonevoli li tkun
ikommettiet reat jew meta jkun meqjus ragonevolment
mehtieg biex jigi evitat li tikkommetti reat jew li
tahrab wara li tkun ghamlet reat;
(d) id-detenzjoni ta’ minuri b’ordni skond il-ligi ghall-
iskop ta’ sorveljanza edukattiva jew id-detenzjoni
tieghu skond il-ligi sabiex jigi migjub quddiem l-
awtorita  legali kompetenti;
(e) id-detenzjoni skond il-ligi ta’ persuni biex jigi evitat
it-tixrid ta’ mard infettiv, ta’ persuni mhux f’sensihom,
addetti ghall-alkohol jew ghad-drogi jew vagabondi;
(f) l-arrest jew id-detenzjoni skond il-ligi ta’ persuna biex
jigi evitat li tidhol minghajr awtorita  fil-pajjiz jew ta’
persuna li kontra taghha tkun qed issir kawza ghad
deportazzjoni jew ghall-estradizzjoni.
(2) Kull min ikun arrestat ghandu jigi nfurmat minnufih,
f’lingwa li jifhem, dwar ir-ragunijiet ta’ l-arrest tieghu u dwar kull
akkuza kontra tieghu.
(3) Kull min ikun arrestat jew detenut skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) (c) ta’ dan l-Artikolu ghandu
jingieb minnufih quddiem imhallef jew funzjonarju iehor
awtorizzat b’ligi biex jezercita setgha gudizzjarja u jkollu dritt ghal
proceduri fi zmien ragonevoli jew ghal helsien waqt pendenza tal-
proceduri. Il-helsien jista’ jkun taht kundizzjoni ta’ garanziji biex
jidher ghall-proceduri.
(4) Kull min ikun ipprivat mil-liberta  tieghu b’arrest jew
detenzjoni jkollu dritt li jaghmel proceduri biex il-legalita  tad-
detenzjoni tieghu tigi deciza malajr minn qorti u l-liberta  tieghu tigi
ordnata jekk id-detenzjoni ma tkunx skond il-ligi.
  6      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
(5) Kull min ikun vittma ta’ arrest jew detenzjoni bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkollu dritt esegwibbli ghal
kumpens.
ARTIKOLU 6
(1) Fid-decizjoni tad-drittijiet civili u ta’ l-obbligi tieghu jew
ta’ xi akkuza kriminali kontra tieghu, kulhadd huwa ntitolat ghal
smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal
indipendenti u imparzjali mwaqqaf b’ligi. Is-sentenza ghandha
tinghata pubblikament izda l-istampa u l-pubbliku jista’ jigi eskluz
mill-proceduri kollha jew minn parti minnhom fl-interess tal-
morali, ta’ l-ordni pubbliku jew tas-sigurta  nazzjonali f’socjeta
demokratika, meta l-interessi tal-minuri jew il-protezzjoni tal-hajja
privata tal-partijiet hekk tehtieg, jew safejn ikun rigorozament
mehtieg fil-fehma tal-qorti f’cirkostanzi specjali meta l-pubblicita
tista’ tippregudika l-interessi tal-gustizzja.
(2) Kull min ikun akkuzat b’reat kriminali ghandu jigi meqjus
li jkun innocenti sakemm ma jigix pruvat hati skond il-ligi.
(3) Kull min ikun akkuzat b’reat kriminali ghandu d-drittijiet
minimi li gejjin:
(a) li jkun infurmat minnufih, b’lingwa li jifhem u bid-
dettal, dwar in-natura u r-raguni ta’ l-akkuza kontra
tieghu;
(b) li jkollu zmien u facilitajiet xierqa ghall-preparazzjoni
tad-difiza tieghu;
(c) li jiddefendi ruhu persunalment jew permezz ta’
assistenza legali maghzula minnu stess jew, jekk ma
jkollux mezzi bizzejjed li jhallas l-assistenza legali,
din ghandha tinghata lilu b’xejn meta l-interessi tal-
gustizzja jehtiegu hekk;
(d) li jezamina jew li jara li jigu ezaminati xhieda kontra
tieghu u li jottjeni l-attendenza u l-ezami ta’ xhieda
favur tieghu taht l-istess kundizzjonijiet bhax-xhieda
kontra tieghu;
(e) li jkollu assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma jkunx
jifhem jew jitkellem il-lingwa uzata fil-qorti.
ARTIKOLU 7
(1) Hadd ma ghandu jitqies li jkun hati ta’ reat kriminali
minhabba f’xi att jew ommissjoni li ma kinux jikkostitwixxu reat
kriminali skond ligi nazzjonali jew internazzjonali fil-hin meta
jkun sar. Lanqas ma ghandha tinghata piena akbar minn dik li
kienet applikabbli fiz-zmien meta r-reat kriminali jkun sar.
(2) Dan l-Artikolu ma ghandux jippregudika l-proceduri u l-
applikazzjoni tal-piena ta’ xi persuna ghal xi att jew ommissjoni li,
fiz-zmien meta jkun sar, kien kriminali skond il-principji generali
tal-ligi rikonoxxuti min-nazzjonijiet civilizzati.
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    7
ARTIKOLU 8
(1) Kulhadd ghandu d-dritt ghar-rispett tal-hajja privata tieghu
u tal-familja tieghu, ta’ daru u tal-korrispondenza tieghu.
(2) Ma ghandux ikun hemm indhil minn awtorita  pubblika
dwar l-ezercizzju ta’ dan id-dritt hlief dak li jkun skond il-ligi u li
jkun mehtieg f’socjeta  demokratika fl-interessi tas-sigurta
nazzjonali, sigurta  pubblika jew il-gid ekonomiku tal-pajjiz, biex
jigi evitat id-dizordni jew l-eghmil ta’ delitti, ghall-protezzjoni tas-
sahha jew tal-morali, jew ghall-protezzjoni tad-drittijiet u
libertajiet ta’ haddiehor.
ARTIKOLU 9
(1) Kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta  tal-hsieb, kuxjenza u
religjon; dan id-dritt jinkludi l-liberta  li jbiddel ir-religjon jew
twemmin tieghu u l-liberta , sew wahdu kemm ma’ ohrajn u
pubblikament jew privatament, li juri r-religjon jew it-twemmin
tieghu, fil-qima, taghlim, prattika u osservanza.
(2) Il-liberta  li wiehed juri r-religjon jew it-twemmin tieghu
tkun suggetta biss ghal dawk il-limitazzjonijiet li jkunu preskritti
b’ligi u li jkunu mehtiega f’socjeta  demokratika fl-interessi tas-
sigurta  pubblika, ghall-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika, tas-sahha
jew tal-morali, jew ghall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’
haddiehor.
ARTIKOLU 10
(1) Kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta  ta’ espressjoni. Dan id-
dritt jinkludi l-liberta  li jkollu opinjonijiet u li jircievi u jaghti
informazzjoni u ideat minghajr indhil mill-awtorita  pubblika u
minghajr ma jittiehed kont ta’ fruntieri. Dan l-Artikolu ma ghandux
jimpedixxi Stati milli jehtiegu licenzi ghax-xandir, televizjoni jew
imprizi cinematografici.
(2) L-ezercizzju ta’ dawn il-libertajiet, billi jgib mieghu
dmirijiet u responsabbiltajiet, jista’ jkun suggett ghal dawk il-
formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif
preskritti b’ligi u li jkunu mehtiega f’socjeta  demokratika, fl-
interessi tas-sigurta  nazzjonali, integrita  territorjali jew sigurta
pubblika, biex jigi evitat id-dizordni jew l-eghmil ta’ delitti, ghall-
protezzjoni tas-sahha jew tal-morali, ghall-protezzjoni tar-
reputazzjoni jew drittijiet ta’ haddiehor, biex jigi evitat il-kxif ta’
informazzjoni ricevuta b’sigriet, jew biex tigi mizmuma l-awtorita
u l-imparzjalita  tal-gudikatura.
ARTIKOLU 11
(1) Kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta  ta’ ghaqda pacifika u
ghal-liberta  ta’ assocjazzjoni ma’ ohrajn, inkluz id-dritt li wiehed
jifforma u jidhol fi trade unions ghall-protezzjoni ta’ l-interessi
tieghu.
  8      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
(2) Ma ghandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet fuq l-
ezercizzju ta’ dawn id-drittijiet hlief dawk li jkunu preskritti b’ligi
u li jkunu mehtiega f’socjeta  demokratika fl-interessi tas-sigurta
nazzjonali jew tas-sigurta  pubblika, biex jigi evitat id-dizordni jew
l-eghmil ta’ delitti, ghall-protezzjoni tas-sahha jew tal-morali jew
ghall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ haddiehor. Dan l-
Artikolu ma ghandux jimpedixxi l-imposizzjoni ta’ restrizzjonijiet
skond il-ligi fuq l-ezercizzju ta’ dawn id-drittijiet minn membri tal-
Forzi Armati, tal-Pulizija jew ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-Istat.
ARTIKOLU 12
L-irgiel u n-nisa ta’ eta  ta’ zwieg ghandhom id-dritt li jizzewgu u
li jkollhom familja, skond il-ligijiet nazzjonali li jirregolaw l-
ezercizzju ta’ dan id-dritt.
ARTIKOLU 13
Kull min ikollu miksura d-drittijiet u l-libertajiet tieghu
kontemplati f’din il-Konvenzjoni ghandu jkollu rimedju effettiv
quddiem awtorita  nazzjonali ghalkemm dak il-ksur ikun sar minn
persuni li jkunu qed jagixxu f’kariga ufficjali.
ARTIKOLU 14
It-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati f’din il-
Konvenzjoni ghandha tigi assigurata minghajr diskriminazzjoni
ghal kull raguni bhalma huma s-sess, razza, kulur, lingwa, religjon,
opinjoni politika jew opinjoni ohra, origini nazzjonali jew socjali,
assocjazzjoni ma’ minoranza nazzjonali, proprjeta , twelid jew
status iehor.
ARTIKOLU 15
(1) Fi zmien ta’ gwerra jew ta’ emergenza ohra pubblika li
thedded il-hajja tan-nazzjon kull Parti Gholja Kontraenti tista’
tiehu mizuri li jnaqqsu l-obbligi taghha skond il-Konvenzjoni
safejn ikun rigorozament mehtieg mill-esigenzi tas-sitwazzjoni,
basta li dawk il-mizuri ma jkunux inkonsistenti ma’ l-obbligi l-ohra
taghha skond il-ligi internazzjonali.
(2) Ma ghandha ssir bis-sahha ta’ din id-disposizzjoni ebda
deroga mill-Artikolu 2 hlief dwar imwiet li jirrizultaw minn atti
legittimi ta’ gwerra, jew mill-Artikoli 3, 4 (paragrafu 1) u 7.
(3) Kull Parti Gholja Kontraenti li taghmel uzu minn dan id-
dritt ta’ deroga ghandha tinforma b’kollox lis-Segretarju Generali
tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar il-mizuri li tkun hadet u r ragunijiet
taghhom. Ghandha wkoll tinforma lis-Segretarju Generali tal-
Kunsill ta’ l-Ewropa meta dawk il-mizuri jkunu spiccaw li joperaw
u d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni jkunu qeghdin jergghu jigu
esegwiti kompletament.
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    9
ARTIKOLU 16
Ebda haga li hemm fl-Artikoli 10, 11 u 14 ma ghandha tiftiehem
li timpedixxi lill-Partijiet Gholja Kontraenti milli jimponu
restrizzjonijiet fuq l-attivita  politika ta’ barranin.
ARTIKOLU 17
Ebda haga li hemm f’din il-Konvenzjoni ma ghandha tigi
interpretata li xi Stat, grupp jew persuna ghandha xi dritt li tidhol
f’xi attivita  jew taghmel xi att mahsub biex jeqred xi wiehed mid-
drittijiet u mil-libertajiet kontemplati f’din il-Konvenzjoni jew biex
tillimitahom aktar minn dak provdut fil-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 18
Ir-restrizzjonijiet permessi skond din il-Konvenzjoni ghall-
imsemmija drittijiet u libertajiet ma ghandhomx jigu applikati ghal
xi skop iehor hlief dawk li ghalihom huma jkunu gew preskritti.
L-Artikoli minn 1 sa 3 ta’ l-Ewwel Protokoll li hemm mal-
Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-
Libertajiet Fundamentali.
ARTIKOLU 1
Kull persuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-
tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd ma ghandu jigi
ipprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla
hsara tal-kundizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali
tal-ligi internazzjonali.
Izda d-disposizzjonijiet ta’ qabel ma ghandhom b’ebda mod
inaqqsu d-dritt ta’ Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa
biex jikkontrolla l-uzu ta’ proprjeta  skond l-interess generali jew
biex jizgura l-hlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni.
ARTIKOLU 2
Hadd ma ghandu jigi ipprivat mid-dritt ghall-edukazzjoni. Fl-
ezercizzju ta’ kull funzjonijiet li jassumi dwar edukazzjoni u
taghlim, l-Istat ghandu jirrispetta d-dritt tal-genituri li jizguraw dik
l-edukazzjoni u dak it-taghlim in konformita  mal-konvinzjonijiet
taghhom religjuzi u filosofici.
ARTIKOLU 3
Il-Partijiet Gholja Kontraenti jobbligaw ruhhom li jzommu
elezzjonijiet liberi f’intervalli xierqa b’votazzjoni sigrieta, taht
kundizzjonijiet li jizguraw l-espressjoni libera ta’ l-opinjoni tal-
poplu fl-ghazla tal-legislatura.
  10      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
Artikoli 1 sa 4 tar-Raba’ Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali.
Artikolu 1 - Projbizzjoni ta’ prigunerija ghal dejn
Hadd ma ghandu jigi ipprivat mil-liberta  tieghu unikament
minhabba fl-inkapacita  tieghu li jwettaq obbligazzjoni kuntrattwali.
Artikolu 2 - Liberta  ta’ moviment
1. Kull min ikun b’mod legittimu fil-limiti tat-territorju ta’ xi
Stat ghandu, fil-limiti ta’ dak it-territorju, ikollu d-dritt ghal-liberta
ta’ moviment u l-liberta  li jaghzel ir-residenza tieghu.
2. Kulhadd ikun liberu li jitlaq minn xi pajjiz, inkluz dak
tieghu nnifsu.
3. Ma ghandhom jitqeghdu ebda restrizzjonijiet fuq l-
esercizzju ta’ dawn id-drittijiet hlief dawk li jkunu skond il-ligi u li
jkunu mehtiega f’socjeta  demokratika f’kull interess tas-sigurta
nazzjonali jew tas-sigurezza pubblika, ghaz-zamma ta’ l-ordni
pubbliku, ghall-prevenzjoni ta’ reati, ghall-protezzjoni tas-sahha
jew tal-morali, jew ghall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’
l-ohrajn.
4. Id-drittijiet stipulati fil-paragrafu 1 jistghu jkunu wkoll
suggetti, f’arei partikolari, ghal restrizzjonijiet imposti skond il-ligi
u li jkunu gustifikati bl-interess pubbliku f’socjeta  demokratika.
Artikolu 3 - Projbizzjoni ta’ tkeccija ta’ cittadini
1. Hadd ma ghandu jigi mkecci, minhabba jew xi mizura
individwali jew xi wahda kollettiva, mit-territorju ta’ L-Istat li jkun
cittadin tieghu.
2. Hadd ma ghandu jigi pprivat mid-dritt li jidhol fit-territorju
ta’ L-Istat li jkun cittadin tieghu.
Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ tkeccija kollettiva ta’ frustieri
It-tkeccija kollettiva ta’ frustieri hija pprojbita.
Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali.
Artikolu 1 - Abolizzjoni tal-piena tal-mewt
Il-piena tal-mewt ghandha tkun abolita. Hadd ma ghandu
jigi kkundannat ghal dik il-piena jew titnehhilu hajtu.
Artikolu 2 - Piena tal-mewt fi zmien il-gwerra
Stat jista’ jipprovdi fil-ligi tieghu li jkun hemm il-piena
tal-mewt dwar dawk L-attijiet li jsiru fi zmien il-gwerra jew ta’
theddida imminenti ta’ gwerra; dik il-piena ghandha tinghata biss
fl-istanzi stipulati fil-ligi u skond id-disposizzjonijiet relattivi. L-
Istat ghandu jikkomunika lis-Segretarju Generali tal-Kunsill ta’ l-
Ewropa d-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-ligi.
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    11
Artikoli 1 sa 5 tas-Seba’ Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali
Artikolu 1 - Salvagwardji procedurali li ghandhom
x’jaqsmu mat-tkeccija ta’ frustieri
1. Frustier li jkun b’mod legittimu residenti fit-territorju ta’
xi Stat ma ghandux jigi mkecci minn dak l-Istat hlief
b’konsegwenza ta’ xi decizjoni maghmula skond il-ligi u ghandu
jkun permess:
a. li jipprezenta r-ragunijiet tieghu ghaliex ma ghandux
jitkecca,
b. li jkollu l-kaz tieghu rivedut, u
c. li jkun rapprezentat ghal dawn ir-ragunijiet quddiem l-
awtorita  kompetenti jew xi persuna jew persuni li jigu
msemmija minn dik l-awtorita .
2. Frustier jista’ jigi mkecci qabel ma jwettaq id-drittijiet
tieghu taht paragrafu 1 a, b u c ta’ dan l-artikolu, meta dik it-
tkeccija tkun mehtiega fl-interess ta’ l-ordni pubbliku jew tkun
imsejjsa fuq ragunijiet ta’ sigurta  nazzjonali.
Artikolu 2 - Dritt ta’ appell f’materja kriminali
1. Kull min jinsab hati ta’ reat kriminali minn xi tribunal
ikollu d-dritt li dak is-sejbien ta’ htija jew dik is-sentenza jigu
rivisti minn tribunal oghla. L-esercizzju ta’ dan id-dritt, inkluzi r-
ragunijiet abbazi ta’ dak l-esercizzju, ghandhom ikunu regolati bil-
ligi.
2. Dan id-dritt jista’ jkun suggett ghal eccezzjonijiet dwar
reati ta’ xorta mhux kontravvenzjonali, skond ma jkunu preskritti
bil-ligi, jew f’kazijiet li fihom il-persuna involuta tkun giet
ipprocessata fl-ewwel istanza mill-oghla tribunal jew tkun insabet
hatja wara appell kontra l-liberazzjoni.
Artikolu 3 - Kumpens ghal sejbien ta’ htija mhux kif imiss
Meta persuna tkun b’decizjoni finali insabet hatja ta’ reat
kriminali u meta sussegwentement s-sejbien taghha ta’ htija jkun
gie rivertit, jew tkun inghatat il-mahfra, minhabba f’li xi fatt gdid
jew li jkun ghadu kemm gie mikxuf ikun juri konkluzivament li
kien hemm nuqqas ta’ gustizzja maghmula mill-qorti, il-persuna li
tkun garrbet il-piena bhala rizultat ta’ dak is-sejbien ta’ htija
ghandha tinghata kumpens skond il-ligi jew il-prattika ta’ l-Istat
inkwistjoni, kemm-il darba ma tingiebx prova li n-nuqqas ta’ zvelar
tal-fatt mhux konoxxut fil-hin ikun ghalkollox jew f’parti minnu
attribwibbli ghal dik l-istess persuna.
Artikolu 4 - Id-dritt li persuna ma tigix ipprocessata jew
ikkastigata darbtejn
1. Hadd ma jista’ jkun ipprocessat jew jerga’ jigi kkastigat
ghal darb’ohra fi procedimenti kriminali taht il-gurisdizzjoni ta’ l-
Istess Stat ghal xi reat li dwaru jkun diga  gie finalment liberat jew
misjub hati skond il-ligi u l-procedura penali ta’ dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu precedenti ma
  12      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
ghandhomx izommu milli l-kaz jerga’ jinfetah skond il-ligi u l-
procedura penali ta’ l-Istat inwistjoni, jekk ikun hemm provi ta’ xi
fatti godda jew li jkunu ghadhom kif gew zvelati, jew inkella jekk
ikun hemm xi vizzju fondamentali fil-procedimenti ta’ qabel, li
jista’ jkollhom effett fuq kif jizvolgi l-kaz.
3. Ebda deroga minn dan l-artikolu ma ghandha ssir taht l-
artikolu 15 tal-Konvenzjoni.
Artikolu 5 - Egwaljanza bejn il-konjugi
Il-konjugi ghandhom igawdu egwaljanza fid-drittijiet u r-
responsabbiltajiet ta’ xorta tad-dritt privat bejniethom, u fir-
relazzjonijiet taghhom ma’ uliedhom, qabel iz-zwieg, matul iz-
zwieg u fil-kaz tax-xoljiment tieghu. Dan l-artikolu ma jzommx
lill-Istati milli jiehdu dawk il-mizuri li huma mehtiega fl-interess
ta’ l-ulied.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 3)
DIKJARAZZJONI U RIZERVI 
MAGHMULIN MILL-GVERN TA’ MALTA META
GEW IFFIRMATI L-KONVENZJONI U L-PROTOKOLL 
(12 TA’ DICEMBRU 1966) 
1. Dikjarazzjoni ta’ interpretazzjoni
Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara li qieghed jinterpreta l-paragrafu 2
ta’ l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni fis-sens illi ma tipprekludix xi ligi
partikulari milli timponi fuq xi persuna akkuzata taht dik il-ligi l-
piz tal-prova ta’ fatti partikolari.
2. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza ghall-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, u xewqan li jevita kull incertezza dwar l-
applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni jiddikjara li l-
Kositituzzjoni ta’ Malta tippermetti li dawn ir-restrizzjonijiet jigu
imposti fuq ufficjali pubblici dwar il-liberta  ta’ espressjoni
taghhom hekk kif ikunu ragonevolment gustifikabbli f’socjeta
demokratika. Ir-regolamenti dwar il-kondotta ta’ ufficjali pubblici
f’Malta tipprekludihom milli jiehdu parti attiva f’diskussjonijiet
politici jew f’xi attivita  politika ohra matul hinijiet tax-xoghol jew
f’postijiet ufficjali.
3. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza ghal-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, jiddikjara li l-principju ta’ difiza legittima ammess
taht is-sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 2 tal-
Konvenzjoni ghandu wkoll ikun japplika f’Malta ghad-difiza tal-
proprjeta  sal-limitu mehtieg bid-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u
(b) ta’ l-artikolu *224 tal-Kodici Kriminali ta’ Malta, li t-test
*L-artikoli rilevanti 223 u 224 tal-Kodici Kriminali (Kap. 9), maghrufa
originarjament fit-test bhala l-artikoli 237 u 238 rispettivament, gew rinumerati
bis-sahha ta’ l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji.
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    13
tieghu, flimkien ma’ t-test ta’ l-artikolu *223 precedenti, huwa dan
li gej:
"*223. Ma hemmx reat meta l-omicidju jew l-offiza fuq il-
persuna huma ordnati jew permessi mil-ligi jew mill-awtorita
legittima, jew mehtiega mill-bzonn attwali tad-difiza legittima ta’
wiehed innifsu jew ta’ haddiehor.
*224. Jidhlu taht il-kazijiet ta’ bzonn attwali tad-difiza
legittima, dawn li gejjin:
(a) jekk l-omicidju jew l-offizi fuq il-persuna jsiru fil-
waqt li wiehed, bil-lejl, ikun qieghed jirrezisti biex ma
jhallix l-iskalata jew il-ksur ta’ recinti, ta’ hitan, jew
ta’ bibien li minnhom tidhol ghal dar jew appartament
abitat, jew ta’ post li jaghmel maghhom, illi jkun
jinfed, direttament jew indirettament, ma’ dik id-dar
jew ma’ dak l-appartament;
(b) jekk l-omicidju jew l-offizi fuq il-persuna jsiru fil-
waqt tad-difiza kontra persuna li tkun taghmel serq bi
vjolenza jew sakkegg bi vjolenza, jew li tittanta
taghmel dak is-serq jew sakkegg;
(c) jekk l-omicidju jew l-offizi fuq il-persuna jkunu
mehtiega mill-bzonn attwali tad-difiza tal-kastita  ta’
persuna nnifisha, jew ta’ persuna ohra."
4. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza ghall-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, jiddikjara li l-principju affermat fit-tieni sentenza ta’
l-Artikolu 2 tal-Protokoll qieghed jigi accettat minn Malta sakemm
biss dan ikun kompatibbli ma’ l-ghoti ta’ istruzzjoni u tahrig
efficjenti, u li tigi evitata kull spiza pubblika irragonevoli,
b’riferenza ghall-fatt li l-popolazzjoni ta’ Malta hija fl-ikbar numru
taghha wahda Kattolika Rumana.
Mizjuda:
XXI. 2002.6.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 4A)
Paragrafi 22 sa 25 tar-Rapport Spjegattiv ghas-Seba’ Protokoll 
li hemm mal-Konvenzjoni
22. Dan l-artikolu jipprovdi li l-kumpens ghandu jithallas lil
vittma ta’ nuqqas ta’ gustizzja maghmula mill-qorti, taht certu
kondizzjonijiet.
Fl-ewwel lok, li l-persuna involuta kellha tkun insabet
hatja ta’ reat kriminali b’decizjoni finali u tkun garrbet piena bhala
rizultat ta’ dak is-sejbien ta’ htija. Skond it-tifsira li hemm fir-
Rapport Spjegattiv tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Validita
Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali, decizjoni tkun finali "jekk,
skond il-frazi tradizzjonali, tkun dahlet f’gudikat bhala res
judicata. Dan huwa l-kaz meta din tkun irrevokabbli, jigifieri meta
ebda rimedju iehor ulterjuri ma jkunu disponibbli jew meta l-
partijiet ikunu ghamlu uzu shih minn dawk ir-rimedji jew ikunu
ppermettew li t-terminu ta’ zmien jiskadi minghajr ma jaghmlu uzu
  14      KAP. 319. h            KONVENZJONIEWROPEA
minnhom*. Isegwi ghaldaqstant li sentenza li ma tkunx ta’ din ix-
xorta ma titqiesx bhala wahda finali sakemm il-ligi domestika tkun
tippermetti li l-procedimenti jkunu jistghu jergghu jinbdew. Fl-
istess mod, dan l-artikolu ma japplikax ghal kazijiet fejn l-akkuza
tigi michuda jew il-persuna akkuzata tinheles jew mill-qorti ta’ l-
ewwel istanza jew fl-appell, minn tribunal oghla. Jekk,
madankollu, f’xi wiehed mill-Istati fejn ikun hemm provdut dwar
xi possibilita  bhal dik# il-persuna tkun thalliet tappella wara li jkun
skada z-zmien normali li fih jista’ jsir l-appell, u s-sejbien ta’ htija
tieghu mbaghad tigi rivertita fl-appell, ghaldaqshekk u bla hsara
ghall-kondizzjonijiet l-ohra ta’ l-artikolu, b’mod partikolari l-
kondizzjonijiet deskritti f’paragrafu 24 hawn iktar ’l isfel, jista’
japplika l-artikolu.
23. Fit-tieni lok, l-artikolu japplika biss meta s-sejbien ta’ htija
ta’ xi persuna jkun gie rivertit jew inkella dik il-persuna tkun
inghatatilha l-mahfra, f’kull kaz minhabba li xi fatt gdid jew xi fatt
li jkun ghadu kif gie mikxuf ikun juri b’mod konkluziv li kien
hemm xi nuqqas ta’ gustizzja maghmula mill-qorti - jigifieri, xi
nuqqas gravi fil-process gudizzjarju li kien jinvolvi xi pregudizzju
gravi ghall-persuna li tkun insabet hatja. Ghaldaqstant, ma hemm
ebda htiega taht l-artikolu li jithallas xi kumpens jekk dak is-
sejbien ta’ htija jkun gie rivertit jew tkun inghatat mahfra ghal xi
raguni ohra. Lanqas mhu l-kaz li l-artikolu jipprova jistabbilixxi xi
regoli dwar ix-xorta tal-procedura li ghandha tigi applikata sabiex
jigi stabbilit li kien hemm xi nuqqas ta’ gustizzja maghmula mill-
qorti. Din hija materja li ghandha tigi ttrattata skond il-ligi
domestika jew mill-prattika ta’ l-istat inkwistjoni. Il-kliem "jew
inkella dik il-persuna tkun inghatatilha l-mahfra" gew inkluzi
ghaliex taht xi sistemi legali l-mahfra, pjuttost minn procedimenti
legali li jwasslu ghar-riverzjoni ta’ sejbien ta’ htija, tista’ f’certi
kazijiet tkun ir-rimedju adattat wara li jkun hemm decizjoni finali.
24. Finalment, ma hemm ebda dritt ghal kumpens taht din id-
disposizzjoni jekk ikun jista’ jintwera li n-nuqqas ta’ kxif tal-fatt
mhux maghruf fil-hin kien ghalkollox jew f’parti minnu
attribwibbli ghall-persuna li tkun insabet hatja.
25. Fil-kazijiet kollha li fihom dawn il-prekondizzjonijiet jigu
sodisfatti, jithallas kumpens skond il-ligi domestika jew mill-
prattika ta’ l-istat inkwistjoni": Dan ma jfissirx li ma jithallas ebda
kumpens jekk il-ligi jew il-prattika ma jkunux jipprovdu ghal
kumpens bhal dak. Ifisser li l-ligi jew il-prattika ta’ l-Istat
ghandhom jipprovdu ghall-hlas ta’ kumpens f’kull kaz fejn l-
artikolu jkun japplika. L-intenzjoni hi li l-istati jkunu obbligati
jikkompensaw lil persuni biss f’kazijiet cari ta’ nuqqas ta’ gustizzja
maghmula mill-qorti, fis-sens li jkun hemm rikonoxximent li l-
persuna involuta kienet manifestament innocenti. L-artikolu
*Kummentarju fuq l-Artikolu 1a: Rapport Spjegattiv tal-Konvenzjoni Ewropea
fuq il-Validita  Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali, pubblikazzjoni tal-Kunsill
ta’ l-Ewropa, 1970, p.22.
#Ara l-paragrafu 19 ta’ l-istess Rapport Spjegattiv li jghid dan li gej:
"19. F’xi stati, persuna li tkun tixtieq tappella quddiem tribunal oghla ghandha
f’certu kazijiet tapplika biex tithalla tappella. Id-dritt li tirrikorri quddiem
tribunal jew xi awtorita  amministrattiva biex tithalla tappella ghandu fih innifsu
jitqies bhala ghamla ta’ revizjoni fil-kuntest tat-tifsira ta’ dan l-artikolu".
KONVENZJONIEWROPEA         g K AP. 319.    15
mhuwiex mahsub li jaghti d-dritt ta’ kumpens meta kull
prekondizzjoni ma tkunx sodisfatta, per ezempju, meta qorti ta’ l-
appell tkun invalidat sejbien ta’ htija ghaliex kienet kixfet xi fatt li
jkun dahhal dubju ragonevoli dwar il-htija ta’ l-akkuzat u li l-
imhallef li kien ghamel il-guri ma kienx ta kazha.
