ĦLAS LIL ĠURATI ġ L.S.9.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 9.06
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦLAS LIL ĠURATI
1 ta’ Mejju, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 52 ta’ l-1993.
Titolu.
Ħlas lil Ġurati.
Tifsir.
Kap. 9.
"ġurat" tfisser persuna li tieħu l-ġurament bħala ġurat skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali u tinkludi prim ġurat, ġurat
supplenti u ġurat speċjali;
Kap. 9.
"ġurnata servizz" tfisser jum li matulu ġurat ikun ta s-servizz
tiegħu u tinkludi s-Sibt, il-Ħadd u kull btala pubblika oħra meta l-
ġurati ma jitħallewx jerġgħu lura d-dar skond ma hemm fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 471 tal-Kodiċi Kriminali;
"reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tal-Qrati Superjuri. 
Ħlas lil ġurati li ma 
jirċevux salarju 
jew paga.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, ir-
reġistratur għandu jħallas, kemm jista’ jkun malajr hekk kif
tintemm kull kawża li fiha jkun hemm il-ġurati, lil ġurat dritt ta’
għaxar liri għal kull ġurnata servizz, jew parti minn ġurnata
servizz, li matulha dak il-ġurat ma jkun irċeva ebda salarju jew
paga minn xogħolu meta 1-kawża ma tkunx itwal minn ħmistax-il
ġurnata tax-xogħol u ħmistax-il lira għal kull ġurnata servizz
addizzjonali, jew parti minn dik il-ġurnata, kif imsemmi qabel,
iktar mill-ewwel ħmistax-il ġurnata tax-xogħol.
Ħlas lil ġurat li 
jirċevi salarju jew 
paga.
4.  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, ir-
reġistratur għandu jħallas, kemm jista’ jkun malajr hekk kif
tintemm kull kawża li fiha jkun hemm il-ġurati, lil ġurat dritt ta’
tliet liri għal kull ġurnata servizz, jew parti minn ġurnata servizz, li
matulha dak il-ġurat ikun irċeva salarju jew paga minn xogħolu.
Disposizzjonijiet 
supplimentari.
5. Ebda dritt kif provdut fir-regolamenti 3 u 4 ma għandu
jitħallas lil ġurat għas-servizz mogħti fl-ewwel tliet iġranet servizz
f’kull xahar mogħtija minn ġurat:
Iżda meta kawża li fiha jkun hemm il-ġurati u li tkun
inbdiet f’xahar partikolari titkompla fix-xahar jew fix-xhur ta’
wara, ġurat ma jkollux jedd għal ħlas ta’ dritt għall-ewwel tliet
iġranet servizz li jiġu fl-ewwel xahar biss.
