KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU ġL.S.KOST.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA KOST.01
REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI DWAR 
IS-SERVIZZ PUBBLIKU
17 ta’ Awissu, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1960, kif adattat bl-Ordni ta’ l-1964 dwar l-
Indipendenza ta’ Malta u bl-Att LVIII ta’ l-1974, u kif emendat bl-Avviż
Legali 121 ta’ l-1977.
Titolu.
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Tifsir.
ma tiħtieġx xort’oħra -
"chairman" tfisser iċ-chairman tal-kummissjoni u tinkludi d-
deputy chairman jew kull persuna oħra maħtura biex taġixxi
temporanjament ta’ chairman;
"estimi" tfisser l-estimi ta’ spiża għal Malta approvati ta’ kull
sena;
"kap ta’ dipartiment" tfisser kull persuna hekk magħrufa mill-
President ta’ Malta;
"membru" tfisser kull membru tal-kummissjoni kif ukoll ċ-
chairman, id-deputy chairman u membru temporanju; 
"segretarju" tfisser is-segretarju tal-kummissjoni.
Segretarju u 
persunal.
3. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar segretarju tal-
kummissjoni, u dak il-persunal l-ieħor li minn żmien għal żmien
jidhirlu meħtieġ. 
(2) Is-segretarju u l-membri l-oħra tal-persunal tal-
kummissjoni għandhom ikunu impjegati b’dawk il-pattijiet ta’
servizz kif il-President ta’ Malta jordna.
Delega ta’ xi 
setgħat jew 
dmirijiet.
4. Il-kummissjoni tista’ b’riżoluzzjoni tiddelega liċ-chairman
jew lil membru ieħor jew membri oħra kull waħda mis-setgħat jew
dmirijiet tal-kummissjoni barra mill-għoti ta’ parir lill-President ta’
Malta fil-ħwejjeġ li ġejjin li jolqtu uffiċjal pubbliku:
(1) ħatra (kif ukoll promozzjoni); 
(2) tmiem ta’ ħatra;
(3) azzjoni ta’ dixxiplina;
(4) meta jirtira mis-servizz pubbliku min jgħalaq ħamsin
sena jew wara; u 
(5) meta jiġġedded servizz ta’ prova.
Laqgħat u minuti.
miċ-chairman jew fl-assenza tiegħu mid-deputy chairman.
(2) Għandu jinżamm notament tal-membri preżenti u tax-
xogħol li jkun tmexxa f’kull laqgħa tal-kummissjoni.
2 L.S.KOST.01 ħ KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU
Ċirkolazzjoni tal-
karti. 
6. Jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet mill-kummissjoni mingħajr
laqgħa biċ-ċirkolazzjoni tal-karti rilevanti fost il-membri u bili juri
l-fehmiet tagħhom bil-miktub, iżda kull membru jkollu dritt li
jitlob li kull deċiżjoni bħal dik tiġi differita sakemm il-ħaġa tiġi
meqjusa f’laqgħa tal-kummissjoni.
Quorum, 
votazzjoni u 
nuqqas ta’ qbil.
7. (1) Iċ-chairman u membru wieħed ikunu quorum għal
votazzjoni u laqgħa tal-kummissjoni u l-istess numru ta’ membri
jkun meħtieġ għal deċiżjoni tal-kummissjoni milħuqa b’riżultat ta’
ċirkolazzjoni tal-karti.
(2) Id-deċiżjonijiet kollha tal-kummissjoni, li ma jkunux
deċiżjonijiet li ġew delegati liċ-chairman jew membru ieħor skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 4 ta’ dawn ir-Regolamenti,
kemm jekk milħuqa f’laqgħa jew permezz taċ-ċirkolazzjoni tal-
karti, ikunu b’maġġoranza ta’ voti tal-membri preżenti u li
jivvotaw jew b’maġġoranza ta’ membri li juru l-fehmiet tagħhom
fuq il-karti ċirkolati, skond il-każ:
Iżda chairman ikollu t-tieni vot jew vot deċiżiv kull meta l-
votazzjoni jew il-fehmiet ikunu indaqs.
(3) Kull membru jkollu dritt ma jaqbilx ma’ deċiżjoni tal-
kummissjoni u dan il-fatt u r-raġunijiet tiegħu jiġu murija fin-
notamenti tal-kummissjoni.
Dokumenti 
privileġġati.
8. Kull rapport, dikjarazzjoni jew kommunikazzjoni oħra jew
notament ta’ kull laqgħa, inkjesta jew proċeduri li l-kummissjoni
tista’ tagħmel fl-esekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha jew li xi
membru jista’ jagħmel fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu, ikunu
privileġġati billi l-produzzjoni tagħhom ma tistax tiġi ordnata
f’ebda proċeduri legali kemm il-darba ċ-chairman, fid-diskrezzjoni
tiegħu wara konsultazzjoni mal-membri, ma jiċċertifikax li dik il-
produzzjoni mhiex kontra l-interess pubbliku.
Privileġġ tal-
membri.
9. Kull membru tal-kummissjoni jkollu dik l-istess
protezzjoni u privileġġ fil-każ ta’ xi kawża jew talba miġjuba
kontra tiegħu għal xi att magħmul jew li jkun naqas milli jagħmel
fil-qadi in bona fede tad-dmirijiet tiegħu kif inhu mogħti bil-liġi
għall-atti magħmula jew diskors minn wieħed mill-imħallfin
f’Malta fil-qadi tal-kariga ġudizzjarja tiegħu.
Ma jista’ jinkixef 
ebda tagħrif.
10. Ebda membru tal-kummissjoni, jew is-segretarju, jew xi
membru tal-persunal tal-kummissjoni, jew xi ħaddieħor ma għandu
mingħajr il-permess bil-miktub tal-President ta’ Malta jippubblika
jew jikxef lil xi persuna ħlief fil-qadi tal-funzjonijiet uffiċjali
tiegħu l-kontenut ta’ xi dokument, kommunikazzjoni jew tagħrif
ikun li jkun li jkun sar jaf bih fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu. Nuqqas
ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jikkostitwixxi
ksur ta’ dixxiplina.
Parir mill-
kumissjoni.
11.  Il-kummissjoni għandha, meta hekk mitluba minn jew
f’isem il-President ta’ Malta, tagħti lill-President ta’ Malta parir
dwar -
(a) il-ħatra u promozzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi li jkunu
meħtieġa li jsiru minn jew li jiġu approvati mill-
President ta’ Malta, li ma jkunux dwar karigi li huma
esklużi milli jiġu riferiti lill-kummissjoni skond it-
KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU ġL.S.KOST.01 3
termini tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
(b) il-konferma fil-ħatra tagħhom ta’ uffiċjali pubbliċi li
jkunu fis-servizz bi prova u meta dik il-ħatra tiġi
mtawla jew mitmuma;
(ċ) meta xi uffiċjal pubbliku jiġi mġiegħel jirtira wara li
jagħlaq il-ħamsin sena;
(d) il-ħatra ta’ uffiċjali pubbliċi biex jaqdu
temporanjament id-dmirijiet ta’ karigi li ma jkunux
dawk li għalihom ikunu ġew fil-fatt maħtura;
(e) meta uffiċjali pubbliċi jilħqu gradi ta’ effiċjenza.
Kriterji li 
għandhom jiġu 
mħarsa.
Emendat:
A.L. 121 ta’
l-1977.
12. Meta tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-ħatra jew
promozzjoni ta’ uffiċjali fis-servizz pubbliku, l-kummissjoni
għandha tara li jinżamm grad għoli ta’ effiċjenza meħtieġa fis-
servizz pubbliku u għandha -
(a) tieħu kunsiderazzjoni xierqa ta’ l-uffiċjali li jkollhom
il-kwalifika u li jkunu jservu fis-servizz pubbliku;
(b) fil-każ ta’ uffiċjali fis-servizz pubbliku, tieħu kont tal-
kwa1ifiki, esperjenza u meritu qabel l-anzjanità  fis-
servizz; u 
(ċ) meta kariga m’għandhix ta’ bilfors timtela bil-
promozzjoni ta’ uffiċjal fis-servizz pubbliku, jew
bħala riżultat ta’ suċċess f’eżami jew bl-għoti ta’
scholarship, titlob pubblikament għall-applikaz-
zjonijiet għall-kariga:
Iżda -
(i) jekk il-kummissjoni tkun sodisfatta illi ebda
kandidati tal-grad u bil-kwalifiki meħtieġa ma
jinstabu Malta, l-kummissjoni tista’ titlob
pubblikazzjonijiet minn barra minn Malta; u
(ii) jekk il-kummissjoni tkun sodisfatta li, fiċ-
ċirkostanzi, talba għall-applikazzjonijiet ma
tkunx xierqa, tista’ tagħmel ir-rakkomandaz-
zjonijiet tagħha mingħajr dik it-talba għall-
applikazzjonijiet jew xandir ieħor.
Xandir.
magħmul skond il-paragrafu (ċ) tar-regolament 12 ta’ dawn ir-
Regolamenti. Il-kwalifiki speċifikati f’xandir bħal dak għandhom
ikunu dawk approvati mill-Prim Ministru għal u f’isem il-President
ta’ Malta għall-vakanza taħt kunsiderazzjoni.
Konsultazzjoni u 
boards ta’ għażla.
14. Fil-kunsiderazzjoni ta’ l-egħmil ta’ rakkomandazzjonijiet
għall-ħatra jew promozzjoni ta’ uffiċjal fis-servizz pubbliku l-
kummissjoni tista’ - 
(a) tikkonsulta lil kull persuna li jidhrilha; u
(b) tieħu l-parir ta’ board ta’ għażla mwaqqaf mill-
kummissjoni li tista’ taħtar fih membri tal-
kummissjoni u persuni oħra li mhumiex membri tal-
kummissjoni.
4 L.S.KOST.01 ħ KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU
Proċedura. 15. Sabiex taqdi d-dmirijiet tagħha skond dawn ir-
Regolamenti, il-kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-proċedura li
għandha tinżamm meta tkun qiegħda tqies l-applikazzjonijiet, kif
ukoll l-proċeduri ta’ kull board ta’ għażla maħtur mill-kummissjoni
biex jintervista l-applikanti. Il-kummissjoni tista’ tapprova l-
formuli li għandhom jiġu wżati dwar il-qadi tal-funzjonijiet tagħha.
Taħriġ u eżamijiet. 16. Sabiex tkun tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet aħjar lill-
President ta’ Malta għall-ħatra u promozzjoni ta’ uffiċjali fis-
servizz pubbliku, il-kummissjoni, bla ħsara għall-istruzzjonijiet tal-
President ta’ Malta, tista’ -
(a) tagħti parir lill-President ta’ Malta dwar korsijiet ta’
taħriġ, assenjazzjonijiet, u li jsiru eżamijiet;
(b) tagħti parir lill-President ta’ Malta dwar il-
koordinazzjoni u l-kontenut ta’ dawk l-eżamijiet u
korsijiet ta’ taħriġ fid-diversi dipartimenti tas-servizz
pubbliku u dwar dawn il-ħwejjeġ teżerċita f’isem il-
President ta’ Malta dik is-sorveljanza ġenerali li
tidhrilha xierqa.
Ħatriet u 
promozzjonijiet. 
17. Fil-ħatra u promozzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi għal karigi li
dwarhom is-setgħa li jaħtar jew li jagħti promozzjoni ma tkunx ġiet
delegata mill-President ta’ Malta, għandha tiġi mħarsa l-proċedura
li ġejja -
Karigi ta’ kap ta’ dipartiment u ta’ deputat kap ta’ dipartiment
(a) Malli jkun magħruf illi tkun ser tinħoloq vakanza
f’kariga ta’ kap ta’ dipartiment jew f’kariga desinjata
ta’ deputat kap ta’ dipartiment, il-kap ta’ dipartiment
għandu jirrapporta l-kwistjoni lill-President ta’ Malta
flimkien ma’ kul1 rakkomandazzjoni li jidhirlu għall-
mili tal-vakanza. Jekk għal xi raġuni l-kap ta’
dipartiment ma jistax jirrapporta l-vakanza li tkun ser
tinħoloq, ir-rapport għandu jsir mill-uffiċjal li jkun qed
jaġixxi minfloku jew l-uffiċjal anzjan ta’ l-istess
dipartiment.
(b) Wara kunsiderazzjoni tar-rapport imsemmi fis-sub-
paragrafu (a) ta’ dan ir-regolament, il-President ta’
Malta għandu jirriferixxi l-kwistjoni lill-kummissjoni
għall-parir tagħha.
Karigi oħra b’salarju
(ċ)  Meta tinħoloq vakanza fil-karigi ta’ dipartiment u l-
kap ta’ dipartiment jirrakkomanda li jiġu mitluba
applikazzjonijiet biex timtela vakanza minn uffiċjali
pubbliċi fis-servizz jew minn uffiċjali pubbliċi fis-
servizz u minn oħrajn, huwa għandu jirrapporta l-
vakanza lis-segretarju fuq il-formula approvata f’erba’
kopji, u jgħaqqad magħha abbozz tax-xandir. Il-kap ta’
dipartiment għandu fl-istess ħin jibgħat kopja oħra tar-
rakkomandazzjoni tiegħu u ta’ l-abbozz tax-xandir lill-
Prim Ministru li għandu jivverifika l-korrettezza tad-
dettalji u li ma jkunx hemm raġuni l-għala l-kariga ma
tiġix mimlija.
KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU ġL.S.KOST.01 5
(d) Jekk, fil-fehma tal-kap ta’ dipartiment, x’aktarx ma
jinstabx kandidat lokali kwalifikat kif imiss biex jimla
l-vakanza, għandu jinkludi fil-formula approvata
dikjarazzjoni dwar l-arranġamenti li jeżistu jew li
huma prospettati għat-taħriġ ta’ kandidati lokali biex
timtela kariga bħal dik.
(e) Jekk il-kap ta’ dipartiment jirrakkomanda illi vakanza
timtela bil-ħatra jew promozzjoni ta’ uffiċjal pubbliku
li jkun iservi f’dak id-dipartiment, huwa għandu
jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lis-segretarju
fuq il-formula approvata f’erba’ kopji, flimkien ma’
notament tas-servizz ta’ l-uffiċjal rakkomandat għall-
vakanza. Jekk ir-rakkomandazzjoni tinvolvi li jiġi
maqbuż xi uffiċjal li jkun aktar anzjan fid-dipartiment,
raġunijiet għall-qbiż ta’ kull uffiċjal bħal dak
għandhom jintbagħtu mar-rakkomandazzjoni għall-
ħatra. Il-kap ta’ dipartiment għandu fl-istess ħin
jibgħat kopja tar-rakkomandazzjoni tiegħu, u tar-
raġunijiet għall-qibż ta’ xi uffiċjal, lill-Prim Ministru
li għandu jivverifika l-korrettezza tad-dettalji u li ma
jkunx hemm raġunijiet l-għala l-kariga ma tiġix
mimlija.
(f) Jekk il-kap ta’ dipartiment ma jistax jirrakkomanda l-
promozzjoni ta’ uffiċjal pubbliku biex jimla vakanza li
jkun hemm f’dak id-dipartiment huwa għandu
jirrapporta lis-segretarju l-ismijiet ta’ l-uffiċjali l-aktar
anzjani li jkunu f’dak iż-żmien fil-grupp jew grad
partikolari li minnu normalment issir il-promozzjoni, u
jgħid ir-raġunijiet l-għala ma jqiesx li l-uffiċjali
msemmija huma tajbin għal promozzjoni fil-kariga in
kwistjoni. Kopja ta’ dak ir-rapport għandha tiġi
mibgħuta lill-Prim Ministru.
(g) Vakanzi fis-servizz ġenerali, u li għandhom x’jaqsmu
mas-servizz ġenerali, għandhom jiġu rapportati lis-
segretarju mis-Segretarju Amministrattiv li għandu
jitqies bħala l-kap ta’ dipartiment għall-iskop tal-
proċedura stabbilita f’dan ir-regolament.
(h) Vakanzi fil-grupp ta’ segretarji persunali u persunal
ieħor komuni għad-dipartimenti u f’uffiċċji li ma
jagħmlu parti minn ebda dipartiment tal-Gvern
għandhom jiġu rappurtati lis-segretarju mis-Segretarju
Amministrattiv li għandu jitqies bħala l-kap ta’
dipartiment għall-iskopijiet tal-proċedura stabbilita
f’dan ir-regolament.
Vakanzi dipendenti 
minn eżamijiet, 
eċċ.
18. Meta vakanzi għandhom jimtlew -
(a) skond ir-riżultati ta’ eżamijiet li jkunu saru skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 16; jew
(b) wara t-tmiem b’suċċess ta’ għoti ta’ scholarship
maħsub biex jikkwalifika kandidat għal status
akkademiku jew professjonali,
il-proċedura msemmmija fir-regolament 17 ta’ dawn ir-
6 L.S.KOST.01 ħ KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU
Regolamenti ma tapplikax u l-kummissjoni għandha tagħmel dawk
l-arranġamenti li jkunu xierqa.
Ħatriet bi prova. 19.  (1)  Meta uffiċjal pubbliku jkollu ħatra taħt prova, tliet
xhur qabel ma jtemm iż-żmien ta’ dik il-ħatra taħt prova l-kap ta’
dipartiment għandu jikkunsidra - 
(a) jekk dak l-uffiċjal għandux f’dak it-tmiem jiġi
konfermat f’kariga pensjonabbli;
(b) jekk hux meħtieġ żmien ieħor ta’ servizz taħt prova
biex jistabbilixxi jekk dak l-uffiċjal għandux jiġi hekk
konfermat; jew
(ċ) jekk dak l-uffiċjal għandux ma jibqax fis-servizz
pubbliku.
(2) Jekk wara kunsiderazzjoni tal-ħwejjeġ imsemmija fis-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament, il-kap ta’ dipartiment ikun
tal-fehma illi uffiċjal pubbliku f’ħatra taħt prova għandu jiġi
konfermat f’ħatra pensjonabbli, il-kap ta’ dipartiment, mhux aktar
tard minn tliet xhur qabel ma jtemm iż-żmien ta’ ħatra taħt prova,
għandu jibgħat lis-segretarju, f’erba kopji, ir-rakkomandazzjonijiet
tiegħu illi l-uffiċjal għandu jiġi hekk konfermat. Il-kap ta’
dipartiment għandu fl-istess ħin jibgħat kopja tar-
rakkomandazzjoni tiegħu lill-Prim Ministru li għandu jivverifika l-
korrettezza tad-dettalji. Il-kummissjoni għandha tagħti parir lill-
President ta’ Malta jekk l-uffiċjal għandux jiġi hekk konfermat.
(3) Jekk wara kunsiderazzjoni tal-ħwejjeġ imsemmija fis-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament, il-kap ta’ dipartiment ikun
tal-fehma illi x-xogħol jew l-imġieba ta’ uffiċjal pubbliku f’ħatra
taħt prova ma kenitx sodisfaċenti fis-sensi kollha, huwa għandu
jgħarraf b’hekk lill-uffiċjal bil-miktub u jżid jekk hux bi ħsiebu
jirrakkomanda -
(a) jitwal iż-żmien tas-servizz taħt prova ta’ l-uffiċjal biex
juri jekk jistgħax jegħleb id-difetti innutati; jew
(b) illi l-ħatra taħt prova ta’ l-uffiċjal għandha tintemm.
Il-kap ta’ dipartiment għandu fl-istess ħin jgħarraf lill-uffiċjal li
għandu dritt li jagħmel sottomissjonijiet, fiż-żmien li għandu jiġi
iffissat mill-kap ta’ dipartiment, dwar ir-rakkomandazzjoni li ikun
hemm. Wara li jintemm iż-żmien mogħti lill-uffiċjal biex jagħmel
sottomissjonijiet, l-kap ta’ dipartiment għandu jibgħat, f’erba’
kopji, lis-segretarju rapport dwar l-uffiċjal, flimkien ma’ kopja ta’
l-ittra lill-uffiċjal u tas-sottomissjonijiet ta’ dan, jekk ikun hemm,
b’rakkomandazzjoni jekk iż-żmien ta’ servizz bi prova għandux jiġi
mtawwal jew jekk l-uffiċjal m’għandux jibqa’ fis-servizz pubbliku.
Il-kap ta’ dipartiment għandu fl-istess ħin jibgħat kopja tar-rapport
u tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Prim Ministru. Il-
kummissjoni għandha tagħti parir lill-President ta’ Malta jekk il-
ħatra bi prova għandhiex tiġi mtawla, u għal kemm, jew għandhiex
tintemm.
(4) Meta uffiċjal pubbliku jkollu ħatra bi prova u l-kap ta’
dipartiment f’kull ħin matul iż-żmien ta’ dik il-ħatra bi prova jkun
tal-fehma li dik il-ħatra għandha tintemm minnufih, għandha tiġi
mħarsa l-proċedura skond is-sub-regolament (3) ta’ dan ir-
KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU ġL.S.KOST.01 7
regolament. 
Regolamenti ta’ 
dixxiplina.
20. Meta tkun ser tagħti parir lill-President ta’ Malta dwar it-
tkeċċija, piena ta’ dixxiplina jew tmiem ta’ ħatra li ma tkunx
tkeċċija ta’ xi uffiċjal fis-servizz pubbliku, il-kummissjoni għandha
timxi skond dawk ir-regolamenti ta’ dixxiplina li jistgħu minn
żmien għal żmien ikunu fis-seħħ f’Malta dwar dak l-uffiċjal.
Meta uffiċjal jiġi 
mġiegħel jirtira 
qabel iż-żmien.
21.  Meta l-kap ta’ dipartiment jidhirlu li hemm raġuni l-għala
uffiċjal pubbliku fid-dipartiment tiegħu, li jkun laħaq l-età  ta’
ħamsin sena u li jkollu kariga pensjonabbli, għandu jiġi mitlub biex
jirtira mis-servizz pubbliku, il-kap ta’ dipartiment għandu
jirrapporta l-ħaġa flimkien ma’ dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet
tiegħu lill-Prim Ministru. Jekk huwa jaħseb li jkun hemm każ
prima facie għal dak l-irtir, il-Prim Ministru għandu javża lill-
uffiċjal illi l-irtir obbligatorju tiegħu mis-servizz pubbliku jkun
qiegħed jiġi kunsidrat u jistaqsih jekk jixtieqx jagħmel xi
rappreżentanzi ta’ natura persunali dwar dak il-pass. Il-kap ta’
dipartiment għandu jibgħat dawk ir-rappreżentanzi, jekk ikun
hemm, lill-Prim Ministru li għandu jibgħat ir-rapport u kull
rappreżentanza flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tiegħu stess lis-
segretarju, u l-kummmissjoni għandha tagħti parir lill-President ta’
Malta jekk dak l-uffiċjal għandux jiġi mitlub li jirtira.
Ħatriet ta’ aġent 
kap.
22. (1) Jekk kap ta’ dipartiment jirrakkomanda illi uffiċjal
pubbliku li mhux kap ta’ dipartiment għandu jaġixxi bħala kap ta’
dipartiment, huwa għandu jibgħat abbozz ta’ avviż għall-Gazzetta
lis-segretarju li għandu jibagħtu lill-President ta’ Malta bil-parir
tal-kummissjoni. Fl-istess ħin, il-kap ta’ dipartiment għandu
jibgħat kopja tar-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Prim Ministru.
(2) Jekk xi rakkomandazzjoni bħal dik tinvolvi li jinqabeż xi
uffiċjali aktar anzjani fid-dipartiment, għandhom jiġu mibgħuta
ma’ l-abbozz ta’ l-avviż għall-Gazzetta raġunijiet dettaljati dwar
dan lil kull uffiċjal li jkun ser jinqabeż.
(3) Meta uffiċjal pubbliku li jkun ġie desinjat bħala deputat ta’
kap ta’ dipartiment ikollu jaġixxi f’din l-aħħar kariga, ma għandu
jintbagħat xejn lill-kummissjoni, iżda l-abbozz ta’ l-avviż għall-
Gazzetta għandu jiġi mibgħut mill-kap ta’ dipartiment lill-Prim
Ministru.
(4)  Fil-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar ħatriet
ta’ aġent kap, il-kummissjoni għandha tapplika l-istess gradi bħal
ma hemm fir-regolament 12 ta’ dawn ir-Regolamenti, ħlief li tista’
tingħata wkoll kunsiderazzjoni ta’ l-interess ta’ l-effiċjenza
dipartimentali.
Gradi ta’ 
effiċjenza.
23. Mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma uffiċjal pubbliku
jmissu jgħaddi grad ta’ effiċjenza, għandha tiġi mibgħuta
rakkomandazjoni dwar jekk hux tajjeb jew le, f’erba’ kopji, mill-
kap ta’ dipartiment lis-segretarju, flimkien ma’ kopja lill-Prim
Ministru. Jekk ir-rakkomandazzjoni tkun favur li l-uffiċjal jgħaddi
l-grad ta’ effiċjenza, għandu jingħata ċertifikat fil-formula
approvata li l-uffiċjal huwa rakkomandat li jgħaddi dak il-grad.
Jekk il-kap ta’ dipartiment iqies li l-uffiċjal ma jistax jiġi
rakkomandat li jgħaddi dak il-grad, għandu javża b’hekk lill-
uffiċjal, jurih ir-raġunijiet, u jistaqsi lill-uffiċjal jekk għandux xi
8 L.S.KOST.01 ħ KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU
sottomissjonijiet x’jagħmel fi żmien speċifikat. Fit-tmiem ta’ dak
iż-żmien il-kap ta’ dipartiment għandu jibgħat lill-kummissjoni
dikjarazzjoni sħiħa dwar ir-raġunijiet l-għala dak l-uffiċjal ma
għandux jgħaddi l-grad ta’ effiċjenza, flimkien mas-
sottomissjonijiet li jkun għamel l-uffiċjal, jekk ikun hemm, u
indikazzjoni jekk l-ineliġibbilità  hijiex temporanja u li x’aktarx tiġi
rimedjata mill-uffiċjal jew xort’oħra. Il-kummissjoni għandha
tagħti parir lill-President ta’ Malta jekk l-uffiċjal għandux jew le
jinżamm fil-grad ta’ effiċjenza, u jekk hekk għal liema żmien.
Uffiċjali b’kuntratt 
jew b’impieg 
temporanju.
24. Jekk uffiċjal pubbliku jkun iservi b’kuntratt jew ftehim li
jaħseb għal tour residenzjali minimu ta’ erba’ w għoxrin xahar, il-
kap ta’ dipartiment għandu jibgħat lill-kummissjoni, sitt xhur qabel
it-tmiem ta’ dak il-kuntratt jew ftehim, avviż dwar id-data tat-
tmiem tal-kuntratt jew ftehim u r-rakkomandazzjoni tiegħu jekk
għandux jiġi rinnovat jew le. Kopja ta’ dak l-avviż u ta’ dik ir-
rakkomandazzjoni għandha tiġi mibgħuta lill-Prim Ministru. Fil-
każ ta’ uffiċjal pubbliku li jkun qiegħed iservi b’kuntratt li jaħseb
għal tour residenzjali ta’ anqas minn erba’ w għoxrin xahar, l-avviż
u r-rakkomandazzjoni għandhom jiġu mibgħuta tliet xhur qabel ma’
l-uffiċjal imissu biex jitlaq bil-vaganzi. Il-kummissjoni għandha
tagħti parir lill-President ta’ Malta jekk l-uffiċjal b’kuntratt jew bi
ftehim għandux jiġi mqabbad għal tour ieħor ta’ servizz.
Setgħa li tordna 
dehra quddiem il-
kummissjoni.
25. Il-kummissjoni tista’ teħtieġ kull persuna biex tidher u
tagħti x-xiehda tagħha quddiemha dwar xi kwistjoni li teħtieġ li tiġi
kunsidrata fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha skond dawn ir-
Regolamenti u tista teħtieġ il-produzzjoni ta’ kull dokumenti jew
ħaġa oħra dwar dik il-kwistjoni minn kull persuna li tidher
quddiemha.
Nuqqasijiet ta’ 
uffiċjal pubbliku 
bħala xhud.
26. Kull uffiċjal pubbliku li, mingħajr raġuni xierqa, meta jkun
mitlub li jidher bħala xhud jew li jipproduċi dokument uffiċjali jew
ħaġ’oħra fil-pussess tiegħu, jirrifjuta jew jittraskura milli jagħmel
hekk jew milli jwieġeb xi mistoqsija lilu magħmula mill-
kummissjoni jkun ħati ta’ ksur ta’ dixxiplina.
Dokumenti u 
tagħrif.
27.  Kull uffiċjal pubbliku li huwa meħtieġ li jressaq xi
kwistjoni għall-kunsiderazzjoni tal-kummissjoni għandu jiżgura li
d-dokumenti u l-karti kollha rilevanti jkunu disponibbli għall-
kummissjoni, u l-kummissjoni tista’ teħtieġ il-produzzjoni ta’ kull
dokumenti jew tagħrif ieħor rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed
tikkonsidra.
Sottomissjonijiet 
mill-kapijiet ta’ 
dipartimenti.
28.  Il-kummissjoni fuq talba ta’ kap ta’ dipartiment għandha -
(a) tisimgħu persunalment dwar kull kwistjoni li jkun
irrakkomanda lill-kummissjoni; u
(b) tibgħat lill-President ta’ Malta ir-rakkomandazzjonijiet
li huwa jkun għamel jew kull korrispondenza li huwa
kellu mal-kummissjoni.
Sottomissjonijiet 
lill-kummissjoni.
29.  Fil-qadi tad-dmirijiet tagħha skond id-disposizzjonijiet tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u ta’ dawn ir-Regolamenti, l-kummissjoni
ma għandhiex tieħu kont ta’ ebda sottomissjonijiet magħmula lilha
xort’oħra milli skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta jew skond dawn ir-
Regolamenti:
KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ  PUBBLIKU ġL.S.KOST.01 9
Iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha titqies li
tipprojbixxi lill-kummissjoni milli tieħu kont ta’ riferenza jew
testimonjanza ta’ servizz.
Lil min tintbagħat 
il-korrispondenza.
30. Kull korrispondenza għall-kummissjoni minn kapijiet ta’
dipartimenti u minn oħrajn għandha tiġi ndirizzata lis-segretarju.
Kwistjonijiet 
għandhom jiġu 
mibgħuta f’erba 
kopji.
31. Kull kwistjoni sottomessa għall-kunsiderazzjoni tal-
kummissjoni għandha tiġi mibgħuta f’erba’ kopji jekk ma jkunx
ordnat xort’oħra.
Każijiet mhux 
maħsuba b’dawn 
ir-Regolamenti. 
32. Kull każ mhux maħsub b’dawn ir-Regolamenti għandu jiġi
rappurtat lis-segretarju u l-kummissjoni tista’ tirriferixxi l-każ lill-
President ta’ Malta li jista’ jagħti istruzzjonijiet dwar il-proċedura
li għandha tiġi wżata.
Rapport annwali.
President ta’ Malta.
