ELEZZJONI TAL-MEMBRI TAL-KUMMISSJONI 
GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA ġ L.S.KOST.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA KOST.04
REGOLI DWAR L-ELEZZJONI TAL-MEMBRI 
TAL-KUMMISSJONI GĦALL-
AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA
3 ta’ Mejju, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 52 ta’ l-1994.
Titolu.
Membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Il-Prim Imħallef 
isejjaħ il-laqgħat 
ta’ l-imħallfin u 
maġistrati.
2. Meta l-President ta’ Malta jagħmel is-sejħa għall-
elezzjonijiet kif hemm maħsub fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (5)
ta’ l-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Prim Imħallef
għandu fiż-żmien utili hemm imsemmi, isejjaħ il-laqgħat neċessarji
ta’ l-imħallfin u tal-maġistrati, sabiex, separatament, isiru l-
elezzjonijiet meħtieġa.
Elezzjoni mill-
imħallfin tal-qrati 
superjuri.
3. (a) L-elezzjoni taż-żewġ membri mill-imħallfin tal-qrati
superjuri għandha ssir billi l-ewwel jiġi elett wieħed
mill-imħallfin nominati għall-elezzjoni, li jġib iktar
minn ħamsin fil-mija tal-voti. 
(b) Jekk ħadd ma jiġi hekk elett, għandha ssir it-tieni
votazzjoni bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu
l-aktar voti fl-ewwel waħda, billi jiġu eliminati dawk li
jkunu ġabu l-anqas voti. Jekk ikun hemm aktar minn
żewġ kandidati li jkunu ġabu l-aktar voti, allura minn
fost dawk li jkunu ġabu l-anqas voti, imma ndaqs, jiġu
eliminati dawk li huma l-anqas anzjani fil-kariga, u
b’hekk issir votazzjoni bejn żewġ kandidati biex
jingħażel wieħed.
(ċ) Meta jkun elett l-ewwel membru, issir it-tieni elezzjoni
biex jiġi elett it-tieni membru u din issir bl-istess mod
kif għadu kif intqal.
Meta jiġu nominati 
żewġ kandidati 
biss.
4. Jekk sa mill-bidu jiġu nominati żewġ kandidati biss, dawn
għandhom jitqiesu li ġew eletti membri tal-Kummissjoni.
Il-Prim Imħallef 
imexxi l-laqgħa u 
l-elezzjoni.
5. Il-laqgħa u l-elezzjoni jitmexxew mill-Prim Imllallef u l-
għadd tal-voti jsir minnu, assistit minn wieħed mill-imħallfin, fil-
laqgħa u fil-preżenza ta’ l-Imħallfin.
Elezzjoni mill-
maġistrati tal-qrati 
inferjuri.
6. L-istess regoli hawn fuq imsemmija għandhom japplikaw,
mutatis mutandis, għall-elezzjoni taż-żewġ maġistrati, b’dan, illi,
f’din il-laqgħa, il-Prim Imħallef, li jippresedi u jmexxi l-
votazzjoni, ma jkollux id-dritt tal-vot.
