STAMPI TAS-SWABA, FOTOGRAFIJI U
QISIEN TA’ IMPUTATI ġ L.S.9.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 9.04
REGOLAMENTI DWAR STAMPI TAS-SWABA, 
FOTOGRAFIJI U QISIEN TA’ IMPUTATI
2 ta’ Settembru, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 38 ta’ l-1960, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu.
Stampi tas-Swaba, Fotgrafiji u Qisien ta’ Imputati.
Teħid ta’ stampi 
tas-swaba, eċċ., ta’ 
imputati.
Emendat:
VIII.1990.2.
Kap. 9.
2. Meta, fuq talba tal-Pulizija, il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), kif il-każ ikun, jidhirlha
xieraq li tordna, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 397 tal-Kodiċi Kriminali, illi jittieħdu l-istampi tas-swaba,
il-fotografiji jew il-qisien ta’ xi imputat, dawk l-istampi tas-swaba,
fotografiji jew qisien għandhom jittieħdu minn membru tal-
Pulizija.
Fejn jistgħu 
jittieħdu stampi 
tas-swaba, eċċ.
3. L-istampi tas-swaba, fotografiji jew qisien imsemmija fir-
regolament 2 għandhom jittieħdu jew fil-post fejn il-qorti tkun
qiegħdha żżomm is-seduta jew f’dak il-post l-ieħor li l-qorti jista’
jidhirlha xieraq.
