ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA KOST.02
ORDNI DWAR ORDNIJIET PERMANENTI TAL-
KAMRA TAD-DEPUTATI
16 ta’ Marzu, 1962
L-AVVIŻ LEGALI 23 ta’ l-1962, kif adattat bl-Ordni ta’ l-1964 dwar l-
Indipendenza ta’ Malta, u kif emendat bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965, bl-Att
LVIII ta’ l-1974 u bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975.
Titolu.
tad-Deputati.
Ordnijiet 
Permanenti tal-
Kamra tad-
Deputati.
2. L-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati mwaqqfa
bil-Letters Patent ta’ l-1947 għal Malta (Kostituzzjoni), kif fis-
seħħ fl-ewwel ġurnata ta’ Jannar, 1958, kif minn żmien għal żmien
emendati, huma riprodotti fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni.
SKEDA 
(Artikolu 2)
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
Maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 (3) ta’ l-Ordni 
ta’ l-1964 dwar l-Indipendenza ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat :
A.L. 46 ta’ l-1965.
1. (1) F’dawn l-Ordnijiet Permanenti, kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra - 
"id-Deputy Speaker" tfisser id-Deputy Speaker u president tal-
kumitati tal-Kamra;
"il-Fond Konsolidat" tfisser il-Fond Konsolidat imwaqqaf bl-
artikolu 105 tal-Kostituzzjoni;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta ;
"il-Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati mwaqqfa bl-artikolu 52
tal-Kostituzzjoni;
"il-Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" tfisser kif ifisser l-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni;
"membru" tfisser membru tal-Kamra;
"Ministru" tfisser membru maħtur bħala hekk skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81 tal-Kostituzzjoni; 
"mozzjoni" tinkludi emenda;
"mozzjoni dilatorja" tfisser mozzjoni għall-aġġornament tal-
Kamra jew tad-diskussjoni jew f’kumitat illi l-President jirrapporta
progress jew li jħalli postu;
2 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
"il-president tal-kumitati" tfisser id-Deputy Speaker waqt li
jaġixxi f’dik il-kariga;
"seduta" tfisser perijodu li matulu l-Kamra tkun f’seduta
kontinwa mingħajr aġġornament u tinkludi kull perijodu li matulu
l-Kamra tkun fil-kumitat;
"sessjoni" tfisser is-seduti tal-Kamra li jibdew meta l-Kamra
tiltaqa’ għall-ewwel darba wara li tkun ġiet kostitwita skond il-
Kostituzzjoni, jew wara l-proroga jew xoljiment tagħha, f’kull
żmien, u li jispiċċaw meta l-Kamra tiġi prorogata jew tiġi xolta
mingħajr ma tkun ġiet prorogata;
"l-iSpeaker" tfisser l-iSpeaker tal-Kamra;
"il-viċi president" tfisser il-viċi president tal-kumitati maħtur
skond l-ordni permanenti 154.
(2) Meta jkun meħtieġ li jingħata avviż ta’ ċertu numru ta’
ġranet biex ikun jista’ jsir xi xogħol, fl-għadd ta’ dak in-numru ma
jgħoddux il-Ħdud u l-festi pubbliċi u l-ġurnata li fiha jingħata l-
avviż tiġi magħduda iżda mhux il-ġurnata li fiha x-xogħol għandu
jsir.
I. - Proċedura fil-Ftuħ ta’ Parlament ġdid jew Sessjoni ġdida
Qari tal-Proklama.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
2. Fl-ewwel ġurnata tal-laqgħa ta’ Parlament ġdid għat-
tmexxija ta’ xogħol skond il-Proklama tal-President ta’ Malta, wara
li l-Membri jkunu ltaqgħu fil-ħin u l-post stabbilit, l-iskrivan tal-
Kamra għandu jaqra l-Proklama li biha jissejjaħ il-Parlament.
Elezzjoni ta’ 
Speaker.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
3. Meta l-Kamra tiltaqa’ l-ewwel darba wara xi elezzjoni
ġenerali u qabel ma tipproċedi għat-tmexxija ta’ xi xogħol ieħor
għandha teleġġi persuna biex tkun l-iSpeaker tal-Kamra; u, jekk il-
kariga ta’ Speaker issir vakanti f’xi żmien qabel ix-xoljiment
sussegwenti tal-Parlament, il-Kamra għandha, kemm jista’ jkun
malajr, teleġġi persuna oħra għal dik il-kariga.
Elezzjoni ta’ 
Deputy Speaker.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. Meta l-Kamra tiltaqa’ l-ewwel darba wara xi elezzjoni
ġenerali u qabel ma tipproċedi għat-tmexxija ta’ xi xogħol ieħor
barra mill-elezzjoni ta’ l-iSpeaker, il-Kamra għandha teleġġi
membru tal-Kamra li ma jkunx Ministru jew Segretarju
Parlamentari biex ikun Deputy Speaker tal-Kamra; u, jekk il-kariga
ta’ Deputy Speaker issir vakanti f’xi żmien, qabel il-xoljiment
sussegwenti tal-Parlament, il-Kamra għandha, malli jkun
konvenjenti, teleġġi membru ieħor għal dik il-kariga.
Il-membri 
għandhom jieħdu 
ġurament. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
A.L. 148 ta’ 1975.
5.  Ebda membru tal-Kamra ma għandu jitħalla li jieħu parti
fil-proċeduri tal-Kamra (li ma jkunux proċeduri meħtieġa għall-
finijiet ta’ l-artikolu 69 tal-Kostituzzjoni) sakemm ma jkunx ħa
quddiem il-Kamra ġurament jew għamel dikjarazzjoni ta’ fedeltà
fil-formula murija fit-Tielet Skeda li tinsab mal-Kostituzzjoni:
Iżda l-elezzjoni ta’ l-iSpeaker u tad-Deputy Speaker tista’
ssir qabel ma l-membri tal-Kamra jkunu ħadu dak il-ġurament jew
għamlu dik id-dikjarazzjoni.
Diskors tal-
President ta’ 
Malta.
6. (1) Ministru għandu wara jgħarraf lill-Kamra f’liema ħin u
post il-President ta’ Malta jkun laqqa’ l-Kamra u s-seduta għandha
bla ebda votazzjoni tiġi sospiża sa dak il-ħin.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 3
(2) Meta s-seduta terġa’ tibda l-President ta’ Malta jiddikjara
lill-Kamra r-raġunijiet li għaliihom tkun ġiet imsejħa.
Indirizz bi tweġiba 
għad-Diskors u 
diskussjoni dwaru.
7.  (1) Avviż ta’ mozzjoni għal Indirizz tal-President ta’ Malta
bi tweġiba għad-diskors ta’ l-Eċċellenza Tiegħu għandu mbagħad
jingħata, u l-mozzjoni tiġi mqegħda fl-Ordnijiet tal-Ġurnata għas-
seduta ta’ wara.
(2)  Mhux anqas minn avviż ta’ jumejn għandu jingħata għal xi
emenda ta’ l-Indirizz bi tweġiba.
(3) Id-diskussjoni dwar l-Indirizz bi tweġiba, flimkien ma’ kull
emenda dwaru, tkun limitata għal tlitt ijiem sħaħ ta’ seduti li d-
diskussjoni f’kull ġurnata minnhom tispiċċa fid-9 p.m. Jekk diskors
ma jkunx spiċċa fid-9 p.m., ikun fid-diskrezzjoni ta’ 1-iSpeaker li
jħalli lill-membru li jkun qiegħed jitkellem ikompli d-diskors
tiegħu, minkejja li jkunu saru d-9 p.m.
Kemm-il darba x-xogħol ma jkunx tlesta aktar kmieni, fid-9
p.m. fl-aħħar ġurnata mogħtija għal hekk l-iSpeaker għandu,
mingħajr ebda emenda jew diskussjoni oħra, iqiegħed minnufih
għall-voti kull emenda proposta, jekk ikun hemm, u fl-aħħar
għandu jqiegħed għall-voti l-approvazzjoni ta’ l-Indirizz:
Iżda, f’kull waħda mill-ġranet hekk mogħtija għal hekk,
xogħol formali, l-ewwel qari ta’ abbozzi ta’ liġijiet, jew il-
mistoqsija u t-tweġiba ta’ interpellanzi jista’ jsir sas-6 p.m. Wara d-
9 p.m. jista’ jsir xogħol ieħor bħas-soltu:
Iżda wkoll sakemm l-Indirizz bi tweġiba ma jkunx ġie
meħlus, ebda xogħol privat ma jista’ jsir.
Xogħol li jkun qed jiġi meqjus fis-6 p.m., f’xi waħda mill-
ġranet għal hekk mogħtija, għandu jiġi aġġornat għal ġurnata oħra
ta’ seduta, jekk ma jiġix meħlus wara d-9 p.m.
Ebda ħaġa f’dawn id-disposizzjonijiet ma għandha
tiftiehem li timpedixxi l-interruzzjoni tad-diskussjoni dwar l-
Indirizz bi tweġiba biex jiġi mgħoddi xi xogħol finanzjarju; iżda
dejjem illi l-ħin mogħti kif intqal qabel biex jiġi meqjus l-Indirizz
bi tweġiba ma għandu f’ebda każ jiġi mqassar.
II. - Seduti, Quorum, Aġġornament u Egħluq
Ġranet ta’ laqgħat.
Kamra għandha tiltaqa’ fil-5 ta’ wara nofsinhar nhar ta’ Tnejn u
nhar ta’ Ħamis f’kull ġimgħa (ħlief fil-festi pubbliċi) u f’dawk il-
ġranet l-oħra u f’dak il-ħin l-ieħor kif il-Kamra tista’ tiddeċiedi
minn żmien għal żmien, jew kif l-iSpeaker jista’ jistabbilixxi għal
raġunijiet ta’ urġenza.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordni permanenti 7
(3) xogħol ta’ membri privati għandu jkollu preċedenza fuq xogħol
tal-gvern kull nhar ta’ Ħamis alternattiv li fih tagħmel seduta l-
Kamra.
Interruzzjoni ta’ 
xogħol.
9. Il-ħin stabbilit għall-interruzzjoni ta’ xogħol ikun id-9 ta’
wara nofsinhar kemm-il darba l-Kamra ma tkunx ordnat xort’oħra. 
Proċeduri wara l-
ħin ta’ 
interruzzjoni.
10. (1) Kull xogħol oppost li ma jinħelisx fil-ħin ta’ l-
interruzzjoni tax-xogħol għandu jitħalla għas-seduta ta’ wara jew
4 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
għal dik is-seduta l-oħra li l-membru inkarigat minnu jista’ jaħtar.
Jekk xi mozzjoni dilatorja tkun ġiet proposta f’dak il-ħin, għandha
tiskadi mingħajr ma titqiegħed għall-voti. Jekk il-Kamra tkun
f’kumitat il-president għandu jħalli s-Siġġu u jirrapporta lill-
Kamra.
(2) Iżda dejjem fl-interruzzjoni ta’ xogħol tista’ titressaq l-
egħluq tad-diskussjoni; u, jekk imressqa, jew jekk proċeduri dwar
l-egħluq tad-diskussjoni jkunu qed isiru, l-iSpeaker jew il-president
ma għandux jitlaq is-Siġġu sakemm ma jiġux deċiżi l-kwistjonijiet
dwar hekk, u dwar kull mozzjoni oħra kif maħsub fl-ordni
permanenti 16 (egħluq ta’ diskussjoni).
(3) Ebda xogħol oppost ma għandu jitmexxa wara l-ħin
stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.
(4) Fil-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol jew hekk
malajr wara kif ix-xogħol permess skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-ordni permanenti jkun inħeles, għandu jitressaq l-
aġġornament tal-Kamra, u jekk il-Kamra tkun għadha fis-seduta
nofs siegħa wara l-interruzzjoni tax-xogħol, l-iSpeaker għandu
jaġġorna l-Kamra mingħajr ebda votazzjoni.
Quorum.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
11. (1) Quorum tal-Kamra jkun magħmul minn ħmistax-il
membru minbarra l-persuna li tkun tippresjedi s-seduta.
(2) Jekk f’xi seduta tal-Kamra xi membru li jkun preżenti
jiġbed l-attenzjoni tal-persuna li tkun qed tippresjedi s-seduta dwar
in-nuqqas ta’ quorum u, wara intervall ta’ ħames minuti, il-persuna
li tkun tippresjedi s-seduta tiżgura ruħha illi quorum tal-Kamra
jkun għadu mhux preżenti, l-Kamra għandha tiġi aġġornata bla
votazzjoni sal-ġurnata ta’ seduta ta’ wara.
Meta l-Kamra 
tonqos milli 
tiltaqa’ fil-ġurnata 
stabbilita.
12. F’każ li l-Kamra għal xi raġuni tkun li tkun ma tiltaqax f’xi
ġurnata stabbilita għal-laqgħa tagħha, għandha f’dak il-każ tibqa’
aġġornata għall-ġurnata tas-seduta ta’ wara.
Aġġornament fuq 
ħwejjeġ definiti ta’ 
importanza 
pubblika urġenti.
13. (1) Ebda mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa
definita ma tista’ ssir kemm-il darba membru fil-bidu tax-xogħol
(jiġifieri wara l-mistoqsijiet u qabel il-mozzjonijiet jew l-ordnijiet
tal-ġurnata, skond il-każ) ma jqumx minn postu u jitlob il-permess
li jressaq l-aġġornament tal-Kamra sabiex tiġi diskussa ħaġa
definita ta’ importanza pubblika urġenti, u wara hekk huwa jsemmi
l-ħaġa u jagħti lill-iSpeaker dikjarazzjoni miktuba dwar is-suġġett
li għandu jiġi diskuss.
(2) L-iSpeaker għandu wara hekk jitlob lill-membri li
jappoġġaw il-mozzjoni biex iqumu minn posthom, u jekk mhux
anqas minn għaxra jqumu, il-mozzjoni tibqa’ għas-sebgħa ta’ l-
istess ġurnata. Iżda, jekk anqas minn għaxra iżda mhux anqas minn
ħamsa jkunu hekk qamu, il-membru jista’, jekk jidhirlu xieraq,
jitlob diviżjoni, wara 1i tkun ġiet imressqa għall-voti minnufih u
ġiet deċiża bla emenda jew diskussjoni, biex jiġi deċiż jekk dik il-
mozzjoni tistax issir.
(3) Ebda mozzjoni għall-aġġornament skond dan l-ordni
permanenti ma tista’ ssir matul xi diskussjoni.
(4) Ebda diskussjoni ma tista’ titqanqal b’dan il-mezz dwar
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 5
ħwejjeġ li jkunu avżati għad-diskussjoni jew li jkunu mniżżla bħala
ordni tal-ġurnata jew dwar kwistjoni ta’ privileġġ, jew dwar ħaġa li
ma tistax tiġi diskussa ħlief wara mozzjoni speċifika.
(5) Ebda mozzjoni ma tista’ titressaq skond dan l-ordni
permanenti f’ġurnata mogħtija għax-xogħol ta’ provvista.
(6) Ebda tieni mozzjoni skond dan l-ordni permanenti ma tista’
titressaq f’xi ġurnata.
Restrizzjonijiet fuq 
mozzjonijiet 
dilatorji.
14. Meta ssir mozzjoni għall-aġġornament ta’ diskussjoni jew
tal-Kamra waqt diskussjoni, jew illi l-president ta’ kumitat għandu
jirrapporta progress jew għandu jitlaq mis-Siġġu, id-diskussjoni
għandha wara hekk tiġi limitata għall-kwistjoni ta’ dik il-mozzjoni,
u ebda membru li jkun ressaq jew issekonda xi mozzjoni bħal dik
ma jkollu dritt iressaq jew jissekonda xi mozzjoni oħra bħalha
matul l-istess diskussjoni.
Mozzjonijiet 
dilatorji b’abbuż 
ta’ Ordnijiet 
Permanenti.
15. Jekk 1-iSpeaker jew il-president ta’ kumitat tal-Kamra
kollha jkun tal-fehma illi mozzjoni għall-aġġornament ta’
diskussjoni, jew tas-seduta matul xi diskussjoni, jew li l-president
jirrapporta progress jew li jħalli postu tkun abbuż tar-regoli tal-
Kamra, jista’ minnufih iqiegħed il-proposta għall-voti dwar hekk
mis-Siġġu jew jista’ ma jaċċettax dik il-mozzjoni.
Egħluq.
mhux anqas minn siegħa membru jista’ jitlob li jressaq il-mozzjoni
"Li l-kwistjoni titqiegħed issa għall-voti", u, kemm-il darba l-
iSpeaker jew il-president ma jidhirlux illi dik il-mozzjoni tkun
abbuż tar-regoli tal-Kamra, jew ksur tad-drittijiet tal-minoranza, il-
mozzjoni "Li l-kwistjoni titqiegħed issa għall-voti" għandha
titqiegħed minnufih għall-voti u deċiża mingħajr emenda jew
diskussjoni.
(2) Meta l-mozzjoni "Li l-kwistjoni titqiegħed issa għall-voti"
tkun ġiet approvata, u l-kwistjoni konsegwenzjali tkun ġiet deċiża,
tista’ ssir kull mozzjoni oħra (jekk il-president, kif intqal, ikun ta l-
kunsens tiegħu) li tkun meħtieġa biex tinġieb għal deċiżjoni xi
kwistjoni li tkun ġa proposta mill-presrdent; u wkoll jekk ikun
hemm klawsola li tkun qed tiġi konsiderata, tista’ ssir mozzjoni
(jekk il-president, kif intqal, ikun ta l-kunsens tiegħu), li l-
kwistjoni, li ċerti kliem tal-klawsola mfissra fil-mozzjoni jsiru parti
mill-klawsola, jew li l-klawsola ssir parti ta’, jew tiżdied ma’, l-
abbozz ta’ liġi, tiġi mqegħda għall-voti. Dawn il-mozzjonijiet
għandhom minnufih jitqiegħdu għall-voti, u jiġu deċiżi mingħajr
emenda jew diskussjoni.
(3) Iżda dejjem li din ir-regola ma tiġix infurzata -
(a) fil-Kamra, kemm-il darba ma jkunx qed jippresjedi l-
iSpeaker jew id-Deputy Speaker jew;
(b) fil-kumitat tal-Kamra kollha kemm-il darba ma jkunx
qed jippresjedi l-president jew il-viċi president.
III. - Arranġament tax-Xogħol tal-Kamra
Rutina tax-xogħol.
għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordni Permanenti 8 (2) dwar ir-riżerva
tal-ħin għax-xogħol tal-membri privati, ix-xogħol ta’ kull seduta
6 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
għandu jimxi bl-ordni li ġej: 
1. Talb.
2. Minuti.
3. Ġurament ta’ Fedeltà  ta’ membri ġodda.
4.  Petizzjonijiet. 
5.  Interpellanzi.
6. Jiġu preżentati l-karti u r-rapporti ta’ kumitati
magħżula.
7. Talba għall-permess biex issir mozzjoni skond l-ordni
permanenti 13.
8. Mozzjonijiet ta’ Ministru dwar ix-xogħol tal-Kamra.
9. Mozzjonijiet għall-ħatra ta’ kumitati magħżula u għan-
nomina ta’ membri biex iservu fihom.
10. Mozzjonijiet għall-permess biex jiġu introdotti
abbozzi ta’ liġijiet.
11. Ordnijiet tal-ġurnata u avviżi ta’ mozzjonijiet.
Il-qari ta’ l-
ordnijiet tal-
ġurnata.
18. Fil-ħin stabbilit għall-bidu tax-xogħol pubbliku, fil-ġranet
li fihom l-ordnijiet ikollhom preċedenza fuq l-avviżi ta’
mozzjonijiet, u wara li l-avviżi ta’ mozzjonijiet ikunu ġew trattati
fil-ġranet l-oħra kollha, l-iSpeaker għandu jordna lill-Iskrivan tal-
Kamra sabiex jaqra l-ordnijiet tal-ġurnata, mingħajr ma l-kwistjoni
titqiegħed għall-voti.
Ordni tal-ġurnata huwa stadju ta’ abbozz ta’ liġi jew xi
mozzjoni li tkun tniżżlet għal xi ġurnata partikolari bis-saħħa ta’
ordni tal-Kamra.
L-ordni tax-xogħol 
fil-ġranet tal-
gvern. 
19. Fil-ġranet riżervati għax-xogħol tal-gvern, il-Gvern jista’
jirranġa dak ix-xogħol, sew jekk ikunu ordnijiet tal-ġurnata jew
avviżi ta’ mozzjonijiet, f’dak l-ordni li huwa jidhirlu xieraq.
Kif jiġu trattati l-
ordnijiet tal-
ġurnata.
20. Ħlief bil-permess tal-Kamra, li jkun deċiż mingħajr
emenda jew diskussjoni, l-ordnijiet tal-ġurnata għandhom jiġu
trattati fl-ordni li jkunu fuq l-aġenda.
Kwistjonijiet 
għandhom jiġu 
deċiżi 
b’maġġoranza ta’ 
voti. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
21. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra fil-Kostituzzjoni, il-
kwistjonijiet kollha mressqa għal deċiżjoni tal-Kamra għandhom
jiġu deċiżi b’maġġoranza tal-vott tal-Membri preżenti u li jivvotaw.
(2) L-iSpeaker ma jkollux vot oriġinali, iżda jekk dwar xi
kwistjoni quddiem il-Kamra l-voti jkunu ndaqs, huwa għandu
jkollu u għandu jeżerċita vot deċiżiv.
(3) Kull persuna oħra għandha, meta tippresjedi fil-Kamra,
iżżomm il-vot oriġinali tagħha bħala membru u, jekk dwar xi
kwistjoni quddiem il-Kamra l-voti jkunu ndaqs, għandu jkollha
wkoll u għandha teżerċita vot deċiżiv.
Mod kif jingħata 
avviż.
22. Avviż ta’ interpellanza jew mozzjoni jingħata billi tiġi
konsenjata kopja tiegħu lill-Iskrivan tal-Kamra. Dik il-kopja
għandha tkun miktuba pulit, u għandu jkollha l-firma tal-membru li
jkun ser iressaqha. Għandu jingħata avviż ta’ mill-anqas tliet ijiem
għal interpellanza jew għal mozzjoni.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 7
Avviżi, eċċ., għas-
sessjoni ta’ wara.
23. Meta l-Kamra tiġi prorogata, avviżi ta’ mozzjoni jew
xogħol ieħor li xi membru jkollu l-ħsieb iressaq quddiem il-Kamra
fis-sessjoni tagħha ta’ wara, jistgħu jiġu konsenjati jew mibgħuta
minn dak il-membru lill-Iskrivan għall-pubblikazzjoni kif jingħad
hawnhekk iżjed il-quddiem.
Reviżjoni ta’ 
avviżi mill-
iSpeaker.
24. Kull avviż li jkollu espressjonijiet mhux xierqa jew li
joffendi xi ordni permanenti tal-Kamra jista’ jiġi emendat jew
miċħud mill-iSpeaker qabel ma jidher fuq l-aġenda.
L-istess mozzjoni 
ma tistax terġa’ tiġi 
proposta fl-istess 
sessjoni.
25. Ebda mozzjoni ma għandha tiġi proposta li tkun l-istess
fis-sustanza bħal xi mozzjoni li matul is-sessjoni kurrenti tkun ġiet
deċiża favur jew kontra. 
Egħmil ta’ 
interpellanzi.
26. (1) Jistgħu jsiru interpellanzi fil-bidu tax-xogħol pubbliku
lil kull Ministru dwar ħwejjeġ pubbliċi jew lil kull membru ieħor
dwar xi xogħol tal-Kamra li għalih dak il-Ministru jew membru
jkun responsabbli.
Ħin ta’ egħmil ta’ 
interpellanzi.
(2) Ebda interpellanza ma ssir wara li tkun għaddiet siegħa
mill-ħin maħtur għall-bidu tas-seduta:
Iżda ebda interpellanza ma ssir wara s-6 ta’ wara nofs in-
nhar.
Regoli dwar 
interpellanzi u 
tweġib.
27. L-iskop xieraq ta’ interpellanza jkun li jinkiseb tagħrif
dwar ħaġa ta’ fatt fit-tagħrif speċjali tal-membru li lilu tkun saret.
Id-dritt ta’ egħmil ta’ interpellanzi jkun regolat mir-regoli li
ġejjin:
(1) interpellanza ma għandha tippubblika ebda isem jew
dikjarazzjoni li ma tkunx assolutament meħtieġa biex
l-interpellanza tiftiehem;
(2) jekk interpellanza jkollha dikjarazzjoni, il-membru li
jagħmilha jsir responsabbli għall-akkuratezza tad-
dikjarazzjoni;
(3) interpellanza ma għandu jkollha ebda argument,
opinjoni, inferenza, imputazzjoni, epitetu jew
espressjoni ironika;
(4) ma għandhiex issir interpellanza dwar proċeduri
f’kumitat li ma jkunux tqiegħdu quddiem il-Kamra
b’rapport tal-kumitati; 
(5) interpellanza ma għandhiex titlob għoti ta’ opinjoni
jew soluzzjoni ta’ kwistjonijiet legall astratti jew
proposizzjoni ipotetika; 
(6) ma għandhiex issir interpellanza dwar il-karattru jew
il-kondotta ta’ xi persuna ħlief fil-kariga tagħha
uffiċjali jew pubblika;
(7) ma għandhiex issir interpellanza dwar il-karattru jew
il-kondotta ta’ xi persuna li l-kondotta tagħha tista’
tiġi attakkata biss fuq mozzjoni sostanzjali;
(8) interpellanza li tkun jew li timplika akkuża ta’ karattru
personali għandha tiġi miċħuda;
(9) interpellanza li tkun imwieġba għal kollox ma tistax
8 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
terġa’ tiġi magħmula.
Interpellanzi għal 
tweġiba orali.
28.  Membru li jkun jixtieq risposta orali għall-interpellanza
tiegħu għandu jimmarkaha b’asterisk. 
Numru ta’ 
interpellanzi 
permessi.
29.  Ma għandux jingħata avviż ta’ iżjed minn sitt interpellanzi
għal tweġiba orali mill-istess membru għall-istess ġurnata:
Iżda interpellanzi li jibqgħu bla tweġiba mingħajr ħtija tal-
membru li jkun għamilhom ma jneħħux id-dritt lill-istess membru
milli jagħti avviż ta’ sitt interpellanzi oħra għall-istess ġurnata li
għaliha l-interpellanzi bla tweġiba jkunu ġew posposti.
Interpellanzi 
jistgħu jsiru f’isem 
membru ieħor.
30. Interpellanza għandha ssir mill-membru li f’ismu tkun
imniżżla jew minn xi membru inkarigat minnu.
Mod kif jiġu 
magħmula 
interpellanzi.
31. Meta jasal il-ħin ta’ l-interpellanzi, l-iSpeaker għandu
jsejjaħ wieħed wara l-ieħor kull membru li f’ismu tidher
interpellanza fuq l-aġenda. Il-membru hekk imsejjaħ għandu jqum
f’postu u jagħmel l-interpellanza billi jirriferixxi għaliha bin-
numru tagħha fuq l-aġenda.
Interpellanzi jiġu 
mwieġba oralment 
jew bil-miktub.
32. Jekk xi membru ma jimmarkax l-interpellanza tiegħu
b’asterisk, jew jekk hu jew xi membru ieħor inkarigat minnu ma
jkunx preżenti biex jagħmilha jew jekk ma tkunx intlaħqet fil-ħin
stabbilit fl-ordni permanenti 26 (2), il-membru li lilu tkun
indirizzata għandu jara li tiġi konsenjata tweġiba bil-miktub lill-
membru li f’ismu tkun imniżżla l-interpellanza u dik it-tweġiba
għandha tiġi stampata fir-rapport uffiċjali tad-dibattimenti
parlamentari, kemm-il darba l-membru li f’ismu tkun imnizżla l-
interpellanza ma jkunx wera x-xewqa tiegħu li jipposponiha għal
darb’oħra.
Mozzjonijiet 
jistgħu jitressqu 
f’isem membri 
assenti
33. Membru jista’, jekk ikun hekk awtorizzat minn membru
ieħor li ma jkunx dak il-ħin preżenti, jipposponi jew iressaq
mozzjoni jew ordni tal-ġurnata fl-assenza tal-membru inkarigat
minnu.
Ebda mozzjoni ma 
titressaq fil-ġurnata 
ta’ l-avviż.
34. (1) Ebda mozzjoni ma għandha titressaq fl-istess ġurnata
li fiha jingħata l-avviż ħlief kif maħsub fl-ordni permanenti 13.
Meta mozzjoni 
titqies bħala rtirata.
(2) Mozzjoni titqies bħala rtirata jekk ma titressaqx għeluq
xahar mill-ġurnata li fiha l-avviż ikun ingħata, kemm-il darba l-
avviż ma jiġix imġedded.
Mozzjonijiet bla 
avviż.
35. Kull mozzjoni teħtieġ avviż kemm-il darba ma taqax taħt
wieħed minn dawn il-każijiet eċċetwati li ġejjin:
(1) mozzjoni bħala emenda għall-kwistjoni ġa proposta
mill-iSpeaker jew mill-president;
(2) mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra jew tad-
diskussjoni, jew li l-kwistjoni tiġi mqiegħda għall-voti
jew li ma tiġix imqiegħda issa għall-voti jew mozzjoni
fil-kumitat biex jiġi rapportat progress jew li l-
president iħalli postu;
(3) mozzjoni li tqanqal kwistjoni ta’ privileġġ;
(4) mozzjoni għat-tkeċċija ta’ membru milli jattendi
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 9
f’kumitat;
(5) ċerti mozzjonijiet ta’ karattru formali jew mhux
kontenzjuż, jiġifieri:
(a) għall-posponiment, tressiq mill-ġdid jew
tneħħija ta’ ordni tal-ġurnata;
(b) għall-ħatra ta’ kumitat tal-Kamra kollha
f’ġurnata futura;
(ċ) għall-konsiderazzjoni ta’ messaġġ mill-
President ta’ Malta;
(6) każijiet li dwarhom ebda membru ma jkollu
oġġezzjoni:
Iżda l-iSpeaker jew il-president tal-kumitati jista’ jiċħad li
jaċċetta mozzjoni sostanzjali li dwarha ma jkunx ingħata avviż:
Iżda wkoll il-kundizzjonijiet ta’ mozzjoni sostanzjali li
dwarha ma jkunx ingħata avviż għandhom jingħataw lill-Iskrivan
tal-Kamra bil-miktub iffirmati mill-proponent qabel ma tiġi
mressqa.
Kwistjonijiet ta’ 
privileġġ.
36. Mozzjoni dwar kwistjoni ta’ privileġġ li tinqala’ waqt is-
seduti tal-Kamra għandha dritt għall-preċedenza fuq kull xogħol
ieħor.
Mozzjoni dwar kwistjoni ta’ privileġġ li ma tkunx
inqalgħet waqt is-seduta tal-Kamra għandha ssir ma’ l-ewwel
opportunità  u tista’ ssir qabel il-bidu ta’ xogħol pubbliku.
Mozzjonijiet li ma 
jinħtiġux ikunu 
sekondati.
37. Mozzjoni fil-kumitat jew ordni tal-ġurnata jew mozzjoni
ta’ karattru formali ma teħtieġx sekondant.
Meta mozzjonijiet 
jiskadu.
38. Jekk membru ma jkunx f’postu meta l-mozzjoni mressqa
f’ismu tiġi msejħa, jew jekk jonqos milli jqum u jressaqha meta jiġi
msejjaħ mill-iSpeaker, l-istess tiskadi, kemm-il darba xi membru
ieħor awtorizzat kif imiss minnu ma jressaqhiex minfloku.
Mozzjonijiet jew 
emendi jistgħu jiġu 
rtirati.
39. Membru li jkun għamel emenda jew mozzjoni jista’
jirtirahom bil-permess tal-Kamra li jiġi deċiż mingħajr emenda jew
diskussjoni. Meta tiġi proposta emenda għal mozzjoni, il-mozzjoni
oriġinali ma tistax tiġi rtirata qabel ma tiġi trattata l-emenda.
Mozzjoni rtirata 
tista’ terġa’ 
titressaq.
40. Mozzjoni li tkun ġiet irtirata bil-permess tal-Kamra jew li
għandha titqies bħala rtirata skond l-ordni permanenti 34 (2) tista’
terġa’ titressaq matul l-istess sessjoni wara li jingħata avviż.
Meta mozzjonijiet 
jiġu sostitwiti.
41. Mozzjoni tista’ tiġi sostitwita permezz ta’ - 
(a) mozzjoni "Li l-Kamra issa taġġorna";
(b) mozzjoni preġudizzjali, jiġifieri mozzjoni "Li dik il-
kwistjoni ma tiġix imqegħda issa għall-voti";
(ċ) mozzjoni "Li l-Kamra tgħaddi għall-ordnijiet tal-
ġurnata" :
Iżda l-mozzjoni preġudizzjali ma tistax titressaq f’xi
kumitat, jew dwar xi emenda, jew dwar mozzjoni li tirriferixxi
għat-tmexxija ta’ xogħol pubbliku jew għal laqgħa tal-Kamra; iżda
wkoll jekk il-mozzjoni preġudizzjali tiġi deċiża fin-negattiv, il-
10 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
kwistjoni oriġinali tiġi minnufih imqiegħda għall-voti mingħajr
ebda emenda jew diskussjoni.
Diskussjoni 
interrotta jew 
sostitwita tista’ 
titressaq mill-ġdid.
42. Id-diskussjoni fuq kwistjoni interrotta jew sostitwita kemm
fil-Kamra, jew fil-kumitat tal-Kamra kollha, tista’ titressaq mill-
ġdid u l-mozzjoni jew ordni terġa’ titqiegħed fuq l-aġenda għal
ġurnata futura fuq mozzjoni wara avviż.
Mod ta’ egħmil ta’ 
proposta u tqegħid 
ta’ mozzjoni.
43. (1) Meta ssir mozzjoni, u, jekk meħtieġ, sekondata, l-
iSpeaker jew il-president jipproponi l-kwistjoni għall-
konsiderazzjoni, u, wara diskussjoni (jekk ikun hemm), iqegħdha
għad-deċiżjoni tal-Kamra jew tal-kumitat. 
(2) Jekk mozzjoni jkun fiha żewġ proposti separati jew iżjed,
dawk il-proposti jistgħu jiġu mressqa jew imqegħda għall-voti mill-
iSpeaker jew mill-president bħala kwistjonijiet separati.
Setgħa ta’ għażla. 44. Dwar kull mozzjoni jew kull abbozz ta’ liġi taħt
konsiderazzjoni f’kumitat, l-iSpeaker jew il-president tal-kumitati
jkollu setgħa li jagħżel l-emenda jew il-klawsoli ġodda biex jiġu
proposti, u jista’ jsejjaħ kull membru li jkun ta avviż ta’ emenda
biex jagħti dik l-ispjegazzjoni tas-suġġett ta’ l-emenda biex biha
jkun jista’ jifforma ġudizzju dwarha.
IV. - Ordni fil-Kamra
Membru għandu 
jindirizza ruħu lejn 
l-iSpeaker jew lejn 
il-president.
45. Kull membru li jixtieq jitkellem għandu jqum f’postu u
jindirizza ruħu lejn l-iSpeaker jew lejn il-president skond il-każ.
Meta żewġ membri 
jew iżjed iqumu 
biex jitkellmu.
46. Meta membru jqum biex jitkellem, jiġi msejjaħ mill-
iSpeaker jew mill-president, skond il-każ, u jekk iżjed minn
membru wieħed iqumu fl-istess ħin, il-membru li jkun hekk
imsejjaħ ikollu d-dritt jitkellem. Il-membri, waqt li jkunu qed
jitkellmu, jindirizzaw ruħhom lejn l-iSpeaker jew il-president.
Membru ma 
għandux jaqra d-
diskors tiegħu.
47. Membru ma għandux jaqra d-diskors tiegħu, iżda jista’
jgħin il-memorja tiegħu billi jirriferixxi għal noti.
Il-membri 
għandhom 
jitkellmu fuq il-
kwistjoni.
48. Id-diskussjoni għandha tkun rilevanti għall-ħaġa jew
kwistjoni quddiem il-Kamra jew il-kumitat u, meta iżjed minn
kwistjoni waħda tkun ġiet proposta, d-diskussjoni għandha tkun
rilevanti għall-aħħar kwistjoni proposta sakemm tiġi meħlusa:
Iżda membru jista’ jqum biex jitkellem fuq punt ta’ ordni
jew fuq kwistjoni ta’ privileġġ li tinqala’ f’daqqa.
Limiti ta’ żmien 
għad-diskorsi.
49. Ebda membru ma għandu jitkellem għal iżjed minn erbgħin
minuta f’ħin wieħed waqt diskussjoni fil-Kamra ħlief fuq mozzjoni
diretta ta’ nuqqas ta’ fiduċja, meta membru jkun jista’ jitkellem
għal siegħa:
Iżda din ir-regola ma tgħoddx għal Ministru li jkun qed
jagħmel id-dikjarazzjoni finanzjarja jew għall-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni jew xi membru mqabbad minnu biex jitkellem l-
ewwel wieħed bi tweġiba għal dik id-dikjarazzjoni, li kull wieħed
minnhom ikun jista’ jitkellem għal siegħa u nofs:
Iżda wkoll li din ir-regola ma tgħoddx għal membru li
jressaq it-tieni qari ta’ abbozz ta’ liġi, jew għall-Prim Ministru jew
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 11
għall-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jew xi membru mqabbad minnhom
rispettivament biex jitkellem l-ewwel wieħed bi tweġiba għal dik
il-mozzjoni, li kull wieħed minnhom ikun jista’ jitkellem għal
siegħa u nofs:
Iżda wkoll li d-diskors b’replika, meta din ir-replika tkun
permessa, ta’ membru li jkun ressaq mozzjoni ma għandux ikun ta’
iżjed minn nofs siegħa:
Iżda wkoll illi bil-kunsens tal-Kamra li jiġi deċiż bla
diskussjoni, membru jista’ jistema’ għall-perijodu ieħor ta’ mhux
iżjed minn tletin minuta:
Iżda b’dana illi ebda ħaġa li hemm fid-disposizzjonijiet ta’
qabel ma għandha tiftiehem li tissospendi xi ordnijiet permanenti
tal-Kamra dwar l-egħluq jew l-irrilevanza jew ir-ripetizzjoni.
Spjegazzjoni 
personali.
50. Bil-permess ta’ l-iSpeaker, membru jista’ jispjega ħwejjeġ
ta’ natura personali, għalkemm ma jkun hemm ebda kwistjoni
quddiem il-Kamra, iżda ħwejjeġ bħal dawn ma jistgħux jiġu
diskussi u huwa għandu jillimita ruħu strettament għad-difiża tal-
kondotta tiegħu.
Diskors riżervat.
mozzjoni ta’ aġġornament jew emenda) quddiem il-Kamra
mingħajr ma jitkellem dwarha, jista’ jindirizza lill-Kamra dwar is-
suġġett ta’ dik il-mozzjoni f’xi perijodu sussegwenti tad-
diskussjoni.
Membru ma jistax 
jitkellem darbtejn 
dwar kwistjoni.
52. Ħlief fil-kumitat, jew bis-saħħa ta’ dritt ta’ replika,
membru ma jistax jitkellem iżjed minn darba dwar l-istess
kwistjoni.
Meta tkun 
permessa replika.
53. Dritt ta’ replika hu permess biss lil membru li jkun ressaq
mozzjoni sostanzjali, mhux magħduda emenda għal dik il-
mozzjoni, jew li jkun ressaq ordni tal-ġurnata, jew li jkun
ippreżenta d-dikjarazzjoni finanzjarja.
Ebda membru ma għandu jitkellem wara r-replika ta’ min
ikun ressaq mozzjoni.
Id-diskussjoni 
tispiċċa meta 
kwistjoni 
titqiegħed għal 
kollox għall-voti.
54. Ebda membru ma jista’ jitkellem dwar kwistjoni wara li
titqiegħed għall-voti, jiġifieri, wara li l-iSpeaker jew il-president
ikun ġabar dwarha l-voti kemm favur u kemm kontra.
Kritika dwar voti 
tal-Kamra.
55. Ebda membru ma għandu jitkellem kontra jew jikkritika xi
vot tal-Kamra ħlief sabiex iressaq mozzjoni biex dak il-vot jiġi
mħassar wara avviż kif jixraq.
Il-membri 
għandhom 
joqogħdu 
bilqegħda meta l-
iSpeaker jew il-
president iqum 
waqt diskussjoni.
56. Kull meta l-iSpeaker jew il-president iqum waqt
diskussjoni, kull membru li jkun dak il-ħin qed jitkellem jew joffri
ruħu biex jitkellem għandu joqgħod bilqegħda, u l-membru għandu
joqgħod sieket sabiex l-iSpeaker jew il-president, skond il-każ,
ikun jista’ jinstema’ mingħajr interruzzjoni.
Irrilevanza jew 
ripetizzjoni.
57.  L-iSpeaker jew il-president, wara li jkun ġibed l-attenzjoni
tal-Kamra jew tal-kumitat dwar l-imġieba ta’ membru li jippersisti .
f’irrilevanza jew ripetizzjoni tedjuża, kemm dwar l-argumenti
tiegħu stess jew dwar l-argumenti wżati minn membri oħrajn fid-
12 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
diskussjoni, jista’ jordnalu li jieqaf mid-diskors tiegħu.
Mozzjoni li 
membru ma 
jinstemax, eċċ.
58. Iżda tista’ ssir mozzjoni li membru li jkun qam "issa
jinstema’"; jew li membru li jkun qed jitkellem "ma jinstemax" jew
membru ma "ma jinstemax iżjed".
Din il-mozzjoni, jekk tiġi milqugħa mill-iSpeaker jew mill-
president tal-kumitat, tiġi mqiegħda għall-voti minnnufih u deċiża
mingħajr ebda emenda jew diskussjoni.
L-użu ta’ l-isem 
tal-President ta’ 
Malta mhux 
permess.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
59. Ebda membru ma għandu juża l-isem tal-President ta’
Malta jew ta’ l-Aġent President ta’ Malta b’nuqqas ta’ qima fid-
diskussjonijiet, lanqas sabiex jinfluwixxi lill-Kamra fid-
deliberazzjonijiet tagħha.
Kliem offensiv 
kontra l-Kamra jew 
kontra membru.
60. Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux
xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b’riferenza
għal xi membru tagħha. Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi
attribwita lil xi membru.
Kif jiġu trattati 
membri li ma 
jirtirawx kliem 
oġġezzjonabbli.
61. Kull membru li jkun uża kliem oġġezzjonabbli u li ma
jirtirax l-istess, jew ma joffrix apoloġija għall-użu tagħhom, għas-
soddisfazzjon tal-Kamra, għandu jiġi ċensurat jew trattat xort’oħra
kif il-Kamra jidhrilha xieraq; u kull membru msejjaħ għall-ordni
għandu joqgħod bilqegħda kemm-il darba ma jitħalliex jispjega
ruħu.
Proċeduri dwar 
kwistjonijiet ta’ 
ordni.
62. Fuq kwistjoni ta’ ordni li tiġi mqanqla fil-Kamra, il-
membru msejjaħ għall-ordni għandu jerġa’ jieħu postu u wara li
tingħad il-kwistjoni ta’ ordni lill-iSpeaker mill-membru li jqum fuq
il-kwistjoni ta’ ordni, l-iSpeaker għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu
dwarha u dik id-deċiżjoni ma għandhiex tiġi diskussa matul dik is-
seduta; iżda kull membru jkun jista’ b’mozzjoni magħmula wara
avviż u fi żmien jumejn mill-għoti ta’ dik id-deċiżjoni, jagħmel
mozzjoni 1i dik id-deċiżjoni ta’ l-iSpeaker tiġi riveduta u li jsir
rapport fuqha mill-Kamra; dak ir-rapport għandu jitniżżel fil-
minuti tal-proċeduri tal-Kamra.
Kif tiġi trattata 
mġieba ta’ diżordni 
fil-Kamra.
63. (1) L-iSpeaker jew il-president jista’ jordna lil kull
membru li l-imġieba tiegħu tkun ta’ diżordni kbir biex jirtira
minnufih mill-Kamra għal matul il-bqija tas-seduta ta’ dik il-
ġurnata; u l-Marixxall jew uffiċjal ieħor awtorizzat mill-iSpeaker
għandu jaġixxi fuq dawk l-ordnijiet li jista’ jirċievi mill-iSpeaker
jew mill-president skond dan l-ordni permanenti.
L-iSpeaker jista’ 
jsemmi membru.
(2) Iżda jekk f’xi okkażjoni l-iSpeaker jew il-president jidhirlu
li s-setgħat mogħtija skond dan l-ordni permanenti m’humiex
biżżejjed dwar il-ħtija, huwa jista’ skond l-ordni permanenti li
jaħbat sew sew wara dan isemmi lil dak il-membru; jew jista’ jitlob
lill-Kamra biex tiġġudika l-imġieba tiegħu. Qabel ma l-Kamra
tiġġudika l-imġieba ta’ membru, huwa jkun jista’ jitħalla jagħmel
dikjarazzjoni qasira tar-raġunijiet li fuqhom jibbaża li jiskolpa
ruħu.
Membri sospiżi 
għandhom jirtiraw.
(3) Il-membri ordnati li jirtiraw skond dan l-ordni permanenti,
jew li jkunu sospiżi mis-servizz tal-Kamra skond l-ordni
permanenti li jaħbat sew sew wara dan, għandhom minnufih
jirtiraw mir-reċinti tal-Kamra.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 13
Kif jiġi trattat 
membru msemmi 
mill-iSpeaker.
64. (1) Kull meta membru jkun ġie msemmi mill-iSpeaker jew
mill-president minnufih wara li jkun wera disprezz lejn l-awtorità
ta’ l-iSpeaker jew tal-president jew abbuża mir-regoli tal-Kamra
billi kontinwament u volontarjament fixkel ix-xogħol tal-Kamra
jew xort’oħra, f’dak il-każ, jekk il-ħtija tkun saret minn dak il-
membru fil-Kamra, l-iSpeaker għandu minnufih iqiegħed għall-
voti, wara li ssir mozzjoni, bla ebda emenda, aġġornament jew
diskussjoni, "Illi dak il-membru (jiġi msemmi) jiġi sospiż mis-
servizz tal-Kamra"; u jekk il-ħtija tkun saret f’kumitat tal-Kamra
kollha, il-president għandu jissospendi minnufih il-proċeduri tal-
kumitat u jirrapporta ċ-ċirkostanzi lill-Kamra; u l-iSpeaker għandu
wara hekk iqiegħed għall-voti l-istess proposta wara li ssir
mozzjoni, bla emenda, aġġornament jew diskussjoni, bħallikieku l-
ħtija kienet saret fil-Kamra stess. Jekk xi membru jkun sospiż
skond dan l-ordni, is-sospensjoni tiegħu l-ewwel darba tkun għal
ġimgħa, it-tieni darba għal ġimgħatejn u t-tielet darba jew kull
darb’oħra wara għal xahar.
Membru jista’jitlob 
skuża.
(2) Iżda meta l-iSpeaker jirċievi mingħand il-membru hekk
sospiż dikjarazzjoni bil-miktub u kif jixraq ta’ dispjaċir, li titniżżel
fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra, huwa għandu jqegħdha quddiem
il-Kamra u, wara mozzjoni magħmula minnufih, iqiegħed għall-
voti l-proposta għat-tneħħija ta’ l-ordni tas-sospensjoni, bla
emenda jew aġġornament, u wara dan, jekk il-proposta tiġi
milqugħa, l-ordni għandu jitneħħa u l-membru ammess mill-ġdid;
iżda dejjem li s-sospensjoni mis-servizz tal-Kamra ma teżentax lill-
membru hekk sospiż milli jservi fuq xi kumitat magħżul li kien ġie
maħtur biex fih iservi qabel is-sospensjoni tiegħu; iżda wkoll li
mhux iżjed minn membru wieħed ma għandu jiġi msemmi fl-istess
ħin, ħlief jekk diversi membri, preżenti flimkien, ikunu flimkien
injoraw l-awtorità  ta’ l-iSpeaker jew tal-president.
Membru għandu 
jirtira waqt li l-
imġieba tiegħu 
tkun qed tiġi 
diskussa.
65. Kull membru li tkun saret kontra tiegħu xi akkuża għandu,
wara li jkun instema’ minn postu, jirtira waqt li dik l-akkuża tkun
qed tiġi diskussa.
Disprezz.
leġittima tal-Kamra, u kull membru li volontarjament jew b’mod
vessatorju jinterrompi x-xogħol regolari tal-Kamra jkun ħati ta’
disprezz.
Kif jiġu trattati 
membri ħatjin ta’ 
disprezz.
67. Kull membru ħati ta’ disprezz kif maħsub fl-ordni
permanenti ta’ qabel dan jista’ jiġi ordnat mill-Kamra biex joħroġ
mis-Sala minnufih u jista’ ma jitħalliex jidħol fiha matul is-seduta
kollha. Il-Marixxall, jew uffiċjal ieħor awtorizzat mill-iSpeaker,
għandu jaġixxi fuq dawk l-ordnijiet li jista’ jirċievi mill-Kamra,
skond dan l-ordni permanenti.
Setgħa ta’ l-
iSpeaker li 
jaġġorna l-Kamra 
jew jissospendi s-
seduta.
68. F’każ li jinqala’ diżordni kbir fil-Kamra l-iSpeaker jista’,
jekk jidhirlu meħtieġ li jagħmel hekk, jaġġorna l-Kamra mingħajr
votazzjoni jew jissospendi kull seduta għal żmien li jiġi msemmi
minnu.
14 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
V. - Xogħol Finanzjarju
Rakkomandazzjoni 
mill-Presidentta’ 
Malta meta tkun 
meħtieġa.
Miżjud:
A.L. 46 ta’ l-1965.
69. Ħlief fuq rakkomandazzjoni tal-President ta’ Malta murija
minn Ministru, il-Kamra ma għandhiex - 
(a) timxi ’l quddiem dwar xi Abbozz ta’ Liġi (kif ukoll
kull emenda għal Abbozz ta’ Liġi) li, fil-fehma tal-
persuna li tkun tippresjedi fil-Kamra, jipprovdi biex
issir jew tiżdied xi taxxa, biex isir jew jiżdied xi piż
fuq id-dħul jew fondi oħra ta’ Malta jew dwar it-tibdil
ta’ xi piż bħal dak ħlief fejn jiġi mnaqqas, jew dwar il-
ftehim jew maħfra ta’ xi dejn dovut lil Malta;
(b) timxi ’l quddiem dwar xi mozzjoni (magħduda xi
emenda għal mozzjoni) li l-effett tagħha, fil-fehma tal-
persuna li tkun qed tippresjedi fil-Kamra, jkun li
tagħmel provvediment dwar xi wieħed mill-finijiet
imsemmija qabel;
(ċ) tirċievi xi petizzjoni li, fil-fehma tal-persuna li tkun
tippresjedi fil-Kamra, teħtieġ li jsir provvediment għal
xi wieħed mill-iskopijiet imsemmija qabel.
Kif tiġi 
komunikata 
rakkomandazzjoni 
tal-President ta’ 
Malta.
70. Kull rakkomandazzjoni tal-President ta’ Malta tiġi
komunikata minn Ministru kif ser jingħad: "L-Eċċellenza Tiegħu l-
President ta’ Malta, billi ġie mgħarraf bis-suġġett ta’ l-Abbozz ta’
Liġi propost (jew vot jew riżoluzzjoni) jirrakkomandah għall-
konsiderazzjoni tal-Kamra", u dan għandu jiġi hekk imniżżel fil-
minuti tal-proċeduri tal-Kamra.
VI. - Xogħol Finanzjarju - Provvista
Rimedju għall-
ilmenti jista’ jiġi 
kunsidrat.
71. (1) Fl-okkażjoni ta’ mozzjoni li l-Kamra tirriżolvi ruħha
f’kumitat ta’ provvista għall-konsiderazzjoni ta’ l-estimi ġenerali
jew ta’ xi estimu supplementari (sew jekk jikkonsisti f’kap wieħed
sew f’iżjed) jistgħu jiġu konsiderati ilmenti u r-rimedji tagħhom u
tista’ ssir diskussjoni ġenerali tal-policy tal-Gvern u jistgħu jsiru
emendi għall-proposta formali li l-iSpeaker għandu jħalli postu.
Meta l-iSpeaker 
iħalli postu 
mingħajr 
votazzjoni.
(2) Fl-okkażjonijiet l-oħra kollha, kull meta l-kumitat ta’
provvista jkun imniżżel bħala ordni tal-ġurnata biex tikompla d-
diskussjoni ta’ estimu, l-iSpeaker għandu iħalli postu mingħajr il-
ħtieġa ta’ votazzjoni u l-Kamra tirriżolvi ruħha minnufih f’kumitat
ta’ provvista biex tikkunsidra dak l-estimu.
Dikjarazzjoni 
finanzjarja.
(3) (a) F’dik il-ġurnata li fiha l-estimi ġenerali jitqiegħdu fuq
il-Mejda, il-Ministru nkarigat għandu jagħmel id-
dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu, u jipproponi li l-
Kamra tikkunsidra l-estimi f’kumitat ta’ provvista.
Id-diskussjoni tiġi mbagħad aġġornata għal mhux inqas
minn ġimgħa.
Mozzjoni sabiex il-
Kamra tmur 
f’kumitat ta’ 
provvista.
(b) Id-diskussjoni fuq il-mozzjoni sabiex il-Kamra tmur
f’kumitat ta’ provvista ma għandhiex iddum aktar
minn jumejn (mingħajr ma tingħadd il-ġurnata li fiha
saret id-dikjarazzjoni finanzjarja).
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 15
Seduti mħollija 
għall-
konsiderazzjoni ta’ 
l-estimi.
(ċ) Ma jingħatawx iżjed minn seba’ seduti għall-
konsiderazzjoni ta’ l-estimi ġenerali fil-kumitat ta’
provvista.
Il-ġranet hekk mogħtija ma jinkludu ebda ġurnata li
fiha x-xogħol ta’ provvista ma jkunx imniżżel bħala l-
ewwel ordni tal-ġurnata.
Fuq mozzjoni, li tagħha jingħata avviż, u li tkun deċiża
mingħajr emenda jew diskussjoni, jista’ jingħata żmien
iżjed, ta’ mhux aktar minn tliet ijiem, għax-xogħol ta’
provvista.
Ebda mozzjoni ma 
tittieħed.
(d) Fil-ġranet mogħtija għax-xogħol ta’ provvista, ebda
mozzjoni ma tittieħed (ħlief mozzjonijiet formali) sal-
konsiderazzjoni tal-provvista, u ebda mozzjoni skond
l-ordni permanenti 13 ma tiġi milqugħa.
Fid-9 p.m. il-
president 
jirrapporta 
progress.
(e) Fil-ġranet imħollija għax-xogħol ta’ provvista, fid-9
p.m. il-president għandu jħalli postu mingħajr il-ħtieġa
ta’ proposta għal hekk, u jirrapporta lill-Kamra; iżda
jekk proposta fuq xi vot tkun dak il-ħin qed tiġi deċiża,
b’votazzjoni, jew mozzjoni għall-egħluq tad-
diskussjoni tkun ġiet imressqa fuq xi kwistjoni, il-
president ma għandux iħalli postu sakemm ma tkunx
saret dik il-votazzjoni jew il-mozzjoni ta’ l-egħluq tad-
diskussjoni u kull proposta li tista’ tinqala’ dwarhom
tkun ġiet deċiża.
Fid-9 p.m. fl-aħħar 
ġurnata titqiegħed 
proposta fuq il-voti 
kollha li jkun fadal.
(f) Fid-9 p.m. fl-aħħar tal-ġranet hekk imħollija, il-
president għandu minnufih iqiegħed għall-voti l-
proposta li f’dak il-ħin tkun qed tiġi konsiderata u
għandu mbagħad iqiegħed il-proposta dwar il-voti li
jkun baqa’ ta’ l-estimi wieħed wieħed. Dawn il-
proposti kollha jiġu deċiżi mingħajr ebda emenda jew
diskussjoni. Huwa għandu mbagħad iħalli postu,
mingħajr votazzjoni, u jagħmel ir-rapport tiegħu lill-
Kamra.
Proċedura 
f’kumitat ta’ 
provvista.
72. Meta ssir mozzjoni f’kumitat ta’ provvista sabiex tiġi
mneħħija jew imnaqqsa xi partita ta’ xi vot, il-kwistjoni tiġi
proposta mill-president biex tiġi mneħħija jew imnaqqsa dik il-
partita, u l-membri għandhom jitkellmu dwar dik il-proposta biss,
sakemm tkun ġiet deċiża; iżda fid-diskussjoni tista’ ssir riferenza
għal partiti oħra fl-estimi sabiex tiġi spjegata jew murija ċar il-
proposta.
L-ewwel titqiegħed 
għall-voti l-
mozzjoni għall-
akbar riduzzjoni.
73. Meta iżjed minn riduzzjoni waħda tiġi mressqa f’xi vot,
jew partita ta’ vot, l-ewwel li tiġi proposta mill-president tkun il-
mozzjoni għall-akbar riduzzjoni.
L-ordni li bih 
għandhom jittieħdu 
l-mozzjonijiet.
74. Meta jiġu mressqa diversi mozzjonijiet, dawn għandhom
jittieħdu fl-ordni li fihom il-partiti li għalihom jirriferixxu jidhru fl-
estimi stampati.
Ebda diskussjoni 
ma hi permessa fuq 
partiti preċedenti.
75. Wara li titqiegħed għall-voti proposta mill-president biex
titneħħa jew titnaqqas xi partita, ma għandha ssir ebda mozzjoni
jew diskussjoni fuq partita preċedenti.
16 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
Proposta fuq vot 
oriġinali jew 
imnaqqas.
76. Meta tkun saret proposta biex jiġu mneħħija jew imnaqqsa
partiti f’xi vot, għandha mbagħad titqiegħed għall-voti l-proposta
fuq il-vot oriġinali, jew fuq il-vot imnaqqas, skond il-każ.
Id-destinazzjoni 
tal-voti ma tistax 
titbiddel.
77. Il-kumitat ma jistax jissuġġetta vot għal xi kundizzjoni jew
opinjoni u lanqas jista jbiddel id-destinazzjoni tiegħu.
Vot jista’ jiġi 
pospost.
78. Ikun regolari, f’kull ħin waqt id-diskussjoni ta’ vot jew
partita f’xi vot, li ssir mozzjoni biex dak il-vot jiġi pospost, kemm-
il darba dak il-posponiment ikun biss sakemm il-bqija tal-voti ta’ l-
estimi li jkunu qed jiġu diskussi jiġu deċiżi.
Mod kif jiġu 
proposti 
riduzzjonijiet.
79. Emenda li tinkludi iżjed minn partita waħda ma tistax tiġi
proposta bħala riduzzjoni ta’ partita waħda, iżda għandha tiġi
mressqa bħala riduzzjoni tal-vot kollu.
Vot jew partita 
approvati ma 
jistgħux jiġu 
diskussi.
80. Meta tkun ġiet deċiża partita jew vot, ma tkunx tista’ terġa’
tiġi diskussa l-istess fuq partita ġdida jew sussegwenti li tkun allura
qed tiġi konsiderata, ħlief sabiex tiġi spjegata jew murija ċar il-
kwistjoni tad-diskussjoni.
Rapport mill-
kumitat ta’ 
provvista.
81. Meta l-għoti tal-provvisti kollha meħtieġa għas-servizz tas-
sena jkun ġà  vvotat mill-kumitat ta’ provvista, għandha titressaq
riżoluzzjoni f’dak il-kumitat li tawtorizza lill-president li
jirrapporta dan lill-Kamra.
L-estimi jiġu 
rapportati.
82. Meta l-iSpeaker jerġa’ jieħu postu, l-president għandu
jirrapporta li l-kumitat ikun approva l-estimi b’emendi jew
mingħajr emendi.
Abbozz ta’ Liġi 
dwar 
approprjazzjoni.
Għandha titressaq imbagħad riżoluzzjoni li tawtorizza li
jittieħdu l-flus meħtieġa mill-Fond Konsolidat tad-Dħul, u li tordna
lill-Ministru tal-Finanzi jew Ministru ieħor biex iressaq l-Abbozz
ta’ Liġi dwar Approprjazzjoni. Meta dan l-Abbozz ta’ Liġi jiġi
preżentat għandu jitqies li jkun inqara l-ewwel darba u għandu jiġi
stampat.
VII. - Votazzjonijiet
Membru jista’ 
jitlob li ssir 
votazzjoni.
83. Wara li l-iSpeaker jew il-president f’kumitat tal-Kamra
kollha jkun iddikjara r-riżultat ta’ proposta li jkun qiegħed għall-
votazzjoni, kull membru li jkun semma’ leħnu ma’ dawk li skond
dik id-dikjarazzjoni jkunu fil-minoranza, jista’ jitlob votazzjoni tal-
Kamra dwar dik il-proposta, u wara hekk għandha ssir votazzjoni
bla diskussjoni kemm-il darba ma jidhirx lill-iSpeaker jew lill-
president li dik it-talba tkun saret bla bżonn.
Kif issir 
votazzjoni.
84. Wara li jgħaddu għoxrin minuta l-iSpeaker jew il-president
iqiegħed wara hekk il-proposta għat-tieni darba u jiddikjara jekk fl-
opinjoni tiegħu kienux l-aktar dawk li qalu "Iva" jew dawk li qalu
"Le". Jekk id-deċiżjoni tiegħu ma tiġix aċċettata u jekk jidhirlu li d-
deċiżjoni ntalbet bla bżonn jista’ jieħu l-voti billi jsejjaħ
suċċessivament lill-membri li jaqblu u lill-membri li ma jaċċettawx
id-deċiżjoni tiegħu sabiex iqumu bil-wieqfa f’posthom. Huwa jista’
mbagħad jew jiddikjara d-deċiżjoni tal-Kamra jew tal-kumitat, jew
jordna li titkompla l-votazzjoni u wara dan għandhom jingħalqu l-
bibien:
Iżda l-ħin okkupat biex jittieħdu votazzjonijiet għandu
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 17
jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni ta’ xogħol.
Il-voti jittieħdu bil-
miftuħ.
85. Membru mhux obbligat jivvota. Il-voti jittieħdu bil-miftuħ
u jitniżżlu fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra. L-iSpeaker jew il-
president, skond il-każ, għandu jiddikjara minnufih lill-Kamra r-
riżultat tal-votazzjoni u għandu jiddikjara n-numru ta’ dawk li
vvotaw favur u ta’ dawk li vvotaw kontra.
F’każ ta’ 
konfużjoni jew 
żball il-Kamra 
terġa’ tivvota.
86. F’każ ta’ konfużjoni jew żball dwar in-numri rapportati, il-
Kamra għandha tagħmel votazzjoni oħra kemm-il darba l-istess ma
tistax tiġi korretta xort’oħra.
Żbalji jiġu korretti 
fir-rapport.
87. Jekk in-numri jkunu ġew rapportati ħażin jew isir żball fl-
ismijiet fir-rapport tal-votazzjoni, il-Kamra malli tiġi nformata
b’dan għandha tordna li r-rapport jiġi korrett.
Membru ma jistax 
jivvota jekk ma 
jkunx preżenti 
meta l-kwistjoni 
titqiegħed għall-
votazzjoni.
88. Ebda membru ma jkollu dritt jivvota f’xi votazzjoni kemm-
il darba ma jkunx preżenti fil-Kamra meta l-kwistjoni titqiegħed
għall-votazzjoni għat-tieni darba.
Ebda membru ma 
jista’ jivvota jekk 
ikollu nteress 
pekunjarju.
89. Ebda membru ma jkollu dritt jivvota fil-Kamra jew
f’kumitat tal-Kamra kollha jew maħtur mill-Kamra dwar xi
kwistjoni li fiha jkollu interess pekunjarju dirett.
Wara mozzjoni li tkun avżata kif imiss, il-Kamra tkun tista’
tissospendi kull membru li jkun ivvota fuq xi kwistjoni bħal dik
milli jattendi s-seduti tagħha għall-bqija tas-sessjoni.
Iżda kull membru jkollu dritt jivvota fuq kull kwistjoni
dwar ħlasijiet personali jew allowance parlamentari li għalihom
jista’ jkollu dritt.
VIII. - Abbozzi ta’ Liġijiet
Ħruġ b’liġi bil-
Malti u bl-Ingliż.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
90. Kull liġi għandha ssir kemm bl-ilsien Malti u kemm bl-
ilsien Ingliż u, jekk, ikun hemm konflitt bejn it-test Malti u t-test
Ingliż ta’ xi liġi, t-test Malti għandu jipprevali.
Introduzzjoni ta’ 
Abbozz ta’ Liġi.
91. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordni permanenti 83,
kull Abbozz ta’ Liġi għandu jitressaq wara li ssir mozzjoni u wara
proposta "illi jingħata permess sabiex jitressaq dak l-Abbozz ta’
Liġi", kemm-il darba ma jitressaqx minn kumitat maħtur sabiex
jabbozzah skond riżoluzzjoni tal-Kamra.
L-ewwel qari u 
stampar.
92.  Jekk jingħata permess sabiex jitressaq xi Abbozz ta’ Liġi,
l-Abbozz ta’ Liġi jitqies li ġie moqri l-ewwel darba, u, kif tingħata
kopja pulita lill-Iskrivan, għandu jiġi stampat.
Stadji ta’ Abbozzi 
ta’ Liġijiet.
93. Taħt ebda ċirkostanza, ħlief kif jingħad hawn taħt, ma
għandu jittieħed aktar minn stadju wieħed fl-istess seduta jekk xi
membru joġġezzjona għal hekk:
Iżda Abbozzi ta’ Liġi ta’ natura urġenti jistgħu, bil-
permess tal-Kamra, jiġu mgħoddija b’ħeffa mhux solita mid-diversi
stadji tagħhom.
Pubblikazzjoni ta’ 
Abbozzi ta’ 
Liġijiet fil-
Gazzetta.
94. Meta tiġi ffissata ġurnata għat-tieni qari ta’ xi Abbozz ta’
Liġi, l-Iskrivan tal-Kamra għandu jibgħat jew jikkonsenja lil kull
membru tal-Kamra kopja stampata ta’ dak l-Abbozz ta’ Liġi u
18 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
għandu jara wkoll li jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta
jekk ma jkunx ġà  hekk pubblikat.
Emendi għat-tieni 
qari.
95. (1) Jistgħu jsiru mozzjonijiet biex jemendaw il-mozzjoni
għat-tieni qari ta’ Abbozz ta’ Liġi billi jitħallew barra l-kliem
kollha jew xi wħud minnhom wara l-kelma "illi" u minflokhom
jidħlu kliem li jsemmu xi raġuni speċjali kontra t-tieni qari ta’ l-
Abbozz ta’ Liġi, jew billi titħalla barra "issa" u jiżdiedu fit-tarf tal-
mozzjoni "sitt xhur mil-lum" jew żmien ieħor.
Il-prinċipju ta’ 
Abbozz ta’Liġi jiġi 
diskuss fit-tieni 
qari.
(2) Il-prinċipju biss ta’ Abbozz ta’ Liġi, kif distint mid-dettalji
tiegħu, għandu jiġi diskuss fuq mozzjoni għat-tieni qari, jew fuq xi
emenda għaliha.
Wara t-tieni qari l-
Abbozz ta’ Liġi 
jiġi mressaq 
quddiem kumitat.
96. Meta Abbozz ta’ Liġi jkun moqri għat-tieni darba huwa
jitressaq quddiem kumitat tal-Kamra kollha kemm-il darba l-
Kamra, fuq mozzjoni li tista’ ssir mingħajr avviż u li tiġi deċiża
mingħajr emenda jew diskussjoni, ma tordnax li jiġi mibgħut
quddiem kumitat magħżul jew kumitat permanenti.
Il-Kamra tirriżolvi 
ruħha f’kumitat 
dwar Abbozz ta’ 
Liġi.
97. Kif jinqara l-ordni tal-ġurnata għall-kumitat dwar Abbozz
ta’ Liġi, l-iSpeaker għandu jħalli postu mingħajr votazzjoni, u l-
Kamra tirriżolvi ruħha minnufih f’kumitat.
Il-klawsoli jinqraw 
f’kumitat.
98. Il-president kif jieħu postu jibda biex jaqra n-numru u n-
nota marġinali ta’ kull klawsola waħda wara l-oħra. It-titolu ta’ l-
Abbozz ta’ Liġi jibqa’ pospost sa wara l-konsiderazzjoni tal-
klawsoli u ta’ l-iskedi, jekk ikun hemm, mingħajr votazzjoni.
Liema emendi 
jkunu ammessi.
99. Hija regola tal-kumitati kollha tal-Kamra li quddiemhom
jistgħu jitressqu Abbozzi ta’ Liġijiet li huma għandhom setgħa li
jagħmlu fihom dawk l-emendi li jidhrilhom xierqa kemm-il darba
jkunu rilevanti għas-suġġett ta’ l-Abbozz ta’ Liġi; iżda jekk xi
emendi bħal dawk ma jkunux skond it-titolu ta’ l-Abbozz ta’ Liġi ,
f’dan il-każ għandhom jemendaw it-titolu, u jirrapportaw l-istess
b’mod speċjali lill-Kamra.
Il-prinċipju ma 
jiġix diskuss 
f’kumitat.
100. Il-prinċipju ta’ l-Abbozz ta’ Liġi ma jiġix diskuss
f’kumitat, iżda biss id-dettalji tiegħu.
Klawsoli ġodda 
f’kumitat.
101. Kif tiġi proposta klawsola ġdida fil-kumitat, l-Iskrivan tal-
Kamra għandu jaqra n-nota marġinali tal-klawsola u din imbagħad
titqies li tkun inqrat l-ewwel darba. Imbagħad issir proposta sabiex
tinqara t-tieni darba.
Rapport ta’ 
progress.
102. Jekk il-konsiderazzjoni ta’ l-Abbozz ta’ Liġi f’kumitat tal-
Kamra kollha ma tkunx spiċċat sal-ħin li fih ix-xogħol huwa
meħtieġ li jiġi nterrott, il-president għandu jirrapporta progress u
jitlob permess li l-Kumitat jerġa’ jiltaqa’.
Il-President jista’ wkoll, wara mozzjoni, jiġi ordnat li
jirrapporta progress f’kull żmien qabel.
Rapport ta’ 
Abbozz ta’ Liġi.
103. Ma’ l-egħluq tal-proċeduri ta’ kumitat tal-Kamra dwar
Abbozz ta’ Liġi, il-president għandu jiġi ordnat li jirrapporta l-
Abbozz ta’ Liġi lill-Kamra b’emendi jew mingħajr emendi; u fil-
każ li dak l-Abbozz ta’ Liġi jiġi rapportat b’emendi, l-Kamra tista’
tordna li l-Abbozz jerġa’ jiġi stampat minnufih, bl-emendi kollha
tiegħu, u li kopja tiegħu tiġi konsenjata lil kull membru.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 19
Konsiderazzjoni 
mill-ġdid fil-
kumitat.
104. Meta Abbozz ta’ Liġi jkun ġie rapportat b’emendi jew
mingħajr emendi, għandu jiġi ordnat li jinqara t-tielet darba f’dik
il-ġurnata li tista’ tiġi stabbilita mill-Kamra, kemm-il darba l-
membru inkarigat minnu ma jixtieqx jipposponi l-konsiderazzjoni
tiegħu jew ma ssirx mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta’ l-
Abbozz ta’ Liġi sew kollu sew biss dwar disposizzjonijiet
partikolari jew disposizzjonijiet proposti li għandhom jiġu
msemmija fil-mozzjoni mill-membru responsabbli.
Meta l-
konsiderazzjoni 
mill-ġdid tiġi 
opposta.
Jekk mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta’ Abbozz
ta’ Liġi tkun opposta, l-iSpeaker għandu jippermetti dikjarazzjoni
qasira ta’ tifsir tar-raġunijiet għal dik il-konsiderazzjoni mill-ġdid
mill-membru li jipproponi u minn membru li jopponi il-mozzjoni, u
għandu mingħajr ebda diskussjoni oħra jqiegħda għall-voti.
Emenda dwar 
konsiderazzjoni 
mill-ġdid jew it-
tielet qari.
105. Ebda emenda, li ma tkunx sempliċement verbali, ma
għandha ssir għal xi Abbozz ta’ Liġi fit-tielet qari, iżda l-Abbozz
ta’ Liġi jista’, wara mozzjoni, jerġa’ jiġi kunsidrat mill-ġdid jew l-
istess emendi jistgħu jitressqu bħal fit-tieni qari (ara ordni
permanenti 95 "Emendi għat-Tieni Qari").
Ebda diskussjoni 
fit-tielet qari.
Ebda diskussjoni ma tista’ ssir fl-istadju tat-tielet qari ta’
xi Abbozz ta’ Liġi ħlief biex jiġu proposti emendi verbali.
Qari ta’ Abbozzi 
ta’ Liġijiet.
106. Fuq l-ordni għall-ewwel, it-tieni u t-tielet qari ta’ Abbozz
ta’ Liġi, l-Iskrivan għandu jaqra biss it-titolu tiegħu u xejn iżjed.
L-istess Abbozz ta’ 
Liġi ma għandux 
jitressaq darbtejn 
fl-istess sessjoni.
107. Meta Abbozz ta’ Liġi jiġi mgħoddi għal kollox, jew ikun
ġie miċħud, ebda Abbozz ta’ Liġi ta’ l-istess xorta ma jista’ jerġa’
jiġi ntrodott matul l-istess sessjoni.
IX. - Kumitati tal-Kamra Kollha
President tal-
kumitati.
108. Id-Deputy Speaker ikun il-president tal-kumitati tal-Kamra
kollha. Fl-assenza tiegħu l-viċi president, jew dak il-membru l-
ieħor li l-Kamra tista’ taħtar, għandu jippresjedi.
Il-Kamra tirriżolvi 
ruħha f’kumitat.
109. Kumitat tal-Kamra kollha jiġi maħtur b’riżoluzzjoni "Illi
il-Kamra tirżolvi ruħha f’kumitat" ħlief fil-każijiet imsemmija fl-
ordnijiet permanenti 71 (2), 97 u 102.
Quorum.
mill-istess numru ta’ membri li jkun meħtieġ sabiex jagħmel
quorum tal-Kamra.
Nuqqas ta’ 
quorum.
111. Jekk ikun hemm oġġezzjoni minn xi membru preżenti jew
jkun jidher wara votazzjoni f’kumitat tal-Kamra kollha li ma jkunx
hemm quorum ta’ membri preżenti, il-membru li jkun jippresjedi
għandu jħalli postu u l-iSpeaker għandu jerġa’ jieħu postu.
Rapport lill-
iSpeaker dwar 
nuqqas ta’ quorum.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
112. Meta l-president ta’ kumitat tal-Kamra kollha jirrapporta
li, mingħarhu, ma jkunx hemm ħmistax-il membru, l-iSpeaker
għandu jerġa’ jieħu postu u għandu, wara li jgħaddu ħames minuti,
igħodd il-Kamra, u jekk ħmistax-il membru, mhux magħdud l-
iSpeaker, ma jkunux preżenti, għandu jaġġorna l-Kamra, mingħajr
votazzjoni qabel, għall-ġurnata tas-seduta ta’ wara, u l-ħin ta’ dak
l-aġġornament kif ukoll l-ismijiet tal-membri preżenti għandhom
jitniżżlu fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra, u jekk sittax-il
membru, mhux magħdud l-iSpeaker, ikunu preżenti l-Kamra terġa’
tirriżolvi ruħha f’kumitat, iżda jekk ħmistax-il membru, mhux
magħdud l-iSpeaker, ikunu preżenti, il-Kamra tista’ tkompli
20 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
tagħmel xogħol ieħor.
Proċedura 
f’kumitat.
113. Ħlief fejn jingħad xort’oħra, r-regoli dwar proċedura
f’kumitat tal-Kamra kollha huma dawk li japplikaw għal proċedura
meta jippresjedi l-iSpeaker, ħlief li -
(1) mhux meħtieġ li mozzjoni tiġi sekondata;
(2) il-mozzjoni preġudizzjali ma tistax titressaq;
(3) membru jista’ jitkellem iżjed minn darba fuq l-istess
kwistjoni.
Kumitat jista’ 
jikkunsidra biss 
ħwejjeġ riferiti lilu.
114. Kumitat tal-Kamra kollha jista’ biss jikkunsidra dawk il-
ħwejjeġ li jkunu ġew riferiti lilu mill-Kamra.
Mozzjoni biex jiġi 
rapportat progress.
115. Tista’ ssir mozzjoni waqt il-proċeduri ta’ kumitat tal-
Kamra kollha "Illi l-president jirrapporta progress u jitlob permess
biex il-kumitat jerġa’ jiltaqa’", jew "Illi l-president issa jħalli
postu", iżda jekk il-president ikun tal-fehma li l-mozzjoni tkun
abbuż tar-regoli tal-Kamra, jista’ jqiegħed jew jirrifjuta li jqiegħed
il-proposta għall-voti minnufih.
Rapport lill-
Kamra.
116. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordni permanenti
103, meta l-ħwejjeġ kollha riferiti lill-kumitat tal-Kamra kollha
jkunu ġew kunsidrati, il-president għandu jħalli postu mingħajr
votazzjoni u għandu jirrapporta l-istess lill-Kamra.
Rapport dwar 
progress.
117. Meta dawn il-ħwejjeġ kollha ma jkunux ġew kunsidrati, l-
president għandu jirrapporta progress u jitlob permess biex il-
kumitat jerġa’ jiltaqa’.
Kif jitressaq ir-
rapport.
118. Kull rapport minn kumitat tal-Kamra kollha għandu
jitressaq mingħajr ebda votazzjoni.
L-iSpeaker jerga’ 
jieħu postu f’każ 
ta’ diżordni.
119. Jekk jinqala’ xi diżordni f’kumitat tal-Kamra kollha, l-
iSpeaker għandu jerġa’ jieħu postu mingħajr ebda votazzjoni.
L-iSpeaker jerġa’ 
jieħu postu f’każ 
ta’ messaġġ mill-
President ta’ 
Malta.
120. L-iSpeaker għandu jerġa’ jieħu postu wkoll jekk jiġi avżat
messaġġ mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta.
Kumitati Magħżula
Ħatra ta’ kumitati 
magħżula.
121. Il-Kamra tista’ taħtar kumitat magħżul tal-membri tagħha
biex jinvestigaw kull suġġett. L-iSpeaker ikun jista’ jiġi maħtur
membru ta’ kumitat magħżul.
Numru ta’ membri. 122. Għandu dejjem jingħata avviż għall-mozzjoni biex jinħatar
kumitat magħżul, kif ukoll biex, bil-permess tal-Kamra, jinħatru
aktar minn seba’ membri għall-kumitat. Wara l-ewwel ħatra, kull
żieda jew bidla trid tkun avżata u tinkludi l-ismijiet tal-membri li
jkunu ser jinbidlu jew jiżdiedu. In-numru tal-membri għandu jkun
dejjem numru bil-fart.
Avviż ta’ l-ismijiet 
tal-membri.
123. Għandu jingħata avviż mill-anqas ta’ ġurnata ta’ l-ismijiet
tal-membri proposti biex iservu fuq kumitat magħżul, iżda, kemm-
il darba dan l-avviż ikun ġie mogħti, l-ħatra tista’ ssir minnufih
wara l-mozzjoni biex jitwaqqaf il-kumitat.
Kif issir il-
votazzjoni għal 
kumitat.
124. Jekk fuq mozzjoni għal kumitat magħżul jiġi deċiż li dak
il-Kumitat jiġi magħżul b’votazzjoni, għandha tiġi mħarsa l-
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 21
proċedura li ġejja:
Kull membru għandu jikkonsenja lill-Iskrivan tal-Kamra
lista tal-membri li jixtieq li jiġu maħtura fuq dak il-kumitat ta’
mhux iżjed min-numru propost f’dik il-mozzjoni u jekk xi lista
bħal din ikollha numru akbar għandha tiġi miċħuda, u l-iSpeaker
għandu jaħtar żewġ membri bħala skrutinaturi li, flimkien ma’ l-
Iskrivan, għandhom jaċċertaw ruħhom dwar in-numru tal-voti għal
kull membru, u l-membri li jiġu rapportati li jkollhom l-akbar
numru ta’ voti għandhom (bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
ordni permanenti 129) jiġu dikjarati mill-iSpeaker li jkunu l-
membri ta’ dak il-kumitat, u f’kull każ li żewġ membri jew iżjed
ikollhom voti ndaqs, din il-proċedura terġa’ ssir dwar dawk il-
membri.
Kunsens tal-
membri biex iservu 
f’kumitat għandu 
jiġi aċċertat.
125. Kull membru li jipproponi biex jaħtar membru ieħor biex
iservi f’kumitat magħżul għandu qabel jiżgura ruħu jekk dak il-
membru l-ieħor iridx iservi.
L-ewwel laqgħa 
tal-kumitat tiġi 
avżata lill-Iskrivan.
126. Avviż tal-laqgħat tal-kumitati magħżula għandu jingħata
lill-Iskrivan tal-Kamra qabel is-sagħtejn tal-ġurnata ta’ qabel dik
magħżula għal-laqgħa; l-ewwel avviż jingħata mill-membru li jkun
ippropona l-kumitat u l-avviżi ta’ wara mill-president tal-kumitat.
Lista tal-membri 
tal-kumitat.
127. Listi tal-membri kollha li jservu f’kull kumitat magħżul
għandhom jiġu mwaħħla f’post fejn jidher fl-uffiċċju tal-Kamra
tad-Deputati jew f’dak il-post jew postijiet l-oħra li jista’ jagħżel l-
iSpeaker.
Quorum.
tordnax xort’oħra, tliet membri tal-kumitat jifformaw quorum.
Ebda kumitat ma għandu jibda x-xogħol jekk ma jkunx hemm
quorum preżenti u jekk ma jkunx hemm quorum għeluq għaxar
minuti mill-ħin stabbilit, jew f’xi żmien aqsar kif jidher lill-
membru jew membri li jattendu. Il-president jew fl-assenza tiegħu
kull membru ieħor preżenti, għandu jistabbilixxi ġurnata u ħin
għal-laqgħa ta’ wara tal-kumitat b’dan li dik il-laqgħa ta’ wara ssir
fi żmien is-sebat ijiem ta’ wara.
Il-proponent ta’ 
kumitat jista’ jkun 
membru tiegħu.
129. Kull membru li jipproponi u jikseb ħatra ta’ kumitat
magħżul ikollu d-dritt li jkun membru tiegħu jekk hekk irid.
Elezzjoni tal-
president.
130. Kull kumitat magħżul qabel il-bidu tax-xogħol għandu
jagħżel wieħed minn fost il-membri tiegħu biex ikun president, li,
barra mill-vot tiegħu bhala membru, ikollu fil-każ ta’ voti ndaqs
vot deċiżiv.
Għandu jinżamm 
notament tal-
proċeduri tal-
kumitat.
131. Dak li jiġri fil-kumitat għandu jiġi reġistrat, kif ukoll l-
ismijiet tal-membri preżenti f’kull laqgħa, u ta’ kull mozzjoni jew
emenda proposta fil-kumitat flimkien ma’ l-ismijiet tal-proponenti
tagħha; u jekk issir xi votazzjoni fil-kumitat, l-iskrivan tal-kumitat
għandu jniżżel l-ismijiet tal-membri li jivvotaw, billi jiddistingwi
għal liema naħa tal-kwistjoni jkunu vvotaw, u dawn ir-
reġistrazzjonijiet kollha jew minuti għandhom jitniżżlu u jiġu
rapportati lill-Kamra fir-rapport tal-kumitat.
Setgħa sabiex 
jinġiebu xhieda, 
karti u dokumenti.
132. Kull kumitat magħżul jista’ jiġi awtorizzat mill-Kamra
biex jiġbor provi u jitlob karti u dokumenti. Ix-xhieda jistgħu jiġu
ordnati biex jattendu permezz ta’ mandat maħruġ b’ordni tal-
22 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
Kamra u ffirmat mill-Iskrivan; kull ġurament meħud jew
dikjarazzjoni magħmula minn xi xhud jistgħu jiġu amministrati
mill-president jew mill-iskrivan li jkun hemm f’dak il-kumitat.
Il-proċeduri u r-
rapporti jiġu 
ffirmati.
133. Il-minuti tal-proċeduri tal-kumitat f’kull ġurnata kif ukoll
ir-rapport ta’ dak il-kumitat, għandhom jiġu ffirmati mill-president
tiegħu.
Abbozzi ta’ 
Liġijiet emendati 
jiġu stampati mill-
ġdid.
134. Abbozz ta’ Liġi mibgħut quddiem kumitat magħżul u
rapportat b’emendi għandu jiġi minnufih stampat mill-ġdid bl-
emendi kollha tiegħu, u kopja tiegħu għandha titqassam lil kull
membru tal-Kamra.
Il-proċeduri, eċċ., 
ma jiġux pubblikati 
qabel ma 
jitqiegħdu fuq il-
Mejda.
135. Il-proċeduri ta’, jew ix-xiehda meħuda minn, jew ir-rapport
ta’ kull kumitat magħżul, jew is-sommarju ta’ dawk il-proċeduri,
xiehda jew rapport, ma għandhomx jiġu pubblikati minn xi membru
ta’ dak il-kumitat, jew minn xi persuna oħra, ħlief bil-permess tal-
Kamra, sakemm ir-rapport ta’ dak il-kumitat ma jiġix imqiegħed
fuq il-Mejda.
Ir-rapport jiġi 
preżentat.
136. Ir-rapport ta’ kumitat magħżul għandu jiġi preżentat mill-
president u jista’ jiġi ordnat biex jitqiegħed fuq il-Mejda, jew jista’
jiġi trattat xort’oħra kif tordna l-Kamra.
Barranin. 137. Ebda barrani ma għandu jkun preżenti waqt xi proċeduri
ta’ xi kumitat magħżul (li ma jkunx kumitat magħżul fuq Abbozz
ta’ Liġi), ħlief bil-permess speċjali ta’ dak il-kumitat wara
mozzjoni; iżda taħt ebda ċirkostanza tkun li tkun ma jista’ barrani
jitħalla fil-kamra tal-kumitat meta l-kumitat ikun qed jiddiskuti.
Mgħandux jiltaqa’ 
waqt li l-Kamra 
tkun f’seduta.
138. Ħlief b’ordni tal-Kamra, ebda kumitat magħżul m’għandu
jiltaqa’ waqt is-seduti tal-Kamra.
Il-konsulent legali 
joqgħod għar-
regoli magħmula 
mill-president.
139. Meta konsulent legali jidher quddiem kumitat magħżul,
għandu jkun marbut li jħares dawk id-direttivi u joqgħod għal dawk
ir-regoli fit-tmexxija ta’ ħwejjeġ quddiem dak il-kumitat kif ikun
meħtieġ mill-president ta’ dak il-kumitat.
XI. - Petizzjonijiet
Forma ta’ 
petizzjoni.
140. Kull petizzjoni għandha tkun ħielsa minn kull kliem
interlineat jew tħassir u tkun fil-forma murija fl-appendiċi li tinsab
ma’ dawn l-Ordnijiet Permanenti.
Ebda applikazzjoni 
għall-għoti ta’ flus, 
eċċ.
141.  Ma jistgħu jsiru ebda applikazzjonijiet b’petizzjoni għall-
għoti ta’ flus pubbliċi, għall-ftehim dwar somom ta’ flus dovuti lir-
Repubblika ta’ Malta, jew għall-ħelsien ta’ dazji li għandhom
jitħallsu minn xi persuna. Iżda din ir-regola ma għandhiex tiftiehem
li timpedixxi lil xi persuna milli titlob lill-Kamra biex tikkonsidra
l-każ tagħha sabiex tikseb dik l-għajnuna li għandha dritt għaliha,
jekk il-Kamra hekk jidhrilha.
Li tkun bil-Malti 
jew bl-Ingliż.
142.  Kull petizzjoni għandha tkun miktuba bl-ilsien Malti jew
Ingliż u tkun iffirmata minn min jagħmilha. Fil-każ ta’ inkapaċità  li
jikteb, min jagħmel il-petizzjoni għandu jagħmel il-marka tiegħu
awtentikata skond il-liġi.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 23
Riferenza għad-
diskussjoni jew 
għall-mozzjoni li 
wieħed bi ħsiebu 
jagħmel.
143.  Ebda riferenza ma għandha ssir f’petizzjoni għal xi
diskussjoni fil-Kamra, lanqas għal xi mozzjoni li wieħed ikun bi
ħsiebu li jagħmel, kemm-il darba ma jkunx hemm avviż dwar dik
il-mozzjoni fl-aġenda tal-Kamra. 
Petizzjonijiet 
għandhom jiġu 
preżentati minn 
membri.
144. Petizzjonijiet jistgħu biss jiġu preżentati lill-Kamra minn
membru u ebda membru ma jkun jista’ jippreżenta petizzjoni tiegħu
stess, iżda din tista’ tiġi preżentata minn xi membru ieħor. 
Għandha tkun 
depożitata ġurnata 
għand l-Iskrivan.
145. Kull petizzjoni għandha, qabel ma tiġi preżentata, tkun
iffirmata fil-bidu tagħha mill-membru inkarigat minnha, u
depożitata mill-anqas ġurnata waħda sħiħa għand l-Iskrivan tal-
Kamra, li wara lj jeżaminaha, għandu jressaqha għall-
approvazzjoni ta’ l-iSpeaker, u ebda petizzjoni ma għandha tiġi
preżentata lill-Kamra sakemm ma tinkisibx din l-approvazzjoni.
Din l-approvazzjoni tiġi mgħarrfa billi l-petizzjoni tkun
iċċertifikata mill-Iskrivan tal-Kamra kif ġej : "Kamra tad-Deputati,
mgħoddija mill-iSpeaker",
In-numru tal-firem 
għandu jkun 
verifikat.
146. Qabel ma xi membru jippreżenta petizzjoni għandu
jivverifika n-numru ta’ firem fil-petizzjoni, u għandu jikteb l-istess
numru fil-bidu tal-petizzjoni. 
Għandha tkun 
eżaminata mill-
membru inkarigat.
147. Ikun id-dmir ta’ kull membru li jippreżenta petizzjoni li
jkun jaf il-kontenut tagħha u li jiżgura ruħu li ma jkunx fiha kliem
ta’ nuqqas ta’ rispett lejn il-Kamra. 
Proċedura għall-
membru inkarigat.
148. Kull membru li joffri li jippreżenta petizzjoni lill-Kamra
għandu jillimita ruħu għal dikjarazzjoni tal-partijiet li jkunu
għamluha, tan-numru tal-firem li jkun hemm fiha, għall-
allegazzjonijiet sostanzjali li jkun fiha, u għall-qari tat-talba ta’ dik
il-petizzjoni.
Ebda diskussjoni 
mal-
preżentazzjoni.
149.  Kull petizzjoni, sakemm ma jkollhiex xi ħaġa li tmur
kontra l-privileġġi tal-Kamra, u li, skond ir-regoli jew il-
konswetudini tal-Kamra, tista’ tiġi milqugħa, għandha tiġi mressqa
fuq il-Mejda bl-ordni ta’ l-iSpeaker, li ma għandu jippermetti ebda
diskussjoni, jew li xi membru jitkellem dwar dik il-petizzjoni; iżda
tista’ tinqara mill-Iskrivan tal-Kamra, jekk ikun meħtieġ.
Riferenza ta’ 
petizzjonijiet lil 
kumitat magħżul.
150. Meta membru inkarigat minn petizzjoni jkollu l-ħsieb
jipproponi li tintbagħat quddiem kumitat magħżul għandu, meta
jiddepożita l-petizzjoni ma’ l-Iskrivan tal-Kamra, jiddikjara bil-
miktub fuq il-petizzjoni u bil-firma tiegħu, it-talba tiegħu li l-
petizzjoni tiġi mibgħuta lil kumitat magħżul, jew lil kumitat
magħżul partikolari li jista’ jkun ġa mwaqqaf sabiex jittratta dwar
ħaġa simili jew li toqrob għal dik li jkun hemm fil-petizzjoni; u
ebda petizzjoni li ma tkunx iffirmata ma għandha tintbagħat lil xi
kumitat ħlief wara li jingħata avviż kif imiss minkejja xi ordni
permanenti ieħor għall-kuntrarju.
XII. - L-iSpeaker, id-Deputy Speaker u l-viċi president
Presidenza fil-
Kamra.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
151. (1) Għandu jippresjedi f’kull seduta tal-Kamra l-iSpeaker
jew, fl-assenza tiegħu, id-Deputy Speaker jew, fl-assenza tagħhom
membru tal-Kamra (li ma jkunx Ministru jew Segretarju
Parlamentari) elett mill-Kamra għal-laqgħa.
(2) Riferenzi f’dan l-ordni permanenti għal ċirkostanzi li fihom
l-iSpeaker jew id-Deputy Speaker ikun assenti jinkludu riferenzi
24 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
għal ċirkostanzi li fihom il-kariga ta’ Speaker jew Deputy Speaker
tkun vakanti.
Il-president tal-
kumitati joqgħod 
minflok id-Deputy 
Speaker.
152. Il-president tal-kumitati għandu jokkupa s-Siġġu bħala
Deputy Speaker kulI meta jkun mitlub li jagħmel hekk mill-
iSpeaker għal intervalli qsar waqt seduta tal-Kamra mingħajr ebda
tagħrif formali lill-Kamra.
Vakanza fil-kariga 
ta’ Speaker jew 
Deputy Speaker.
153. Meta jkun hemm vakanza fil-kariga ta’ Speaker jew Deputy
Speaker, l-Iskrivan tal-Kamra għandu jirrapporta l-istess lill-
Kamra, u l-Kamra għandha minnufih tipproċedi għall-elezzjoni ta’
Speaker jew Deputy Speaker ġdid bil-mod imsemmi qabel.
Ħatra ta’ viċi 
president tal-
kumitati.
154. Il-Kamra tista’ taħtar viċi president tal-kumitati li għandu
jokkupa s-Siġġu, kull meta jkun mitlub li jagħmel hekk mill-
president tal-kumitati jew meta l-president tal-kumitati jkun assenti
u li jkollu d-dritt jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija lill-president
tal-kumitati kif ukoll s-setgħat tiegħu bħala Deputy Speaker.
XIII. - Membri u Privileġġi tal-Kamra
Il-membri 
għandhom iħallu l-
indirizz għand l-
Iskrivan.
155. Kull membru għandu fil-bidu ta’ kull sessjoni jew
minnufih kif jokkupa postu, iniżżel ismu u l-indirizz tiegħu kif
ukoll l-indirizz tiegħu matul is-sessjoni fi ktieb li jinżamm mill-
Iskrivan tal-Kamra. 
Attendenza tal-
membri.
156. Hu d-dmir ta’ kull membru tal-Kamra li jattendi l-laqgħat
tagħha u dak ta’ kull kumitat magħżul li tiegħu jista’ jkun membru.
Permess ta’ 
assenza. 
157. Il-post ta’ membru tal-Kamra jsir vakanti jekk il-membru
jassenta ruħu mis-seduti tal-Kamra għal żmien xahrejn waqt xi
sessjoni tagħha, iżda membru ma għandux jiġi meqjus li kien
assenti minn xi seduta jekk l-assenza tiegħu minnha tkun ġiet
approvata mill-iSpeaker fi żmien xahrejn minn dik is-seduta.
Membru bil-
permess ta’ 
assenza.
158. Membru jiġi skużat mis-servizz tal-Kamra jew minn fuq
kull Kumitat tagħha sakemm ikollu permess ta’ assenza.
Membri assenti bla 
permess.
159. (1) Jekk membru jkun assenti matul seduta sħiħa
mingħajr permess ta’ assenza, għandha titnaqqaslu s-somma ta’ lira
mill-allowance tiegħu bħala membru.
(2) Jekk membru jkun assenti matul is-seduta kollha ta’
kumitat magħżul mingħajr permess minn qabel tal-kumitat jew
mingħajr raġuni xierqa għas-sodisfazzjon tal-president is-somma
ta’ lira għandha tiġi mnaqqsa mill-allowance tiegħu bħala membru,
kemm-il darba ma jkollux permess ta’ assenza mill-Kamra.
Membri li jidħlu 
jew joħorġu mill-
Kamra.
160. Kull membru meta jidħol jew joħroġ mill-Kamra jew imur
għal xi parti tal-Kamra waqt diskussjoni għandu jkun xuxa, u
għandu jagħmel sinjal ta’ rispett lejn l-iSpeaker jew il-president
waqt li jkun għaddej minn jew għal postu jew matul il-Kamra. Ebda
membru ma għandu jgħaddi bejn l-iSpeaker jew il-president u xi
membru li jkun qed jitkellem lanqas bejn l-iSpeaker jew il-
president u l-Mejda lanqas ma għandu joqgħod bil-wieqfa f’xi
wieħed mill-passaġġi.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 25
Privileġġi.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
Kap. 113.
161.  Il-Kamra tad-Deputati u l-membri tagħha jgawdu l-
privileġġi, l-immunitajiet u s-setgħat kollha mfissra fl-Ordinanza
dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati. 
XIV. - Uffiċjali tal-Kamra
Skrivan tal-Kamra 
u uffiċjali oħra.
162. Għandu jkun hemm Skrivan tal-Kamra u dawk l-uffiċjali l-
oħra li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu maħtura biex jassistuh. 
Assenza ta’ l-
Iskrivan tal-
Kamra. 
163. Fil-każ ta’ l-assenza inevitabbli għal xi raġuni ta’ l-
Iskrivan tal-Kamra d-dmirijiet tiegħu għandu jaqdihom l-Iskrivan-
Assistent.
XV. - Xhieda
Il-Kamra tista’ 
tħarrek persuni 
biex jixhdu. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
Kap. 113.
164.  Il-Kamra jkollha s-setgħa u l-awtorità  li tħarrek quddiem
il-Kamra stess jew quddiem xi kumitat tagħha kull persuna biex
tixhed jew tagħti parir dwar xi ħaġa fil-ġurisdizzjoni tal-Kamra, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-
Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.
XVI. - Barranin
Dħul ta’ barranin.
postijiet imħollijin għalihom iżda għandhom jirtiraw meta jiġu
mitluba biex jagħmlu hekk mill-iSpeaker, jew, jekk il-Kamra tkun
f’kumitat, mill-president.
Ebda barrani ma huwa ammess bi dritt.
Kif barranin 
għandhom iġibu 
ruħhom.
166.  Barranin fil-Kamra għandhom joqogħdu xuxa u joqogħdu
siekta u ma għandhom juru ebda approvazzjoni jew
diżapprovazzjoni.
Biljetti għad-dħul.
mingħand l-Iskrivan tal-Kamra, żewġ biljetti biex jidħlu barranin, u
fuq kull wieħed minn dawn il-biijetti jista’ jniżżel l-isem ta’
persuna waħda, u jiffirma wkoll ismu fuqu, u dak il-biljett ikun
jiswa għas-seduta tal-ġurnata li tagħha jkollu d-data, u ebda
persuna ma tkun ammessa jekk ma tikkonsenjax lill-purtier il-
biljett tagħha għad-dħul.
Setgħa tal-
Marixxall.
168. Il-Marixxall li jattendi l-Kamra għandu jneħħi, jew
iġiegħel li jiġi mneħħi, kull barrani li jkun daħal fil-Kamra bla
biljett ta’ dħul, jew li jkun f’xi parti tal-Kamra riservata għall-
membri tal-Kamra; kif ukoll kull barrani illi, wara li jkun ġie
mdaħħal f’xi parti tal-Kamra, iġib ruħu ħażin jew ma jirtirax meta
ordnat li jagħmel hekk jew meta l-barranin jiġu ordnati biex
jirtiraw mill-Kamra.
Fejn ma jistgħux 
jidħlu barranin. 
169.  Ebda membru tal-Kamra ma għandu jieħu lil xi barrani f’xi
parti tal-Kamra riservata għall-membri tal-Kamra, waqt li Kamra
jew kumitat tal-Kamra kollha jkun f’seduta.
Biex jirtiraw il-
barnanin. 
170. Wara mozzjoni ta’ xi membru biex il-barranin jirtiraw, l-
iSpeaker jew il-president (skond il-każ) għandu jqiegħed minnufih
il-proposta "Illi l-barranin jiġu ordnati biex jirtiraw" mingħajr ma
jippermetti ebda diskussjoni jew emenda; iżda l-iSpeaker jew il-
president jista’, kull meta jidhirlu xieraq, jordna li l-barranin
jirtiraw minn kull parti tas-Sala.
26 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
XVII. - Reġistri tal-Kamra - Dmirijiet ta’ l-Iskrivan
Minuti tal-
proċeduri.
171.  Kull votazzjoni u kull proċedura tal-Kamra għandhom jiġu
mniżżla mill-Iskrivan u reġistrati bl-ilsien Malti u bl-ilsien Ingliż.
Dawn il-votazzjonijiet u l-proċeduri, wara li jiġu ffirmati mill-
Iskrivan tal-Kamra u wara li jkunu ġew konfermati mill-Kamra
għandhom jiġu kontrofirmati mill-iSpeaker u jikkostitwixxu l-
minuti tal-proċedura tal-Kamra.
Kustodja tar-
reġistri.
172. L-Iskrivan ikollu l-kustodja tal-minuti, reġistri jew
dokumenti oħra kollha tal-Kamra, u ma għandu la jieħu u lanqas
jippermetti li jittieħdu l-imsemmija minuti, reġistri jew dokumenti
mis-swali jew uffiċċji mingħajr il-permess espress jew ordni tal-
Kamra.
Gurnali tal-Kamra. 173.  Id-dibattimenti u d-diskussjonijiet kollha tal-Kamra tad-
Deputati għandhom jitniżżlu minn uffiċjali maħtura għal hekk, u
wara li jkunu ġew eżaminati u ffirmati mill-Iskrivan u mill-
iSpeaker għandhom jiġu stampati u jikkostitwixxu l-ġurnali tal-
Kamra:
Seduti bil-
magħluq. 
Iżda fil-każ ta’ seduti li jisiru bil-magħluq, il-Kamra tista’
tordna li d-dibattimenti u d-diskussjonijiet ma jiġux imniżżla, jew
alternattivament, għalkemm imniżżla kif intqal qabel, ma jiġux
stampati jew riprodotti fil-ġurnali tal-Kamra.
Il-membri jistgħu 
jieħdu estratti minn 
karti mqiegħda fuq 
il-Mejda.
174. Kull membru tal-Kamra jkollu dritt li jaqra, u jekk ikun
hekk jixtieq, jieħu estratti minn jew kopji tal-karti kollha mqiegħda
fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dmirijiet ta’ l-
Iskrivan tal-
Kamra.
175. L-Iskrivan tal-Kamra, li lilu għandha tkun indirizzata 1-
korrispondenza kollha, ikun responsabbli lejn il-Kamra taħt id-
direzzjoni ta’ l-iSpeaker, biex jirregola l-ħwejjeġ kollha li
għandhom x’jaqsmu max-xogħol tal-Kamra, u jkollu d-direzzjoni u
l-kontroll fuq l-uffiċjali u l-iskrivani kollha impjegati mill-Kamra,
salvi dawk l-ordnijiet li jista’ minn żmien għal żmien jirċievi minn
għand l-iSpeaker.
Ħinijiet ta’ uffiċju 
fil-ferjat.
176. L-Uffiċċju ta’ l-Iskrivan meta l-Kamra ma tkunx f’sessjoni
jkun miftuħ kull jum, barra l-Ħdud u l-festi pubbliċi, matul dawk il-
ħinijiet li jiġu stabbiliti mill-iSpeaker.
XVIII. - Ħruġ b’Liġi
Reġistrazzjoni ta’ 
Atti.
Sostitwit:
A.L. 46 ta’ l-1965.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1975.
177. L-Iskrivan tal-Kamra għandu jippreżenta lill-President ta’
Malta għall-kunsens tiegħu kopja pulita bil-Malti u bl-Ingliż ta’
kull abbozz mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati; u wara li xi abbozz
tali jkun ġie mogħti l-kunsens għalih mill-President ta’ Malta,
għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern bla dewmien.
Żball ta’ kopjar 
misjub f’Abbozz 
ta’ Liġi. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
178. Malli jinsab xi żball ta’ kopjar f’xi Abbozz ta’ Liġi li jkun
għadda u qabel ma dan jiġi preżentat lill-President ta’ Malta għall-
kunsens tiegħu, l-iSpeaker għandu jirrapporta dan l-iżball 1ill-
Kamra, u l-Kamra għandha tieħu ħsiebu minnufih.
179. Imħassar bl-Avviż Legali 46 tal-1965.
Regoli mħarsa fil-
ħruġ ta’ liġijiet.
Emendat :
A.L. 46 ta’ l-1965.
180. Fil-ħruġ ta’ liġijiet għandhom jitħarsu r-regoli u r-
regolamenti li ġejjin, jiġifieri:
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 27
(1) Imħassar bl-Avviż Legali 46 tal-1965.
(2) L-Atti kollha jiġu magħrufin b’titolu u jkunu mqassma
fi klawsoli jew paragrafi suċċessivi, numerati wara
xulxin, u għal kull waħda minn dawn il-klawsoli
għandu jkun hemm fil-marġini sommarju qasir tal-
kontenut tagħha. L-Atti ta’ kull sena jkunu magħrufa
b’numri wara xulxin, billi jibdew kull sena bin-numru
wieħed.
(3) Kull ħaġa differenti għandu jkun provdut għaliha b’Att
differenti mingħajr ma jkun hemm imħallta fl-istess
Att dawk il-ħwejjeġ li ma għandhomx x’jaqsmu ma’
xulxin; u ebda klawsola ma għandha tidħol jew tiġi
annessa ma’ dak l-Att jekk ma jkollhiex x’taqsam ma’
dak li jfisser it-titolu ta’ dak l-Att.
XIX. - Kontijiet, Karti u Stampa
Rapporti, eċċ., 
ordnati li 
jitqiegħdu fuq il-
Mejda.
181. Il-Kamra tista’ titlob li jitqiegħdu quddiemha kontijiet,
reżokontijiet, rapporti u karti, iżda ebda inkartament dipartimentali
ta’ natura konfidenzjali ma jeħtieġ jitqiegħed quddiem il-Kamra. 
Rapporti, eċċ., 
preżentati bi 
kmand.
182. Kontijiet, reżokontijiet, rapporti u karti jistgħu wkoll jiġu
ordnati jitqegħdu quddiem il-Kamra b’ordni tal-President ta’ Malta. 
Konsenja ta’ karti 
lill-membri.
183. Kopja ta’ kull karta ordnata li tiġi stampata mill-Kamra
għandha tingħata lil kull membru tal-Kamra. 
XX. - Mesaġġi mill-President ta’ Malta
Messaġġi mill-
President ta’ 
Malta.
184.  Messaġġ mill-President ta’ Malta għandu jinġieb quddiem
il-Kamra minn Ministru iżda mhux waqt diskussjoni. Il-Ministru
għandu jgħarraf lill-iSpeaker li għandu messaġġ għall-Kamra
mingħand il-President ta’ Malta, u wara dan, jekk jintalab mill-
iSpeaker għandu jressaq il-messaġġ u jagħtih lill-iSpeaker. Dan
għandu mbagħad jaqrah lill-Kamra.
Xi jsir minnu. 
messaġġ jiġi kunsidrat, jew tista’ ssir mozzjoni bla avviż sabiex il-
messaġġ jiġi kunsidrat fl-istess seduta malli x-xogħol quddiem il-
Kamra jkun tlesta.
Messaġġi verbali. 
verbalment lill-Kamra, f’isem il-President ta’ Malta, minn
Ministru.
XXI. - Indirizzi lill-President ta’ Malta
Kif jiġu proposti.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
187. Kull meta jidher xieraq li għandu jiġi preżentat Indirizz
lill-President ta’ Malta, l-Indirizz għandu jiġi propost fuq mozzjoni
wara avviż bil-mod tas-soltu.
Indirizz lill-Maestà  
Tagħha.
188. Abrogat bl-Att IX ta’ l-1980.
Indirizz lill-
President ta Malta.
189. Kull komunikazzjoni jew talba li l-Kamra jkollha
tissottometti lill-President ta’ Malta għandha tiġi mogħtija permezz
ta’ Indirizz rispettuż, u l-Indirizzi kollha għandhom jiġu formati
mill-iSpeaker u mill-Iskrivan tal-Kamra.
28 L.S.KOST.02 ħ
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI
Preżentazzjoni ta’ 
Indirizz lill-
President ta’ 
Malta.
190. Indirizzi lill-President ta’ Malta għandhom jiġu preżentati
jew mibgħuta mill-iSpeaker kemm-il darba l-Kamra ma tordnax
xort’oħra.
Meta jiġu 
preżentati mill-
Kamra kollha.
191. Meta Indirizz jiġi ordnat biex ikun preżentat mill-Kamra
kollha, l-iSpeaker flimkien mal-Kamra għandhom imorru f’dak il-
post li jistabbilixxi l-President ta’ Malta. L-iSpeaker għandu jaqra
l-Indirizz lill-President ta’ Malta, waqt li l-membri li jkunu
pproponew u dawk li jkunu ssekondaw l-Indirizz joqogħdu fuq ix-
xellug tiegħu.
Tweġiba tal-
President ta’ 
Malta.
192. It-tweġiba tal-President ta’ Malta għal xi Indirizz preżentat
mill-Kamra kollha tiġi rapportata lill-Kamra mill-iSpeaker.
Kif jiġi mgħarraf li 
messaġġi ġew 
riċevuti.
193. Il-Kamra tgħarraf li rċeviet kull Messaġġ tal-President ta’
Malta permezz ta’ Indirizz tal-Kamra jew b’xi mod ieħor kif il-
Kamra tiddeċiedi. 
XXII. - Mixxellanji
Sospensjoni ta’ 
ordnijiet 
permanenti fuq 
mozzjoni mingħajr 
avviż.
194. Kull ordni permanenti tal-Kamra jista’ jiġi sospiż fuq
mozzjoni magħmula mingħajr avviż, kemm-il darba ma jkun hemm
ebda oġġezzjoni minn xi membru preżenti.
Sospensjoni ta’ 
ordnijiet 
permanenti fuq 
mozzjoni wara 
avviż.
195. Iżda, kull ordni permanenti tal-Kamra jista’ jiġi sospiż fuq
mozzjoni magħmula wara avviż, din il-mozzjoni tkun ġiet
approvata b’maġġoranza ta’ dawk li jkunu jpreżenti u li jivvotaw.
Limiti fis-
sospensjoni ta’ l-
ordnijiet 
permanenti.
196. Is-sospensjoni ta’ l-ordnijiet permanenti hija limitata fl-
applikazzjoni tagħha għall-iskop partikolari li għalih dik is-
sospensjoni tkun ġiet mitluba.
Meta jintużaw 
drawwiet tal-
House of 
Commons.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
197. Fil-każijiet kollha li mhumiex regolati b’dawn l-Ordnijiet
Permanenti, wieħed għandu jirrikorri għar-regoli, modi, użanzi u
drawwiet tal-House of Commons tal-Parlament tar-Renju Unit, li
għandhom jiġu segwiti safejn jistgħu jiġu applikati għall-proċeduri
tal-Kamra b’konsiderazzjoni xierqa għan-natura speċjali tal-
Kostituzzjoni.
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 
TAD-DEPUTATI ġ L.S.KOST.02 29
APPENDIĊI
Forma ta’ petizzjoni lill-Kamra tad-Deputati
Lill-Onorevoli l-iSpeaker u Membri tal-Kamra tad-Deputati ta’
Malta.
L-Umli Petizzjoni ta’:
(hawn niżżel l-ismijiet u l-indirizzi ta’ min jagħmel il-petizzjoni flimkien
ma’ l-isem tal-belt jew raħal fejn joqogħdu, jew jekk ikun hemm numru
kbir ta’ min jagħmel il-petizzjoni, il-petizzjoni ta’ l-eletturi ta’ jew ta’
N.N., bidwi, u tmenin oħra eċċ.)
Juru b’rispett illi
(hawn niżżel l-ilment li jrid jiġi mgħarraf lill-Kamra)
Għaldaqstant dawn li qed jagħmlu (jew li qed jagħmel) il-
petizzjoni umilment jitolbu li l-Onorabbli Kamra tagħkom
jogħġobha 
(hawn titniżżel l-għajnuna partikolari 1i wieħed jistenna)
u dawn, kif huma fid-dmir, jibqgħu rikonoxxenti.
(Il-firmi jitniżżlu minnufih hawn taħt)
