PROPRJETÀ  MIŻMUMA TAĦT IL-KODIĊI KRIMINALI ġ L.S.9.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 9.07
AVVIŻ DWAR PROPRJETÀ  MIŻMUMA TAĦT 
IL-KODIĊI KRIMINALI
31 ta’ Mejju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 121 ta’ l-2002.
Titolu.
taħt il-Kodiċi Kriminali.
Proprjetà  u persuni 
msemmija.
2. Il-persuni li ġejjin għandhom iżommu, f'isem ir-Reġistratur
tal-Qrati Kriminali, l-proprjetà  msemmija biswit isimhom:
Proprjetà  tinżamm 
f'post sigur.
3. Proprjetà  li tinżamm minn dawk il-persuni għandha
tinżamm f'post sigur mill-persuni nominati u ma għandhomx
jintużaw minn xi persuna jew jingħataw lil xi persuna ħlief kif jiġi
ordnat mir-reġistratur tal-Qrati Kriminali.
Armi tan-nar, eċċ., 
kkonfiskati favur 
il-Gvern.
Kap. 9.
4. Il-Kummissarju tal-Pulizija huwa l-persuna li f'idejha armi
tan-nar, munizzjon, splużivi jew sustanzi perikolużi oħra
kkonfiskati favur il-Gvern skond ma hemm fil-Kodiċi Kriminali,
għandhom jiġu kkunsinnati mir-reġistratur sabiex dawn l-oġġetti
jitneħħew.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Armi u munizzjon, inklużi
partijiet minnhom;
Il-Brigadier tal-Forzi Armati Splużivi, detonaturi, kimiċi
perikolużi u sustanzi oħra jew
materjal kombustibbli;
Id-Direttur tas-Saħħa Mediċinali perikolużi;
Id-Direttur tal-Mużewijiet Oġġetti ta' valur storiku jew
artistiku;
Il-Gvernatur tal-Bank
Ċentrali
Flus, ċertifikati finanzjarji,
deheb, fidda, ħaġar prezzjuż u
oġġetti oħra prezzjużi.
