PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA KOST.03
REGOLAMENTI TAL-PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA
TAL-KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU
1 ta’ Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 186 ta’ l-1999.
TAQSIM TAR-REGOLAMENTI
Regolamenti
Preliminari 1 -10
TAQSIMA I Sospensjoni u Interdizzjoni 11 -12
TAQSIMA II  Reati Kriminali 13 -16
TAQSIMA III  Proċedimenti Dixxiplinarji taħt Delega ta’ Awtorità 17 - 27
TAQSIMA IV  Proċedimenti Dixxiplinarji meta ma jkunux ġew 
delegati s-Setgħat ta’ Dixxiplina  28
TAQSIMA V  Reati u Pieni 29
TAQSIMA VI Appelli minn Deċiżjonijiet Dixxiplinarji u Reviżjoni ta’
Rakkomandazzjonijiet li jkunu saru mill-Kummissjoni 30 - 33
TAQSIMA VII Tneħħija mill-Kariga 34 - 36
TAQSIMA VIII  Mixxellanji 37 - 43
SKEDA TA’ REATI U PIENI
2 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
PRELIMINARI
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti tal-
Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku.
Tifsir. 2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem
ma jeħtieġx xort’oħra -
"Avukat Ġenerali" tfisser l-Avukat Ġenerali maħtur skond l-
artikolu 91 tal-Kostituzzjoni jew uffiċjal legali fis-servizz pubbliku
li jkun minnu awtorizzat;
"Bord" tfisser Bord ta’ Dixxiplina maħtur kif provdut fir-
regolament 21;
"Kap ta’ Dipartiment" tfisser kull kap ta’ dipartiment tal-gvern
maħtur skond l-artikolu 92(4) tal-Kostituzzjoni jew ta’ xi
disposizzjoni speċifika oħra tal-Kostituzzjoni u tinkludi lil kull
uffiċjal pubbliku jew awtorità  li lilhom tkun ġiet delegata s-setgħa
li jeżerċitaw kontroll dixxiplinarju skond l-artikolu 110 tal-
Kostituzzjoni;
"Kap tas-Servizz Pubbliku" tfisser is-Segretarju Permanenti fl-
Uffiċċju tal-Prim Ministru, jew uffiċjal pubbliku anzjan li jiġi hekk
maħtur mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta li saret liġi bl-
Ordni ta’ l-1964 dwar l-Indipendenza ta’ Malta, u kif
sussegwentement emendata;
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
kif magħmula skond l-artikolu 109 tal-Kostituzzjoni;
"ir-Regolamenti ta’ l-1977" tfisser ir-Regolamenti ta’ l-1977 tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina);
"salarju" tfisser is-salarju bażi jew, skond il-każ, il-paga bażi;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku;
"Segretarju Permanenti" tfisser uffiċjal pubbliku maħtur bħala
Segretarju Permanenti skond l-artikolu 92(3) tal-Kostituzzjoni;
"servizz pubbliku" jew "servizz" tfisser is-servizz pubbliku kif
imfisser fl-artikolu 124(1) tal-Kostituzzjoni;
"sospendi" jew "sospensjoni" tfisser li tissospendi jew is-
sospensjoni mix-xogħol b’mhux inqas minn nofs paga kemm-il
darba "sospensjoni" ma tirriferix għal piena f’liema każ tfisser
sospensjoni mingħajr paga;
"uffiċjal pubbliku" jew "uffiċjal" tfisser uffiċjal pubbliku kif
imfisser fl-artikolu 124(1) tal-Kostituzzjoni.
Setgħat tal-
Kummissjoni.
3. (1) Il-Kummissjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha,
tistħarreġ l-eżerċizzju ta’ kontroll dixxiplinarju minn kull Kap ta’
Dipartiment.
(2) Minkejja kull ħaġa’oħra f’dawn ir-Regolamenti, il-
Kummissjoni jkollha s-setgħa li tieħu jew li żżomm milli tieħu dik
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 3
l-azzjoni li tista’ tqis li tkun xierqa li tieħu jew li ma tiħux fiċ-
ċirkostanzi, u kull talba jew direttiva mill-Kummissjoni lil xi
uffiċjal pubbliku, Bord jew awtorità  oħra, minbarra lill-Prim
Ministru, li jkunu qegħdin iwettqu funzjonijiet skond dawn ir-
Regolamenti jew xort’oħra taħt l-awtorità  tal-Kummissjoni jew
f’isem il-Kummissjoni għandhom jiġu osservati minn dak l-uffiċjal
pubbliku, Bord jew awtorità .
(3) Meta l-Kummissjoni tqis li Kap ta’ Dipartiment ikun
abbuża jew uża ħażin l-awtorità  lilu delegata jew li jkun naqas milli
jeżerċita sew kontroll dixxiplinarju fid-dipartiment tiegħu, hija
għandha tmexxi dak l-istħarriġ li tqis li jkun meħtieġ sabiex
tistabbilixxi jekk dik l-awtorità  delegata kinetx attwalment
abbużata jew użata ħażin jew jekk il-kontroll dixxiplinarju kienx
ġie eżerċitat sew u tista’ tirrakkomanda lill-Prim Ministru li d-
delegata għar-rigward ta’ dak il-Kap ta’ Dipartiment għandhiex tiġi
rtirata jew emendata u, meta jkun hekk xieraq, li tittieħed azzjoni
dixxiplinarja skond dawn ir-Regolamenti.
(4) Meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta li uffiċjal pubbliku,
Bord jew awtorità  oħra, minbarra l-Prim Ministru, li jkun qed
jiffunzjona skond dawn ir-Regolamenti jkun naqas milli josserva xi
talba magħmula jew direttiva mogħtija mill-Kummissjoni għall-
iskopijiet tas-subregolament (2) ta’ dan ir-regolament, jew li jkun
naqas milli jwettaq b’mod sodisfaċenti l-funzjonijiet minnu
meħtieġa skond dawn ir-Regolamenti, jew li jkun naqas milli
josserva dak li jeħtieġu jew dak li jipprojbixxu, hija tista’
tirrakkomanda lill-Prim Ministru li għandha tittieħed azzjoni
dixxiplinarja kontra l-uffiċjal, Bord jew awtorità  oħra li jkun qed
jonqos, skond dawn ir-Regolamenti.
(5) Ebda ħaġa f’dawn ir-Regolamenti m’għandha żżomm lill-
Kummissjoni bil-kunsens tal-Prim Ministru milli toħroġ
istruzzjonijiet u linji direttivi lill-Kapijiet ta’ Dipartimenti u lill-
uffiċjali oħra dwar l-interpretazzjoni u l-operat ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Imġiba uffiċjali li 
twassal għal 
proċedimenti 
dixxiplinarji.
4. Jistgħu jinbdew proċedimenti skond dawn ir-Regolamenti
kontra uffiċjal għall-imġieba li ġġib diżunur lis-servizz pubbliku,
jew għall-imġieba ħażina, jew għal kull ksur ta’ dixxiplina jew tal-
kodiċi ta’ l-etika, jew għal xogħol mhux sodisfaċenti u, mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel -
(a) kull meta tinkiser jew ma tiġix osservata xi liġi,
regola, regolament jew kodiċi li minn żmien għal
żmien ikun jirregola s-servizz pubbliku, jew il-
kondotta ta’ uffiċjali pubbliċi, jew it-transazzjoni ta’
xogħol tal-gvern; jew
(b) kull meta tinkiser jew ma tiġix osservata xi ordni
leġittima, direttiva jew struzzjoni, sew miktuba kif
ukoll verbali, li jistgħu proprjament jingħataw minn
uffiċjal jew awtorità  superjuri.
Reati għandhom 
jiġu rapportati 
mingħajr dewmien.
5. Uffiċjal għandu jirrapporta lill-Kap tad-Dipartiment kull
kondotta ħażina jew ksur ta’ dixxiplina li ssir minn uffiċjal li jkun
taħt ir-responsabbiltà  tiegħu minnufih kif isir jaf bir-reat, u f’ebda
4 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
każ aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jsir jaf bir-reat,
kemm-il darba ma jkunx ħa azzjoni skond ir-regolament 18.
Drittijiet ta’ 
uffiċjal li jkun qed 
iwieġeb għal 
akkużi 
dixxiplinarji.
6. (1) Qabel ma jibda jinstama’ l-każ, l-uffiċjal li jkun qed
jiġi akkużat bir-reati msemmija fir-regolament 4 jkollu l-jedd ikun
jaf x’inhu l-każ kollu kontra tiegħu, għandu jkollu opportunità
adegwata li jressaq id-difiża tiegħu u għandu jkollu aċċess għal kull
prova dokumentarja. Kull prova dokumentarja li tinġieb wara li
jibda s-smigħ tal-każ m’għandhiex tintuża kontra l-uffiċjal kemm-il
darba l-uffiċjal ma jkunx ġie qabel pprovdut b’kopja tagħha jew
ingħata l-faċilità  li jaraha u ġie mogħti żmien raġonevoli biex
jikkonsidraha u jagħti risposta dwarha.
(2) L-uffiċjal li jkun qed iwieġeb l-akkużi dixxiplinarji jkollu
l-jedd għall-assistenza ta’ persuna li jagħżel huwa fit-tħejjija u l-
preżentazzjoni tal-każ tiegħu u f’kull stadju tas-smigħ fis-seduti
quddiem Bord ta’ Dixxiplina jew quddiem il-Kummissjoni inkluż
kull smigħ fl-appell.
(3) L-uffiċjal li jkun qed iwieġeb għal akkużi dixxiplinarji
jkollu l-jedd, kemm jista’ jkun malajr iżda mhux iktar tard minn
għoxrin jum tax-xogħol wara l-għeluq tal-proċedimenti
dixxiplinarji, li jsir jaf bid-deċiżjoni dwar kull rapport jew akkuża
u l-piena (jekk ikun il-każ) li tkun ġiet imposta fuqu. Dan kollu
għandu jiġi komunikat bil-miktub mill-Kap tad-Dipartiment jew
mis-Segretarju tal-Kummissjoni, skond il-każ.
Rappreżentanti 
dipartimentali 
f’seduti 
dixxiplinarji, eċċ.
7. Il-Kap ta’ Dipartiment li jakkuża b’imġieba ħażina jew
ksur ta’ dixxiplina xi uffiċjal ikollu l-jedd li jagħżel lil min irid
sabiex jidher għalih, f’kull stadju tas-smigħ f’seduti quddiem Bord
ta’ Dixxiplina jew quddiem il-Kummissjoni, inkluż f’kull smigħ fl-
appell.
Proċedimenti mill-
Kap tas-Servizz 
Pubbliku.
8. (1) Kull meta li l-uffiċjal pubbliku li kontra tiegħu jkunu
se jittieħdu proċedimenti dixxiplinarji jkun Kap ta’ Dipartiment,
jew Direttur li lilu jkunu ġew delegati s-setgħat biex jeżerċita
azzjoni dixxiplinarja, il-Kap tas-Servizz Pubbliku għandu jieħu dik
l-azzjoni li l-Kap ta’ Dipartiment għandu s-setgħa li jieħu skond
dawn ir-Regolamenti.
(2) Meta l-Kap tas-Servizz Pubbliku jqis li jkun hemm
raġunijiet jew ċirkostanzi li ġustament juru li mhux xieraq li Kap
ta’ Dipartiment jinvolvi ruħu f’azzjoni dixxiplinarja dwar xi
uffiċjal pubbliku li jkun jaqa’ taħt ir-responsabbiltà  tiegħu, huwa
għandu jieħu l-każ f’idejh u jieħu dik l-istess azzjoni li għandu s-
setgħa jieħu dak il-Kap ta’ Dipartiment skond dawn ir-
Regolamenti.
Proċedimenti 
kontra uffiċjal 
pubbliku li ma 
jkunx qed iservi 
f’dipartiment tal-
Gvern.
9. Kull meta l-uffiċjal pubbliku li kontra tiegħu jkunu se
jittieħdu proċedimenti dixxiplinarji jkun qed iservi f’uffiċċju jew
stabbiliment li ma jagħmilx parti minn xi dipartiment tal-Gvern, il-
Kap tas-Servizz Pubbliku għandu jieħu dik l-istess azzjoni bħalma
Kap ta’ Dipartiment għandu s-setgħa li jieħu skond dawn ir-
Regolamenti:
Iżda l-Prim Ministru li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jista’ jiddelega dik is-
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 5
setgħa lill-uffiċjal anzjan ta’ dak l-uffiċċju jew stabbiliment taħt
dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fid-delega ta’
awtorità .
Setgħat ġenerali ta’ 
sorveljar.
10. Ebda ħaġa f’dawn ir-Regolamenti m’għandha titqies bħala
li tnaqqas mis-setgħa u d-dmir ta’ uffiċjal li jiġbed l-attenzjoni ta’
xi uffiċjal li huwa jkun responsabbli għalih dwar l-imġieba tiegħu,
l-osservanza tar-regolamenti, l-istruzzjonijiet u l-mod kif iwettaq
dmirijietu.
TAQSIMA I - SOSPENSJONI U INTERDIZZJONI
Sospensjoni 
sommarja.
11. (1) Kull meta Kap ta’ Dipartiment iqis li jeħtieġ li uffiċjal
għandu jiġi sospiż minħabba allegata mġiba ħażina jew ksur ta’
dixxiplina jew talli ma jkunx obda ordnijiet leġittimi, sew miktuba
kif ukoll verbali, jew sabiex isiru investigazzjonijiet sew dwar xi
reat li jkun qed jiġi allegat, huwa jista’ sommarjament jissospendi
lill-uffiċjal għal jumejn tax-xogħol li jistgħu jittawlu sa ħamest
ijiem tax-xogħol.
(2) L-uffiċjal sospiż ikollu l-jedd jerġa’ jidħol lura għax-
xogħol minnufih hekk kif jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni skond
is-subregolament ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, u jekk il-Kap tad-
Dipartiment jonqos milli jibda proċedimenti dixxiplinarji kontra l-
uffiċjal skond ir-regolamenti 20 jew 28, l-uffiċjal għandu jircievi l-
ammont sħiħ ta’ salarju li jkun inżammlu matul il-perjodu ta’
sospensjoni. Dik is-sospensjoni m’għandha b’ebda mod tiġi
reġistrata fir-record ta’ servizz ta’ dak l-uffiċjal.
(3) Meta tkun ittieħdet azzjoni dixxiplinarja kontra uffiċjal
sospiż skond dawn ir-Regolamenti u dak l-uffiċjal
sussegwentement jinsab ħati ta’ l-akkuża, għandu jitqies il-perijodu
ta’ sospensjoni meta tkun qegħda tiġi deċiża l-piena li għandha
tingħata u għandhom isiru aġġustamenti fis-salarju tiegħu, kif u
fejn ikun xieraq. Iżda meta uffiċjal ma jinstabx ħati, huwa għandu
jirċievi l-ammont sħiħ ta’ salarju miżmum matul il-perjodu ta’
sospensjoni.
Sospensjoni u 
interdizzjoni matul 
proċedimenti 
dixxiplinarji.
12. (1) Meta fil-każ ta’ allegat reat gravi, il-Kap tad-
Dipartiment jidhirlu li jkun fl-interess pubbliku li l-uffiċjal jiġi
interdett mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu, huwa għandu fl-istess ħin u flimkien ma’ l-azzjoni li
tittieħed skond ir-regolamenti 20 jew 28, jagħmel
rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni għall-interdizzjoni ta’ l-
uffiċjal, filwaqt li jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni li jkun ħa.
(2) Il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjoni tal-Kap tad-
Dipartiment u għandha tirrakkomanda lill-Prim Ministru jekk l-
uffiċjal għandux jiġi interdett jew le.
(3) Il-Kap tad-Dipartiment jista’ jissospendi lill-uffiċjal mill-
eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tiegħu sakemm
tingħata d-deċiżjoni tal-Prim Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni.
(4) Fil-każ li t-talba għall-interdizzjoni ma tiġix awtorizzata, l-
uffiċjal sospiż għandu minnufih jerġa’ jissejjaħ lura għax-xogħol u
għandu jingħata lura dak is-salarju li jkun inżamm matul il-perjodu
6 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
tas- sospensjoni.
(5) Kull deċiżjoni li tordna s-sospensjoni ta’ uffiċjal għandha
tintbagħat minnufih lill-uffiċjal li jkun, mill-Kap tad-Dipartiment u
kull deċiżjoni li tkun tawtorizza l-interdizzjoni ta’ l-uffiċjal
għandha tintbagħat minnufih lill-Kap tad-Dipartiment li għandu
minnufih jgħarraf lill-uffiċjal sospiż.
(6) Uffiċjal pubbliku li jiġi interdett għandu jirċievi nofs is-
salarju tiegħu kemm-il darba l-Prim Ministru, wara li jikkonsulta l-
Kummissjoni, ma japprovax li huwa jirċievi proporzjon ogħla tas-
salarju.
(7) Jekk il-proċedimenti dixxiplinarji ma jwasslux għat-
tkeċċija jew xi kastig ieħor, l-uffiċjal jkollu l-jedd għall-ammont
sħiħ ta’ salarju li altrimenti kien jirċievi li kieku ma kienx ġie
interdett. Jekk il-kastig ikun xort’oħra, u mhux tkeċċija, huwa jista’
jingħata lura dak il-proporzjon mis-salarju li jkun inżamm bħala
riżultat ta’ l-interdizzjoni tiegħu li l-Prim Ministru, li jaġixxi fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jqis li jkun xieraq. Jekk
il-kastig ikun tkeċċija, l-uffiċjal għandu jitlef is-salarju li jkun
inżamm minħabba l-interdizzjoni tiegħu.
(8) Jekk uffiċjal li kontra tiegħu tkun inbdiet u tkun pendenti
azzjoni dixxiplinarja jew kriminali, jirtira jew jirriżenja mis-
servizz qabel ma dik l-azzjoni tintemm, kull salarju li jkun ġie
miżmum bħala riżultat ta’ l-interdizzjoni tiegħu m’għandux
jingħatalu lura kemm-il darba ma jiġix liberat mill-akkużi miġjuba
kontra tiegħu. Jekk l-uffiċjal imut waqt li l-proċedimenti jkunu
għadhom pendenti, kull salarju li jinżamm bħala riżultat ta’ l-
interdizzjoni tiegħu għandu jingħata lura lill-eredi tiegħu.
(9) L-uffiċjal li jkun ġie interdett ma jkunx jista’ jidħol f’xi
fond uffiċjali u m’għandux ineħħi, jeqred jew iżid ma’, jew
jikkaġuna li jitneħħa, jinqered jew jinbidel, xi dokument uffiċjali
jew ħaġ’oħra.
(10) Uffiċjal li jkun ġie interdett ma jistax jitlaq minn Malta
mingħajr il-permess bil-miktub tal-Kap tas-Servizz Pubbliku u dak
l-uffiċjal interdett li jitlaq minn Malta mingħajr dak il-permess ikun
jista’ jitkeċċa.
(11) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (6) u (7)
ta’ dan ir-regolament, jekk uffiċjal ikun qiegħed fil-ħabs taħt
kustodja preventiva jew ikun qiegħed jiskonta sentenza tal-Qorti,
ebda salarju ma jkun dovut matul dak il-perijodu li jkun qiegħed
fil-ħabs sew jekk dak l-uffiċjal wara jinstab ħati tar-reat li jkun ġie
akkużat bih, sew jekk le.
TAQSIMA II - REATI KRIMINALI
Kap ta’ 
Dipartimenti 
għandu jikkonsulta 
ma’ l-Avukat 
Ġenerali jekk 
għandhiex issir 
prosekuzzjoni jew 
tittieħed azzjoni 
dixxiplinarja.
13. Meta Kap ta’ Dipartiment isir jaf li reat kriminali li aktarx
jiġġustifika proċedimenti dixxiplinarji seta’ twettaq minn xi
uffiċjal pubbliku, dak il-Kap ta’ Dipartiment għandu jikkonsulta
lill-Avukat Ġenerali dwar jekk għandhiex tinbeda prosekuzzjoni
jew, jekk dan ta’ l-aħħar ma jagħtix parir dwar prosekuzzjoni, dwar
jekk għandhiex tittieħed azzjoni dixxiplinarja skond dawn ir-
Regolamenti. Fil-każ ta’ l-aħħar, l-akkużi li jkunu se jinġiebu
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 7
kontra l-uffiċjal għandhom jiġu approvati mill-Avukat Ġenerali
qabel ma l-uffiċjal ikun meħtieġ iwieġeb għalihom jew qabel ma
jinbdew il-proċedimenti dixxiplinarji.
Azzjoni fil-kors ta’ 
proċedimenti 
kriminali.
14. (1) Jekk ikunu qegħdin isiru proċedimenti kriminali
kontra uffiċjal pubbliku f’xi Qorti, sew l-uffiċjal kif ukoll il-
Kummissarju tal-Pulizija għandhom individwalment jirrapportaw
il-fatt lill-Kap tad-Dipartiment.
(2) Jekk Kap ta’ Dipartiment ikun iqis li xi proċedimenti
kriminali li jkunu nbdew kontra uffiċjal pubbliku f’xi Qorti huma
ta’ xorta li x’aktarx jagħtu lok għal azzjoni dixxiplinarja, għandu
minnufih jirrapporta l-fatti lill-Kummissjoni, flimkien ma’
rakkomandazzjoni li fiha jagħti r-raġunijiet dwar jekk l-uffiċjal
għandux jiġi interdett jew le mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu. M’għandhom jittieħdu ebda
proċedimenti dixxiplinarji kontra dak l-uffiċjal fuq xi raġunijiet
involuti fl-akkuża kriminali sakemm jintemmu l-proċedimenti
kriminali u jiġi deċiż kull appell.
(3) Meta l-Kap tad-Dipartiment ikun irrakkomanda lill-
Kummissjoni li l-uffiċjal għandu jiġi interdett, huwa jista’
jissospendi lill-uffiċjal mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu sakemm tasal id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li
jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 12(4) u (5) għandhom
japplikaw ukoll fil-każ ta’ sospensjoni u interdizzjoni minħabba
f’reat kriminali li dwaru jittratta dan ir-regolament.
Azzjoni 
dixxiplinarja wara 
l-ħelsien minn 
akkuża kriminali.
15. (1) M’għandha tittieħed l-ebda azzjoni kontra xi uffiċjal in
konnessjoni ma’ xi każ kriminali qabel ma jkun żgurat illi m’hemm
l-ebda appell li għadu pendenti fil-Qorti.
(2) L-uffiċjal pubbliku li jiġi meħlus minn akkuża kriminali
f’xi Qorti m’għandux jitkeċċa jew xort’oħra jiġi kastigat fuq xi
akkuża li jkun liberat minnha, iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament
m’għandha żżomm milli jiġi mkeċċi jew li xort’oħra kastigat fuq xi
akkuża oħra li tinħoloq mill-imġiba tiegħu fil-kwistjoni, kemm-il
darba l-akkużi ma jqajmux sostanzjalment l-istess kwistjonijiet
bħal dawk li minnhom ikun ġie liberat. Jekk il-Kap tad-Dipartiment
jissuġġerixxi li jieħu azzjoni dixxiplinarja kontra dak l-uffiċjal,
qabel ma l-uffiċjal ikun meħtieġ iwieġeb għal xi akkużi jew qabel
ma jinbdew xi proċedimenti dixxiplinarji kontra tiegħu, l-akkużi li
jkunu se jinġiebu kontra dak l-uffiċjal għandhom jiġu approvati
mill-Avukat Ġenerali.
(3) Meta uffiċjal pubbliku jkun ġie liberat minn akkuża
kriminali, il-Kap tad-Dipartiment għandu jgħarraf lill-Kummissjoni
dwar l-eżitu tal-proċedimenti kriminali u jekk ikunx qed
jissuġġerixxi li tittieħed azzjoni dixxiplinarja jew le kontra l-
uffiċjal skond ma hemm fis-subregolament ta’ qabel dan.
Azzjoni 
dixxiplinarja wara 
sejbien ta’ ħtija ta’ 
akkuża kriminali.
16. (1) Jekk uffiċjal pubbliku jinstab ħati ta’ akkuża kriminali,
il-konklużjonijiet tal-Qorti dwar dik l-akkuża għandhom jiġu
riferiti mill-Kap tad-Dipartiment lill-Kummissjoni.
(2) Wara li l-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet tal-Qorti, u
8 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Appell, ix-xorta ta’ l-imġiba ħażina u
jekk dik l-imġiba ħażina jkollhiex relazzjoni diretta jew indiretta
mad-dmirijiet ta’ l-uffiċjal involut, hija għandha tagħmel
rakkomandazzjoni lill-Prim Ministru dwar il-piena, jekk ikun il-
każ, li għandha tingħata:
Iżda jekk il-Kummissjoni tqis li l-piena xierqa wara l-
kundanna ta’ ħtija ta’ akkuża kriminali tkun waħda ta’ tkeċċija jew
twissija ta’ tkeċċija jew it-telf ta’ xi salarju kollu kemm hu jew ta’
parti minnu li ma jkunx tħallas matul xi perjodu ta’ sospensjoni jew
interdizzjoni, hija għandha tgħarraf lill-uffiċjal bid-dritt tiegħu li
jagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien
għaxart ijiem minn meta jiġi mgħarraf u l-Kummissjoni għandha
tikkonsidra dawn is-sottomissjonijiet u tista’ wkoll tagħti lill-
uffiċjal l-opportunità  ta’ smigħ f’seduta qabel ma tgħaddi biex
tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Prim Ministru.
TAQSIMA III - PROĊEDIMENTI DIXXIPLINARJI
TAĦT DELEGA TA’ AWTORITÀ
Kif tapplika din it-
Taqsima meta s-
setgħat 
dixxiplinarji jkunu 
ġew delegati.
17. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima tar-regolamenti
għandhom japplikaw biss meta l-eżerċizzju tas-setgħat dixxiplinarji
u l-kontroll ikunu ġew delegati lill-Kap ta’ Dipartiment jew lil xi
uffiċjal ieħor jew awtorità  oħra mill-Prim Ministru skond l-artikolu
110 tal-Kostituzzjoni, u għandhom japplikaw biss sal-limitu
speċifikat.
Ċanfira. 18. (1) Uffiċjal għandu jkollu s-setgħa li jċanfar uffiċjal ieħor
li huwa jkun responsabbli għalih għal kull imġiba ħażina minuri
jew ksur ta’ dixxiplina jew xogħol mhux sodisfaċenti, wara li jagħti
lill-uffiċjal l-opportunità  li jiskolpa ruħu. Għandu jinżamm record
ta’ kull ċanfira mill-uffiċjal li jkun qiegħed jagħtiha, iżda dan
għandu jitħassar wara sitt xhur mid-data minn meta tingħata.
(2) L-uffiċjal għandu jagħmel rapport lill-Kap tad-Dipartiment
kull meta uffiċjal ieħor li huwa jkun responsabbli għalih ikun ġie
mċanfar għal imġiba ħażina minuri jew ksur ta’ dixxiplina jew
xogħol mhux sodisfaċenti fi tliet okkażjonijiet f’perjodu ta’ sitt
xhur.
Dixxiplina 
sommarja.
19. (1) Meta fil-fehma ta’ Kap ta’ Dipartiment il-piena xierqa
għal mġiba ħażina minuri jew ksur ta’ dixxiplina jew għal xogħol
mhux sodisfaċenti minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu ma tkunx
aktar minn twiddiba, huwa jista’ javża lill-uffiċjal bil-miktub l-
intenzjoni tiegħu li jagħti twiddiba, filwaqt li jiddikjara xi jkunu r-
raġunijiet għaliex qed jagħmel dan u jagħti lil uffiċjal opportunità
biex iwieġeb. Jekk l-uffiċjal jonqos milli jwieġeb fi żmien għaxart
ijiem tax-xogħol minn meta l-Kap ta’ Dipartiment javżah jew jekk
fit-tweġiba tiegħu l-uffiċjal jammetti l-fatti, jew jekk l-uffiċjal ma
jammettix l-akkuża u l-Kap tad-Dipartiment ma jqisx li l-uffiċjal
ikun skolpa ruħu, il-Kap tad-Dipartiment għandu jagħti t-twiddiba.
(2) Kull twiddiba mogħtija skond dan ir-regolament għandha
tiġi reġistrata fir-record tas-servizz ta’ l-uffiċjal u l-uffiċjal għandu
jiġi mgħarraf b’dan; iżda din it-twiddiba għandha titħassar wara
tnax-il xahar mid-data li fiha tkun ingħatat.
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 9
Bidu ta’ 
proċedimenti 
dixxiplinarji.
20. (1) Meta Kap ta’ Dipartiment jidhirlu li seta’ twettaq xi
reat kriminali minn uffiċjal li jkun taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu,
għandha tiġi addottata l-proċedura skond ir-regolamenti 13 sa 16.
(2) Kull meta Kap ta’ Dipartiment isir jaf li uffiċjal fid-
dipartiment tiegħu jista’ jkun ħati ta’ mġiba ħażina jew ksur ta’
dixxiplina, għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:
Kap. 273.
(a) Il-Kap tad-Dipartiment għandu, malajr kemm jista’
jkun u f’ebda każ aktar tard minn tletin jum tax-xogħol
minn meta jsir jaf bir-reat allegat, jew minn meta jkun
ġie ffirmat rapport skond l-Att dwar l-Inkjesti,
jipprepara dikjarazzjoni bil-miktub ta’ l-akkuża jew
akkużi kontra dak l-uffiċjal, li tkun turi l-
partikolaritajiet li fuqhom l-akkuża jew l-akkużi jkunu
se jiġu ppruvati. Il-Kap tad-Dipartiment għandu wkoll
jgħarraf lill-uffiċjal jekk fil-fehma tiegħu l-akkuża jew
l-akkużi jkunux jikkostitwixxu reat minuri jew reat
gravi u jekk ir-reat jistax iwassal għal tkeċċija.
(b) Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mogħtija
personalment lill-uffiċjal minn uffiċjal responsabbli
tad-dipartiment li jkun. L-uffiċjal għandu jagħmel
risposta bil-miktub dwar l-akkuża jew l-akkużi
magħmulin kontra tiegħu, fejn jiddikjara kull raġuni li
huwa jkun qed jibbaża ruħu fuqha sabiex jiskolpa
ruħu, qabel ma jgħaddu għaxart ijiem tax-xogħol mid-
data minn meta tkun ingħatatlu d-dikjarazzjoni. 
(ċ) Jekk wara li jqis it-tweġiba ta’ l-uffiċjal, il-Kap tad-
Dipartiment ikun sodisfatt li l-uffiċjal ikun skolpa
ruħu, huwa għandu jinforma lill-uffiċjal. Rapport sħiħ
dwar il-każ għandu jidħol fil-file personali ta’ l-
uffiċjal iżda mhux fir-record tas-servizz tiegħu.
(d) Jekk l-uffiċjal jammetti l-akkuża jew l-akkużi, il-Kap
tad-Dipartiment għandu javża lil dak l-uffiċjal akkużat
bid-deċiżjoni tiegħu dwar l-akkuża jew l-akkużi u l-
piena, jekk ikun il-każ.
(e) Jekk l-uffiċjal ma jagħtix tweġiba fiż-żmien speċifikat,
jew inkella, fil-fehma tal-Kap tad-Dipartiment ma
jiskolpax ruħu, il-Kap tad-Dipartiment għandu fi
żmien għoxrin jum tax-xogħol minn meta jirċievi t-
tweġiba jew minn meta kellu jirċievi dik it-tweġiba,
jibgħat il-każ quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina maħtur
skond ir-regolament 21.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) ta’ dan
ir-regolament, ebda azzjoni m’għandha tittieħed dwar reat minuri li
jkun twettaq iktar minn tnax-il xahar qabel ma dak l-allegat reat
minuri jsir jaf bih il-Kap tad-Dipartiment.
Bordijiet ta’ 
Dixxiplina.
21. (1) Il-Bord ta’ Dixxiplina għall-fini tar-regolament
20(2)(e) għandu jinħatar mill-Kap tad-Dipartiment u jkun magħmul
minn Chairperson u minn żewġ membri li jinħatru kif ġej - 
(a) Iċ-Chairperson ikun uffiċjal tad-dipartiment mhux taħt
l-iskala 10 u li ma jkollux x’jaqsam mal-każ ta’
dixxiplina li jkun se jinstema’ mill-Bord u ma jkunx
10 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
inqas minn żewġ skali salarjali ’l fuq mill-uffiċjal
akkużat, u ma jkunx fl-istess grad bħal ta’ l-uffiċjal
akkużat.
(b) Żewġ uffiċjali oħra tad-dipartiment li ma jkollhomx
x’jaqsmu mal-każ ta’ dixxiplina u jkunu mill-inqas
skala salarjali waħda ’l fuq mill-uffiċjal akkużat, u ma
jkunux fl-istess grad bħal ta’ l-uffiċjal akkużat:
Iżda meta l-Kap tad-Dipartiment ikun għarraf lill-uffiċjal li
r-reat allegat jista’ jwassal għal tkeċċija, iċ-Chairperson tal-Bord
ta’ Dixxiplina għandu mill-inqas ikun uffiċjal f’livell ta’ Assistent
Direttur jew grad analogu.
(2) Meta l-Kap tad-Dipartiment iqis li fid-dipartiment tiegħu
ma jkunx hemm uffiċjali ta’ grad xieraq u/jew li ma jkollhomx
x’jaqsmu mal-każ ta’ dixxiplina, huwa jista’ jitlob lis-Segretarju
Permanenti li jkun qed jissorvelja d-dipartiment tiegħu sabiex
jinnomina uffiċjali li jkunu idoneji għall-ħatra bħala Chairperson
u/jew membri tal-Bord.
(3) Meta jinġiebu oġġezzjonijiet serji mill-uffiċjal akkużat jew
mir-rappreżentant tiegħu li ċ-Chairperson u, jew xi membru tal-
Bord ta’ Dixxiplina jkunu b’xi mod preġudikati kontra tiegħu, l-
uffiċjal li jkun qed jiġi akkużat jista’ jagħmel petizzjoni quddiem
il-Kummissjoni filwaqt li jibgħat kopja tal-petizzjoni lill-Kap tad-
Dipartiment tiegħu. Sakemm il-Kummissjoni ma tkunx għadha
ddeċidiet dwar dik il-petizzjoni, il-proċedimenti dixxiplinarji
għandhom jibqgħu sospiżi.
(4) Jekk il-Kummissjoni tilqa’ l-petizzjoni, hija għandha taħtar
Bord ta’ Dixxiplina ġdid jew inkella tagħmel dawk il-bidliet
meħtieġa fil-Bord. Sew l-uffiċjal kif ukoll il-Kap tad-Dipartiment
għandhom jiġu informati.
Funzjonijiet u 
setgħat ta’ 
Bordijiet ta’ 
Dixxiplina.
22. (1) Kull Bord ta’ Dixxiplina maħtur skond ir-regolament
21 biex jistħarreġ il-każ, għandu jistabbilixxi l-fatti u jibgħat il-
konklużjonijiet tiegħu lill-Kap tad-Dipartiment u lill-uffiċjal
akkużat kemm jista’ jkun malajr u f’ebda każ aktar tard minn tletin
jum tax-xogħol mid-data li fiha l-każ ikun intbagħat lilu.
(2) Il-Bord ikollu s-setgħa li jieħu l-parir ta’ esperti meta jkun
tal-fehma li dak il-parir ikun meħtieġ jew espedjenti u li jħarrek lil
kull persuna biex tidher quddiemu u biex tixhed u biex tipproduċi
kull dokument.
(3) Il-Bord jista’ jordna li x-xiehda mogħtija quddiemu
għandha tiġi konfermata permezz ta’ affidavit.
(4) Il-perjodu ta’ tletin jum tax-xogħol speċifikat fis-
subregolament (1) ta’ dan ir-regolament jista’ għal raġuni valida
jiġi mtawwal mill-Kap tad-Dipartiment sa massimu ta’ tletin jum
tax-xogħol oħra.
(5) Meta jkun hemm raġunijiet serji u ġustifikati li, fil-fehma
tal-Kap tad-Dipartiment, ikunu jipprekludu l-Bord milli jagħmel
rapport dwar il-konklużjonijiet tiegħu iktar kmieni mill-perjodu
preskritt ta’ tletin jum u kull estensjoni tagħhom, il-Kap tad-
Dipartiment għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal kull
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 11
direzzjoni li tista’ tagħti.
Proċedura matul is-
seduti ta’ 
dixxiplina.
23. (1) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skond dawn ir-
Regolamenti, il-Bord ta’ Dixxiplina għandu jagħti opportunità
xierqa liż-żewġ naħat li jippreżentaw il-każ tagħhom, iżda għandu
jelimina kull formalità  żejda u jiżgura li l-ġustizzja ssir bil-ħeffa u
skond il-merti sostanzjali tal-każ.
(2) Għandu jingħata avviż ta’ mhux anqas minn għaxart ijiem
qabel dwar il-ħin u l-post tas-seduta lill-Kap tad-Dipartiment u lill-
uffiċjal akkużat. Kull avviż għandu jiġi ffirmat miċ-Chairperson u
notifikat permezz tal-posta reġistrata jew bl-idejn.
(3) Jekk il-Bord ikun sodisfatt li n-notifika tas-smigħ tkun
saret, dan jista’ jipproċedi bil-każ minkejja li l-uffiċjal akkużat ma
jkunx preżenti, jekk meta jkun qies iċ-ċirkostanzi kollha, inkluż ir-
regolament 22, il-Bord ikun tal-fehma li għandu jipproċedi bil-każ.
(4) Għandha tapplika din il-proċedura li ġejja għal seduta tal-
Bord:
(a) is-seduta għandha ssir bil-magħluq;
(b) l-uffiċjal imsejjaħ biex jidher fis-seduta għandu
jingħata kull opportunità  li jiddefendi ruħu u li jġib
kull xhud li jrid;
(ċ) l-uffiċjal jew ir-rappreżentant tiegħu jista’ jagħmel
kontro-eżami tax-xhieda li jinġiebu biex isostnu l-każ
kontra tiegħu.
(5) Barra minn dan ir-regolament, il-Bord jista’ jirregola l-
proċedura matul is-seduta.
(6) Il-Bord jista’ jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni, jew id-
direttiva tagħha, dwar kwistjonijiet ta’ proċedura.
Żvelar ta’ 
raġunijiet prima 
facie li jwasslu 
għal aktar akkużi.
24. (1) Meta Bord ta’ Dixxiplina li jkun qed jiġbor il-provi
kontra uffiċjal ikun tal-fehma li dawk il-passi jiżvelaw prima facie
xi mġieba ħażina jew xi nuqqas ta’ dixxiplina oħra, għandha
tapplika din il-proċedura li ġejja:
(a) il-Bord ta’ Dixxiplina għandu jirrapporta l-każ lill-Kap
tad-Dipartiment u lill-uffiċjal akkużat, u għandu malli
jagħmel dan jissospendi l-proċedimenti tiegħu;
(b) jekk il-Kap tad-Dipartiment ikun tal-fehma li jkun sew
li jipproċedi kontra l-uffiċjal akkużat minħabba fir-
raġunijiet addizzjonali żvelati, il-Kap tad-Dipartiment
għandu jagħti lill-uffiċjal akkużi ġodda u għandha
tapplika l-proċedura deskritta fir-regolament 20(2)(a),
(b), (ċ), (d) u (e).
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament ta’ qabel dan ma
għandhomx jiġu applikati meta r-raġunijiet addizzjonali jkunu ta’
reat minuri li kien jiskadi wara tnax-il xahar.
Komunikazzjoni 
tal-konklużjonijiet.
25. (1) Meta jagħlaq l-istħarriġ tiegħu, il-Bord għandu jwassal
il-konklużjonijiet lill-Kap tad-Dipartiment u lill-uffiċjal akkużat.
(2) Rapport dwar il-konklużjonijiet għandu jiġbor fih -
12 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(a) sommarju ta’ dawk il-partijiet tax-xiehda li l-Bord iqis
rilevanti;
(b) il-konklużjonijiet dwar kwistjonijiet materjali ta’ fatt;
(ċ) dikjarazzjoni jekk fil-fehma tal-Bord l-uffiċjal akkużat
ikunx għamel jew le r-reat jew ir-reati li tagħhom kien
ġie akkużat u dikjarazzjoni fil-qosor tar-raġunijiet għal
dik il-konklużjoni;
(d) dettalji dwar kull ħaġa li fil-fehma tal-Bord taggrava
jew tnaqqas l-gravità  tal-każ.
(3) Ir-rapport tal-Bord m’għandux jinkludi fih rakkomandaz-
zjoni dwar il-piena li tista’ tiġi imposta.
Deċiżjonijiet u 
sottomissjonijiet 
wara l-
konklużjonijiet tal-
Bord tad-
Dixxiplina.
26. (1) Wara li l-konklużjonijiet tal-Bord jitwasslu lill-Kap
tad-Dipartiment u lill-uffiċjal akkużat, din il-proċedura li ġejja
għandha tiġi applikata f’kull każ, ħlief meta l-Kap tad-Dipartiment
ikun avża lill-uffiċjal akkużat li l-akkużi miġjuba, li kieku dawn
kellhom jiġu ppruvati, setgħu jwasslu għat-tkeċċija:
(a) l-uffiċjal akkużat jista’ jagħmel kummenti bil-miktub
jew inkella jitlob appuntament biex jagħmel kummenti
bil-fomm lill-Kap tad-Dipartiment, fi żmien għaxart
ijiem tax-xogħol minn meta l-konklużjonijiet tal-Bord
ikunu ġew komunikati lilu, li fihom huwa jgħid
x’inhuma r-raġunijiet għal dawk il-kummenti;
(b) il-Kap tad-Dipartiment għandu jikkonsidra kull
kumment li jsirlu mill-uffiċjal akkużat u għandu,
kemm jista’ jkun malajr, jikkomunika lill-uffiċjal id-
deċiżjoni tiegħu dwar l-akkuża jew l-akkużi u dwar il-
piena, jekk ikun il-każ, li tkun ġiet imposta minnu;
(ċ) kull meta uffiċjal jammetti akkuża jew jonqos milli
jagħmel xi kummenti lill-Kap tad-Dipartiment fiż-
żmien speċifikat fil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subregolament, il-Kap tad-Dipartiment għandu
jikkomunika, kemm jista’ jkun malajr, lill-uffiċjal
akkużat id-deċiżjoni tiegħu dwar l-akkuża jew l-akkużi
u dwar il-piena, li tkun ġiet imposta.
(2) Fil-każ ta’ reat meta l-Kap tad-Dipartiment ikun avża lill-
uffiċjal akkużat li l-akkużi miġjuba, li kieku dawn kellhom jiġu
ppruvati, setgħu jwasslu għat-tkeċċija, għandha tapplika din il-
proċedura li ġejja: 
(a) meta l-Kap tad-Dipartiment jirċievi r-rapport tal-Bord,
huwa għandu, kemm jista’ jkun malajr, jibgħat kopja
tar-rapport lill-Kummissjoni;
(b) filwaqt li tkun qed tqis il-konklużjonijiet tal-Bord, il-
Kummissjoni għandha tagħti opportunità  lill-uffiċjal
akkużat u lill-Kap tad-Dipartiment li jagħmlu l-
kummenti tagħhom bil-fomm;
(ċ) wara li tqis il-konklużjonijiet tal-Bord u l-kummenti
lilha magħmula, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-
rakkomandazzjoni tagħha lill-Prim Ministru kemm
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 13
għar-rigward tal-ħtija jew xort’oħra ta’ l-uffiċjal
akkużat kif ukoll dwar il-piena, jekk ikun il-każ.
Inkartament ta’ 
proċedimenti.
27. (1) L-inkartament ta’ proċedimenti dixxiplinarji għandu
jiġbor fih dan li ġej:
(a) kull rapport bil-miktub li jsir kontra uffiċjal, jew
record bil-miktub ta’ kull rapport verbali;
(b) kull att ta’ akkuża;
(ċ) kull sottomissjoni bil-miktub magħmula mill-uffiċjal
akkużat bħala tweġiba għall-akkuża jew akkużi jew
xort’oħra matul il-proċedimenti;
(d) kopji ta’ kull dokument, karta u file li l-Bord ta’
Dixxiplina jirċievi minn xi parti li tkun u li jkollhom
x’jaqsmu mal-proċedimenti;
(e) noti fuq il-provi miġbura mill-Bord ta’ Dixxiplina;
(f) kull deċiżjoni meħuda jew rakkomandazzjoni
magħmula minn Kap ta’ Dipartiment dwar il-ħtija jew
xort’oħra ta’ l-uffiċjal, u l-piena jew pieni mogħtija,
jekk ikun il-każ;
(g) kull sottomissjoni bil-miktub magħmula mill-uffiċjal
akkużat dwar il-konklużjonijiet tal-Bord ta’
Dixxiplina, jew dwar xi piena mogħtija.
(2) Kull tentattiv ta’ tbagħbis jew distruzzjoni ta’ l-
inkartament tal-proċedimenti għandu jitqies bħala reat gravi. 
(3) Kap ta’ Dipartiment għandu josserva kull istruzzjoni li
tista’ tingħata mill-Kap tas-Servizz Pubbliku, bi ftehim mal-
Kummissjoni, dwar il-kustodja ta’ l-inkartamenti relattivi għall-
proċedimenti dixxiplinarji.
TAQSIMA IV - PROĊEDIMENTI DIXXIPLINARJI META MA 
JKUNUX ĠEW DELEGATI S-SETGĦAT TA’ DIXXIPLINA
Proċedimenti 
dixxiplinarji meta 
ma jkunux ġew 
delegati s-setgħat 
ta’ dixxiplina.
28. Meta l-kontroll dixxiplinarju ma jkunx ġie delegat lill-Kap
ta’ Dipartiment jew lil xi uffiċjal ieħor jew awtorità  skond l-
artikolu 110 tal-Kostituzzjoni, għandhom japplikaw dawn id-
disposizzjonijiet u proċeduri li ġejjin: 
(a) Kull meta Kap ta’ Dipartiment isir jaf li xi uffiċjal fid-
dipartiment tiegħu jista’ jkun ħati ta’ mġiba ħażina jew
ta’ ksur ta’ dixxiplina, id-disposizzjonijiet tar-
regolament 20(2)(a) u (b) għandhom japplikaw.
(b) Jekk l-uffiċjal jammetti l-akkuża jew l-akkużi, il-Kap
tad-Dipartiment għandu jibgħat kopja ta’ l-akkuża jew
l-akkużi u tar-risposta ta’ l-uffiċjal lill-Kummissjoni u
l-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rakkomandazzjoni
tagħha lill-Prim Ministru dwar il-piena, jekk ikun il-
każ, li għandha tiġi mogħtija lill-uffiċjal.
(ċ) Jekk l-uffiċjal akkużat ma jammettix l-akkuża jew l-
akkużi jew ma jagħtix risposta fiż-żmien speċifikat, il-
Kap tad-Dipartiment għandu, fi żmien għoxrin ġurnata
tax-xogħol minn meta jirċievi r-risposta jew mid-data
14 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
meta kellu jirċievi dik ir-risposta, jirreferi l-każ lil
Bord ta’ Dixxiplina maħtur skond ir-regolament 21.
(d) Il-Bord maħtur skond il-paragrafu ta’ qabel dan
għandu jwassal il-konklużjonijiet tiegħu lill-Kap tad-
Dipartiment, lill-uffiċjal akkużat u lill-Kummissjoni, u
l-Kap tad-Dipartiment u l-uffiċjal akkużat jistgħu, fi
żmien għaxart ijiem tax-xogħol min-notifika tal-
konklużjonijiet tal-Bord, jagħmlu l-kummenti
tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni dwar dawk il-
konklużjonijiet jew jitolbu appuntament biex ikunu
jistgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom bil-fomm. Kopja
ta’ dawn il-kummenti għandha tiġi notifikata mill-
Kummissjoni lill-parti l-oħra.
(e) Wara li tqis il-konklużjonijiet tal-Bord u ta’ kull
kumment li jkun sarilha, il-Kummissjoni għandha
tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Prim Ministru
kemm dwar il-ħtija jew xort’oħra ta’ l-uffiċjal akkużat,
kif ukoll dwar il-piena, jekk ikun il-każ.
TAQSIMA V - REATI U PIENI
Tqegħid 
f’kategoriji ta’ 
reati u pieni.
29. Il-kategoriji ta’ reati u tal-pieni korrispondenti f’sens
wiesgħa li jistgħu jiġu imposti mill-Prim Ministru li jaġixxi fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jew minn Kap ta’ Dipartiment
li jkun lilu ġie delegat kontroll dixxiplinarju skond l-artikolu 110
tal-Kostituzzjoni, jinsabu elenkati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti:
Kap. 164.
Iżda għar-rigward ta’ uffiċjali tal-Pulizija, il-pieni
applikabbli jkunu dawk stabbiliti fl-artikolu 20 ta’ l-Ordinanza
dwar il-Pulizija ta’ Malta.
TAQSIMA VI - APPELLI MINN DEĊIŻJONIJIET 
DIXXIPLINARJI U REVIŻJONI TA’ 
RAKKOMANDAZZJONIJIET LI JKUNU SARU MILL-
KUMMISSJONI
Appelli minn 
deċiżjonijiet 
dixxiplinarji.
30. (1) Uffiċjal pubbliku jkollu l-jedd għal appell lill-
Kummissjoni skond dan ir-regolament kontra konklużjoni ta’ ħtija
u ta’ kull piena korrispondenti jiddeċiedi l-Kap tad-Dipartiment
f’xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin: 
(a) meta l-akkuża jew l-akkużi li tagħhom l-uffiċjal ikun
instab ħati kienu kkunsidrati bħala reat gravi skond ir-
regolament 20(2)(a);
(b) meta l-piena imposta mill-Kap tad-Dipartiment tkun
jew tkun tinkludi "Twissija ta’ Tkeċċija'';
(ċ) meta l-uffiċjal ikun jista’ jġib prova li kien hemm
nuqqas ta’ osservanza serja tal-proċeduri stabbiliti
b’dawn ir-Regolamenti u li dak in-nuqqas ta’
osservanza ippreġudika l-interessi tiegħu.
(2) L-avviż ta’ l-appell skond is-subregolament (1) ta’ dan ir-
regolament, li fih ikun hemm ir-raġunijiet ta’ l-appell, għandu
jingħata lis-Segretarju tal-Kummissjoni bil-miktub permezz tal-
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 15
posta reġistrata jew jiġi lilu mogħti bl-idejn mhux aktar tard minn
għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta d-deċiżjoni tkun ġiet
notifikata lil dak l-uffiċjal. Kopja ta’ l-avviż ta’ l-appell għandha
fl-istess ħin tintbagħat mill-uffiċjal lill-Kap tad-Dipartiment.
(3) Malli l-Kap tad-Dipartiment jirċievi kopja ta’ l-avviż ta’ l-
appell, huwa għandu minnufih jibgħat lill-Kummissjoni d-
dokumentazzjoni sħiħa li jkollha x’taqsam mal-każ, inklużi l-
konklużjonijiet u r-rapport tal-Bord.
(4) Is-Segretarju tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lil kull min
hu nteressat li jkun irċieva l-avviż ta’ l-appell magħmul skond dan
ir-regolament u meta appell jiġi riċevut wara għaxart ijiem mid-
data meta d-deċiżjoni tal-Kap tad-Dipartiment tkun ġiet notifikata
lill-uffiċjal involut, dan m’għandux jiġi kkunsidrat mill-
Kummissjoni.
(5) Meta jsir appell, il-Kummissjoni għandha tittratta l-
kwistjoni fid-diskrezzjoni assoluta tagħha bħallikieku ma kien
hemm ebda delega ta’ awtorità  għar-rigward ta’ dik il-kwistjoni.
(6) Mingħajr ebda preġudizzju għal kull setgħa oħra li jista’
jkollha skond il-Kostituzzjoni u skond dawn ir-Regolamenti, il-
Kummissjoni, meta tkun qegħda tikkunsidra xi appell, għandha
tagħti opportunità  lill-Kap tad-Dipartiment u lill-appellant biex
jagħmlu kummenti oralment.
(7) Il-Kummissjoni, wara li tikkunsidra r-raġunijiet għall-
appell, l-inkartament tal-proċedimenti, u kull kumment orali,
għandha tgħaddi biex tirrakkomanda lill-Prim Ministru jew li huwa
għandu jikkonferma d-deċiżjoni tal-Kap tad-Dipartiment dwar il-
ħtija ta’ l-appellant u/jew il-piena mogħtija, jew li huwa għandu
jemendaha jew jirrevokaha.
(8) Jekk il-kwistjoni ma tintbagħatx lura lill-Kummissjoni fi
żmien xahrejn jew inkella ma titteħidx azzjoni fuq ir-
rakkomandazzjoni fl-istess żmien, il-Kummissjoni għandha
tgħarraf lill-appellant bir-rakkomandazzjoni li tkun għamlet lill-
Prim Ministru.
(9) Ebda ħaġa f’dan ir-regolament m’għandha żżomm lill-
Kummissjoni, sew qabel is-smigħ jew f’kull waqt matul is-smigħ
ta’ l-appell, milli sommarjament tiċħad jew ma tħallix ikompli xi
appell mingħajr ma tisimgħu jew mingħajr ma tkompli aktar
tisimgħu skond il-każ, minħabba li l-appell ikun frivolu jew
vessatorju jew wieħed li ma kellux xort’oħra jsir.
Sospensjoni tal-
piena sakemm isir 
l-appell.
31. Piena mogħtija minn Kap ta’ Dipartiment li jkun qed
jaġixxi b’delega ta’ awtorità  m’għandhiex tibda sseħħ qabel ma
jgħaddu mill-anqas għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-uffiċjal
ikun ġie avżat bil-piena mill-Kap tad-Dipartiment u, jekk ikun sar
appell, dik il-piena m’għandhiex tibda sseħħ qabel ma jkun hemm
deċiżjoni mill-Prim Ministru li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni.
16 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Kummenti ta’ Kap 
ta’ Dipartiment li 
ma jkunx sodisfatt 
bil-konklużjonijiet 
tal-Bord ta’ 
Dixxiplina.
32. (1) Kap ta’ Dipartiment li ma jkunx sodisfatt bil-
proċedimenti jew bil-konklużjonijiet tal-Bord ta’ Dixxiplina jista’
jagħmel sottomissjonijiet lill-Kummissjoni, sakemm il-
proċedimenti jew il-konklużjonijiet tal-Bord ikunu jirrigwardjaw -
(a) akkuża dixxiplinarja li l-Kap ta’ Dipartiment ikun
ikkunsidra bħala reat gravi skond ir-regolament
20(2)(a);
(b) każ li l-Kap ta’ Dipartiment ikun ikkonsidra bħala li
jimmerita twissija ta’ tkeċċija;
(ċ) każ fejn il-Kap ta’ Dipartiment jista’ jġib prova li kien
hemm nuqqas ta’ ossservanza serja tal-proċeduri
stabbiliti b’dawn ir-Regolamenti u li dak in-nuqqas ta’
osservanza kien ippreġudika l-każ.
(2) Kull kumment skond is-subregolament (1) ta’ dan ir-
regolament għandu jsir bil-miktub lis-Segretarju tal-Kummissjoni
mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-
konklużjonijiet tal-Bord ikunu ġew notifikati lill-uffiċjal involut.
Kopja ta’ dawn il-kummenti għandha fl-istess ħin tintbagħat lill-
uffiċjal mill-Kap tad-Dipartiment.
(3) Mingħajr preġudizzju għal kull setgħa oħra li jista’ jkollha
skond il-Kostituzzjoni u skond dawn ir-Regolamenti, il-
Kummissjoni għandha, filwaqt li tkun qegħda tikkunsidra l-
kummenti magħmula minn Kap ta’ Dipartiment skond is-
subregolament (1) ta’ dan ir-regolament, tagħti opportunità  lill-Kap
ta’ Dipartiment u lill-uffiċjal involut biex jagħmlu l-kummenti
tagħhom oralment.
(4) Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkunsidra l-kummenti li
jsirulha, fid-diskrezzjoni tagħha - 
(a) tirreferi l-konklużjonijiet tal-Bord lill-Kap tad-
Dipartiment għal dik l-azzjoni li tkun meħieġa skond
dawn ir-Regolamenti;
(b) tirreferi l-konklużjonijiet lill-Bord għal iktar investig-
azzjoni u biex jirraporta lill-Kummissjoni;
(ċ) tħassar il-konklużjonijiet tal-Bord u taħtar Bord ta’
Dixxiplina ġdid li jkun magħmul minn membri li ma
jkollhomx x’jaqsmu mal-każ jew mad-dipartiment
involut sabiex jisma’ l-każ mill-ġdid u jagħmel rapport
dwar il-konklużjonijiet tiegħu lill-Kap tad-
Dipartiment;
(d) tirrapporta lil xi membru jew membri tal-Bord li
jikkommettu xi nuqqas lill-Kap tas-Servizz Pubbliku
għal kull azzjoni li huwa jista’ jqis li tkun meħtieġa.
(5) Meta jinħatar Bord ta’ Dixxiplina mill-Kummissjoni skond
is-subregolament (4)(ċ) ta’ dan ir-regolament, għandhom japplikaw
dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-Bord għandu jkollu l-istess setgħat u għandu jsegwi
l-istess proċeduri bħal Bord ta’ Dixxiplina maħtur
minn Kap ta’ Dipartiment skond ir-regolament 21,
mutatis mutandis;
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 17
(b) il-Bord għandu jwassal il-konklużjonijiet tiegħu lill-
Kap ta’ Dipartiment, lill-uffiċjal akkużat u lill-
Kummissjoni;
(ċ) l-uffiċjal akkużat jista’, fi żmien għaxart ijiem tax-
xogħol minn meta jitwasslulu l-konklużjonijiet tal-
Bord, jagħmel il-kummenti tiegħu bil-miktub lill-
Kummissjoni dwar dawk il-konklużjonijiet jew inkella
jitlob għal appuntament biex jagħmel il-kummenti
tiegħu oralment;
(d) wara li jikkunsidra l-konklużjonijiet tal-Bord u kull
kumment lilha magħmula, il-Kummissjoni għandha
tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Prim Ministru
kemm dwar il-ħtija jew xort’oħra ta’ l-uffiċjal akkużat
kif ukoll dwar il-piena, jekk ikun il-każ.
Reviżjoni ta’ 
rakkomandazzjo-
nijiet li jkunu saru 
mill-Kummissjoni.
33. (1) Kull min hu jew kien uffiċjal pubbliku u ġie
kkundannat skond dawn ir-Regolamenti jew skond ir-Regolamenti
ta’ l-1977 jista’ jitlob lill-Kummissjoni b’petizzjoni sabiex din
tirrevedi l-każ tiegħu bil-għan li tiġi revokata jew emendata r-
rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tkun għamlet kontra tiegħu.
(2) Il-petizzjoni għandha ssir bil-miktub u għandha tintbagħat
lis-Segretarju tal-Kummissjoni li għandu javża li jkun irċieva l-
petizzjoni.
(3) Il-Kummissjoni għandha meta jsir dan tibgħat kopja tal-
petizzjoni lill-Prim Ministru għal kull kumment li huwa jkun
jixtieq jagħmel fi żmien xahar minn meta huwa jirċievi dik il-
kopja. Malli jgħaddi dak iż-żmien il-Kummissjoni għandha tgħaddi
biex teżamina dik il-petizzjoni.
(4) Il-Kummissjoni tista’ tippermetti reviżjoni tal-każ jekk,
fid-diskrezzjoni tagħha, tkun sodisfatta li prima facie kien hemm
każ ta’ nuqqas ta’ osservanza serja tar-regolamenti tad-dixxiplina
jew li jkun sar nuqqas gravi ta’ ġustizzja li jirriżulta fi vjolazzjoni
ta’ ġustizzja naturali jew ta’ drittijiet fundamentali:
Iżda l-Kummissjoni m’għandhiex tikkonsidra petizzjoni
għal reviżjoni ta’ rakkomandazzjoni li tkun għamlet jekk min
jagħmel il-petizzjoni jkun diġà  għamel talba bħal dik li tkun ġiet
miċħuda fuq il-merti tal-każ.
(5) Il-Kummissjoni m’għandhiex tippermetti li tinġieb xiehda
ġdida meta tkun qegħda tirrevedi xi rakkomandazzjoni li tkun
għamlet ħlief jekk tkun sodisfatta li dik ix-xiedha ma kinitx
magħrufa minn qabel jew ma setgħetx titressaq minn min għamel
il-petizzjoni meta l-każ kien instema’ għall-ewwel darba.
(6) Wara li l-Kummissjoni tkun semgħet is-sottomissjonijiet
orali ta’ min jagħmel il-petizzjoni u tal-Kap tad-Dipartiment
involut, jew tar-rappreżentanti jew assistenti rispettivi tagħhom,
għandha tgħaddi biex tirrakkomanda lill-Prim Ministru jew li
għandu jikkonferma r-rakkomandazzjoni oriġinali tagħha jew li
għandu jemendaha jew jirrevokaha.
(7) Jekk il-kwistjoni ma terġax tiġi riferita lura lill-
Kummissjoni fi żmien xahrejn jew inkella jekk ma titteħidx azzjoni
18 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-istess żmien, il-
Kummissjoni għandha tgħarraf lil min għamel il-petizzjoni bir-
rakkomandazzjoni li li hija tkun għamlet lill-Prim Ministru.
TAQSIMA VII - TNEĦĦIJA MILL-KARIGA
Raġunijiet għal 
tneħħija mill-
kariga.
34. Il-ħatra ta’ uffiċjal tista’ tintemm għal dawn ir-raġunijiet li
ġejjin:
(a) fl-interess pubbliku; jew
(b) għal assentejiżmu mingħajr leave; jew
(ċ) bi tkeċċija jew tneħħija b’konsegwenza ta’
proċedimenti kriminali jew dixxiplinarji.
Iżda ebda ħaġa f’dawn ir-Regolamenti m’għandha tirrestrinġi s-
setgħa tal-Prim Ministru li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku milli-
(a) jtemm il-ħatra ta’ uffiċjal għal żmien bi prova matul
iż-żmien tiegħu ta’ prova; jew
(b) itemm is-servizz ta’ uffiċjal li jkollu nomina
temporanja; jew
(ċ) itemm xi kuntratt jew ftehim skond xi kondizzjoni fl-
istess kuntratt jew ftehim.
Irtir fl-interess 
pubbliku.
35. (1) Minkejja dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni oħra
ta’ dawn ir-Regolamenti, jekk Kap ta’ Dipartiment jidhirlu li
uffiċjal għandu jiġi mġiegħel li jirtira mis-servizz fl-interess
pubbliku hu għandu jirrapporta l-fatt lill-Kap tas-Servizz Pubbliku
li għandu -
(a) jikseb mingħand il-Kap ta’ kull Dipartiment li fih l-
uffiċjal ikun serva matul it-tnax-il sena ta’ qabel, jew
mid-data ta’ l-ewwel ħatra tiegħu, skond liema jkun l-
iqsar, rapporti dwar ix-xogħol u l-kondotta tiegħu;
(b) jagħti lill-uffiċjal opportunità  li jqis kull rapport u
dokumentazzjoni oħra li tkun se tintuża mill-Kap tas-
Servizz Pubbliku biex iġiegħel l-uffiċjal jirtira, sabiex
jippermetti lill-uffiċjal juri għaliex m’għandux jiġi
mġiegħel li jirtira mis-servizz.
(2) Jekk il-Kap tas-Servizz Pubbliku, wara li jqis ir-rapporti u
d-dikjarazzjoni ta’ l-uffiċjal u wara li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ, ikun tal-fehma li dak l-uffiċjal għandu jiġi mġiegħel
jirtira mis-servizz fl-interess pubbliku, hu għandu jibgħat lill-
Kummissjoni r-rapporti tal-Kapijiet tad-Dipartimenti u d-
dikjarazzjoni ta’ l-uffiċjal flimkien mar-rakkomandazzjoni tiegħu,
b’kopja li tintbagħat lill-Kap tad-Dipartiment ta’ dak l-uffiċjal u
lill-uffiċjal stess.
(3) Minkejja dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni oħra ta’
dawn ir-Regolamenti, jekk il-Kap tas-Servizz Pubbliku, fuq
informazzjoni li tkun b’xi mod waslitlu, jidhirlu li l-uffiċjal għandu
jiġi mġiegħel jirtira mis-servizz fl-interess pubbliku, huwa għandu
josserva l-proċedura preskritta fis-subregolamenti (1) (a), (1) (b) u
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 19
(2) ta’ dan ir-regolament.
(4) Il-Kummissjoni għandha tagħti lil dak l-uffiċjal li jkunu
qegħdin jittieħdu proċedimenti kontra tiegħu, u lir-rappreżentant
tiegħu, kull opportunità  biex jagħmel sottomissjonijiet orali
quddiem il-Kummissjoni.
(5) Wara li tagħmel kull investigazzjoni oħra li tqis li tkun
meħtieġa, il-Kummissjoni għandha mbagħad tirrakkomanda lill-
Prim Ministru l-azzjoni, jekk ikun il-każ, li fil-fehma tagħha
għandha tittieħed kontra l-uffiċjal.
Assentejiżmu 
mingħajr leave.
36. (1) Kull meta Kap ta’ Dipartiment ikun sodisfatt li uffiċjal
pubbliku jkun assenta ruħu mingħajr leave għal perjodu ta’ mhux
anqas minn għaxart ijiem tax-xogħol konsekuttivi, il-Kap tad-
Dipartiment għandu javża lil dak l-uffiċjal li kemm-il darba ma
jiġġustifikax l-assenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol
mid-data ta’ dak l-avviż, l-uffiċjal se jiġi kkunsidrat bħala li jkun
irriżenja mis-servizz pubbliku b’seħħ mill-ħdax-il jum tax-xogħol
ta’ l-assenza tiegħu mhux awtorizzata.
(2) Jekk uffiċjal li jkun assenta ruħu mingħajr leave kif
imsemmi fis-subregolament (1) ta’ dan ir-regolament imur lura
għax-xogħol qabel id-data ta’ l-avviż mill-Kap tad-Dipartiment,
jew qabel tmiem l-għaxart ijiem tax-xogħol imsemmija fis-
subregolament (1), huwa għandu jitħalla jkompli b’dmirijietu
mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni dixxiplinarja li l-Kap tad-
Dipartiment jista’ jieħu skond dawn ir-Regolamenti.
TAQSIMA VIII - MIXXELLANJI
Proċedura li tiġi 
segwita meta 
uffiċjali jitlaq mis-
servizz fil-waqt li 
jkunu għaddejjin 
proċedimenti 
dixxiplinarji.
37. Meta uffiċjal li jkun hemm pendenti kontra tiegħu
proċedimenti dixxiplinarji, ma jibqax uffiċjal pubbliku jew għax
jirriżenja, jirtira jew xort’oħra, qabel ma jiġu konklużi dawk il-
proċedimenti, il-Kap ta’ Dipartiment għandu jitlob lil dak l-uffiċjal
akkużat biex jiddikjara, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, jekk
ikunx irid li l-proċedimenti dixxiplinarji jitkomplew sabiex huwa
jkun jista’ jkollu l-opportunità  li jiskolpa ruħu. Jekk l-uffiċjal
jagħżel li jkompli għaddej bil-proċedimenti, u jiġri li wara jinsab
ħati, m’għandha tingħatalu l-ebda piena, iżda għandu jsir notament
dwar ir-riżultanzi tal-Bord ta’ Dixxiplina fir-record tas-servizz ta’
dak l-uffiċjal. Jekk l-uffiċjal jagħżel li l-każ ma jitkompliex, huwa
għandu jikkonferma dan bil-miktub u dan għandu jiġi notat fir-
record tas-servizz tiegħu fejn jiġi dikjarat li meta telaq mis-servizz
dak l-uffiċjal kellu każ ta’ dixxiplina pendenti. Jekk fiż-żmien
stabbilit l-uffiċjal jonqos milli jagħżel, il-każ ma jitkompliex u jiġi
notat fir-record tas-servizz tiegħu li meta telaq mis-servizz, dak l-
uffiċjal kellu każ ta’ dixxiplina pendenti.
Proċedura li tiġi 
segwita meta 
uffiċjal jitlaq mis-
servizz fil-waqt li 
jkunu għaddejjin 
proċedimenti 
kriminali.
38. Meta uffiċjal li kontra tiegħu jkun hemm pendenti
proċedimenti kriminali, ma jibqax uffiċjal pubbliku jew għax
jirriżenja, jirtira jew xort’oħra, qabel ma jiġu konklużi dawk il-
proċedimenti, m’għandha tinbeda ebda azzjoni dixxiplinarja skond
dawn ir-Regolamenti jew tingħata xi piena. Madankollu, il-Kap ta’
Dipartiment għandu jsegwi l-każ sabiex ikun jista’ jsir in-notament
dwar id-deċiżjoni tal-Qorti fir-record tas-servizz ta’ dak l-uffiċjal.
20 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Telfien ta’ 
pensjoni, eċċ., 
wara tkeċċija.
39. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 114 tal-
Kostituzzjoni u ta’ kull liġi oħra, uffiċjal pubbliku li jitkeċċa mis-
servizz jitlef kull dritt u pretensjoni għal pensjoni, gratifikazzjoni
jew ħlas ieħor. Uffiċjal pubbliku li jitkeċċa jitlef ukoll kull dritt u
pretensjoni li huwa jkollu għall-leave bi ħlas.
Segretezza. 40. Ebda membru tal-Kummissjoni, la s-Segretarju u lanqas xi
membru ta’ l-Uffiċċju tal-Kummissjoni, lanqas xi uffiċjal, Bord
jew Awtorità  Pubblika li jkollhom setgħat u funzjonijiet skond
dawn ir-Regolamenti, jew xi persuna oħra, m’għandha, mingħajr il-
permess bil-miktub tal-Prim Ministru, tippubblika jew tikxef lil xi
persuna, ħlief fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali tagħha, il-
kontenut ta’ xi dokument, komunikazzjoni jew informazzjoni oħra
tkun li tkun, li jkollu x’jaqsam ma’ xi azzjoni li ttieħdet skond
dawn ir-Regolamenti u li tkun saret taf biha.
L-inosservanza tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament
għandu, fil-każ ta’ uffiċjal pubbliku, jikkostitwixxi mġiba ħażina u,
jew ksur ta’ dixxiplina.
Skadenzi. 41. Kull żmien li jiskadi kif preskritt f’dawn ir-Regolamenti
jista’, jekk tinġieb raġuni tajba, jiġi mtawwal mill-Kummissjoni
kemm-il darba t-talba għal dan issir qabel ma jiskadi dak iż-żmien
partikolari.
Rapporti annwali, 
eċċ.
42. (1) Il-Kap tas-Servizz Pubbliku u kull Kap ta’ Dipartiment
li lilu jiġi delegat il-kontroll dixxiplinarju għandu jagħmel ir-
rapporti tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ dixxiplina lill-Kummissjoni
b’tali frekwenza, f’dik l-għamla u li jkunu jittrattaw dwar dawk il-
kwistjonijiet kif il-Kummissjoni tista’ tippreskrivi.
(2) Il-Kummissjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tippubblika
rapporti annwali ta’ dixxiplina kif ukoll rapporti ta’ inkjesti fl-
eżerċizzju tal-kontroll dixxiplinarju, flimkien mar-rimarki tagħha
dwar kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ dan kollu.
Riżerva. 43. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 20 jew
28, meta jkunu nbdew proċedimenti dixxiplinarji skond ir-
Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura
ta’ Dixxiplina), li ġew revokati b’dawn ir-Regolamenti, dawk il-
proċedimenti għandhom jitkomplew u jintemmu skond dawk ir-
regolamenti bħallikieku dawk ir-regolamenti kienu għadhom
iseħħu.
(2) Meta petizzjoni għar-reviżjoni ta’ rakkomandazzjoni
mgħoddija tal-Kummissjoni tkun saret skond ir-regolament 23A
tar-regolamenti preċedenti revokati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn
ir-Regolamenti, dik il-petizzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-
Kummissjoni bħala petizzjoni magħmula skond dawk ir-
Regolamenti, bħallikieku dawk ir-regolamenti kienu għadhom
iseħħu.
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.KOST.03 21
SKEDA 
REATI U PIENI
(Regolament 29)
1. L-elenku ta’ reati speċifikati bħala reati żgħar u gravi fil-paragrafu 3 ta’ din
l-Iskeda għandu jitqies bħala li huwa biss wieħed illustrattiv u indikattiv u mhux
wieħed eżawrjenti.
2. Iċ-ċirkostanzi speċifiċi li jagħtu lok għal reat għandhom jitqiesu wkoll
sabiex jiġi stabbilit jekk reat għandux jaqa’ fil-kategorija ta’ reat żgħir jew gravi, u
jkun fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-Dipartiment kif provdut fir-regolament 20(2)(a) ta’
dawn ir-Regolamenti sabiex jiġi stabbilit kif għandu jiġi ttrattat reat partikolari
għall-fini ta’ l-applikazzjoni tal-pieni speċifikati f’din l-Iskeda.
3. Kategoriji ta’ Reati.
3.1. Reati Żgħar (mingħajr konsegwenzi gravi):
(a) nuqqas ta’ puntwalità  abitwali;
(b) assenza mill-uffiċċju jew minn fuq il-post tax-xogħol mingħajr leave
jew permess;
(ċ) tnikkir fuq ix-xogħol;
(d) diżubbidjenza ta’ l-istruzzjonijiet superjuri jew insubordinazzjoni;
(e) nuqqas ta’ osservanza jew ta’ ubbidjenza tar-regoli u regolamenti;
(f) ġlied jew storbju fuq il-post tax-xogħol;
(g) ħabi tax-xogħol difettuż li wieħed jagħmel;
(h) wieħed ikun taħt l-influwenza tax-xorb jew droga waqt il-ħin tax-
xogħol;
(i) negliġenza fit-twettiq tad-dmirijiet jew xogħol ta’ kafkaf jew difettuż
jew produzzjoni ta’ xogħol taħt il-livell normali;
(j) kliem ħażin;
(k) meta tingħata nformazzjoni żbaljata;
(l) simulazzjoni ta’ mard.
3.2 Reati Gravi (meta ma jinbdewx proċedimenti kriminali):
(a) kondotta li tnaqqas mir-reputazzjoni tad-dipartiment jew, b’mod iktar
ġenerali, tiddiżunura s-servizz pubbliku;
(b) mġiba arroganti, abużiva jew vjolenti lejn il-pubbliku jew uffiċjali
pubbliċi oħra;
(ċ) meta jonqos fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ superviżjoni kif jixraq;
(d) diżubbidjenza ta’ istruzzjonijiet superjuri jew insubordinazzjoni
b’konsegwenzi gravi;
(e) traskuraġni gravi jew abbandun ta’ dmirijiet;
(f) mġiba vjolenti jew ta’ theddid jew użu ta’ kliem offensiv jew ħażin ma’
uffiċjal superjuri;
(g) ħsara fi proprjetà  tal-gvern;
(h) mġiba immorali, indeċenti jew li tagħmel għajb fuq il-post tax-xogħol;
(i) użu ħażin ta’ flus, proprjetà  jew tagħmir tal-gvern;
22 L.S.KOST.03 ħ
PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA TAL-KUMMISSJONI 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(j) negliġenza gravi waqt ix-xogħol;
(k) tbagħbis jew użu ħażin ta’ karti u records ta’ l-attendenza (inklużi
punch cards/arloġġi);
(l) falsifikazzjoni jew użu ħażin jew tbagħbis ta’ dokumenti uffiċjali;
(m) meta jiżvela tagħrif sigriet jew konfidenzjali;
(n) assenza mhux awtorizzata ta’ iktar minn jum/shift wieħed;
(o) reati oħra li jinsabu elenkati taħt "Reati Żgħar" iżda li jkollhom
konsegwenzi gravi.
4. Pieni. 
Il-pieni li jistgħu jingħataw wara li tittieħed azzjoni dixxiplinarja skond dawn ir-
Regolamenti jkunu dawn li ġejjin:
4.1 Pieni għal Reati Żgħar.
Piena
(a) Għall-Ewwel Każ Dixxiplinarju  Twiddiba bil-miktub
(b) Għat-Tieni Każ Dixxiplinarju  Sospensjoni bla paga 
sa tlett (3) ijiem
(ċ) Għat-Tielet Każ Dixxiplinarju Sospensjoni bla paga
sa ħamest (5) ijiem u 
"Twissija ta’ Tkeċċija"
(d) Għar-Raba’ Każ Dixxiplinarju Tkeċċija:
Iżda biex jiġi stabbilit jekk l-akkuża dixxiplinarja tkunx l-ewwel, it-tieni, it-
tielet jew ir-raba’ każ, m’għandhomx jitqiesu każijiet li jkunu saru qabel erbgħa-u-
għoxrin xahar mid-data tal-każ li jkun qed jiġi investigat, inklużi każijiet li jkunu
ġew trattati skond ir-regolament 25 tar-Regolamenti ta’ l-1977:
Iżda wkoll twiddiba bil-miktub tiskadi wara tnax-il xahar jekk ma jsir ebda
reat ieħor f’dak iż-żmien.
4.2 Pieni għal Reati Gravi (inklużi il-kundanni f’każ kriminali):
(a) Sospensjoni bla paga għal żmien ta’ mhux iżjed minn ħamest (5) ijiem,
jew
(b) Sospensjoni bla paga għal żmien ta’ mhux iżjed minn ħamest (5) ijiem u
"Twissija ta’ Tkeċċija", jew
(ċ) Tkeċċija:
Iżda l-piena fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 4.2, jiġifieri, "sospensjoni bla
paga għal mhux iżjed minn ħamest ijiem" ma tistax tingħata għal iktar minn żewġ
każi dixxiplinarji gravi:
Iżda wkoll fil-każ ta’ uffiċjal li jkun ġie interdett, id-disposizzjonijiet tar-
regolament 12(7) għandhom japplikaw ukoll:
Iżda wkoll fil-każ ta’ uffiċjal pubbliku li jinsab ħati ta’ akkuża kriminali
minn xi Qorti, il-Kummissjoni tista’, meta jkun hekk meħtieġ, fid-diskrezzjoni
tagħha tirrakkomanda lill-Prim Ministru pieni oħra b’żieda jew minflok dawk
elenkati fil-paragrafu 4.2 ta’ din l-Iskeda.
