TEATRI PUBBLIĊI ġ L.S.10.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.02
REGOLAMENTI DWAR TEATRI PUBBLIĊI
26 ta’ Lulju, 1899
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 26 ta’ l-1899, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 243 ta’ l-1919, 87 ta’ l-1927 u 123 ta’ l-1944;
NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 335 ta’ l-1955; u NOTIFIKAZZJONI
TAL-GVERN 418 ta’ l-1957, konsolidati.
Preliminari
Titolu.
Teatri Pubbliċi.
Tifsir.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-
1944.
2. F’dawn ir-Regolamenti, “ teatru”  jfisser kull fond liċenzjat
mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex isiru rappreżentazzjonijiet
teatrali pubbliċi.
Liċenzi
Għoti ta’ liċenza.
Kap. 10.
3. Il-liċenza skond l-artikolu 201 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija ma tingħatax jekk il-post propost biex jintuża bħala teatru
jew post ta’ divertiment pubbliku ma jkunx ġie ċertifikat mit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern bħala tajjeb għal dik li hi sanità .
Dmirijiet ta’ min 
jkollu l-liċenza.
4. (1) Ikun dmir ta’ min ikollu l-liċenza li jżomm kull naħa
tal-post użat għall-iskop kif imsemmi fir-regolament 2 fi stat tajjeb
u xieraq għal dik li hi ventilazzjoni. ndafa u kondizzjonijiet oħra li
jolqtu s-saħħa.
(2) Ikun dmir ta’ min ikollu liċenza li jagħmel fl-awditorju
mwieraħ elettriċi w apparati oħra bħal dawn għas-sodisfazzjon tat-
Tabib Prinċipali tal-Gvern u li jieħu ħsieb li dawn jiżammu jaħdmu
fil-ħinijiet kollha meħtieġa.
Dritt ta’ dħul.
it-tobba tas-saħħa u l-ispetturi sanitarji jkollhom id-dritt li jidħlu
fil-ħinijiet kollha f’kull naħa ta’ kull post hekk kif imsemmi hawn
fuq biex jiżguraw li l-ħtiġiet tar-regolamenti 3 u 4 qegħdin jiġu
osservati.
Osservanza tar-regolamenti
Projbizzjonijiet.
dik li hija mwarraba għal dak il-għan.
(2) Hu pprojbit li wieħed idejjaq lil haddieħor waqt ir-
rappreżentazzjoni billi jqum bil-wieqfa, jew jiċċaqlaq jew jagħmel
ħsejjes mingħajr bżonn, jew b’xi mod ieħor.
(3) Ebda bukketti jew ħwejjeġ oħra ma għandhom jintefgħu li,
minħabba l-piż, daqs jew forma jistgħu jweġġgħu, jew idejqu, xi
persuna, jew jagħmlu ħsara lil proprjetà .
(4) Ħadd ma għandu jippermetti li jidħol kelb ġewwa teatru.
Xedd tar-ras.
ikollhom rashom mikxufa; iżda uffiċjali u suldati tal-Forzi Armati
2 L.S.10.02 ħ TEATRI PUBBLIĊI
ta’ Malta, meta jkunu bl-uniformi u waqt li qegħdin jaqdu
dmirijiethom, ma humiex meħtieġa jneħħu l-berritta, ħlief meta
jkunu bilqegħda f’xi parti ta’ l-awditorju:
Izda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx għal dawk il-persuni li, skond id-drawwa nazzjonali
tagħhom. iżommu rashom mgħottija f’kull okkażjoni.
Ordnijiet dwar 
ppustjar fis-
siġġijiet.
8. L-ordnijiet ta’ l-impjegati regolari tat-teatru għal dak li
għandu x’jaqsam mal-qagħda bilqiegħda fuq siġġu, gallarija jew
postijiet oħra għandhom jiġu osservati.
Ksur tar-
regolamenti.
9. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tar-regolamenti
6, 7 jew 8 ta’ dawn ir-Regolamenti teħel, meta tinstab ħatja, l-piena
stabbilita għal kontravvenzjonijiet, u tista’, wara li tkun ġiet avżata
biex tieqaf, tiġi mkeċċija mit-teatru.
Setgħat tal-
Pulizija.
Miżjud:
N.G. 243 ta’ l-
1919.
10. Uffiċjal tal-pulizija, ta’ grad mhux inqas minn sotto-
spettur, kull meta jkollu raġunijiet tabja biżżejjed li jissuspetta li xi
wieħed minn dawn ir-Regolamenti ġie miksur, jew ikun qiegħed
jinkiser, minn xi persuna li tkun qed tokkupa palk, jkollu s-setgħa li
jordna li l-bieb ta’ dak il-palk jinżamm miftuħ waqt ir-
rappreżentazzjoni, jew xi parti minnha, u kull persuna li ma tobdix
ordni bħal dan teħel, meta tinstab ħatja, l-piena stabbilita għal
kontravvenzzjonijiet, u tista’, wara li tiġi avżata biex tieqaf, tiġi
mkeċċija mit-teatru.
Ostruzzjoni ta’ 
passaġġi.
Miżjud:
N.G. 87 ta’ l-1927.
11. (1) Għandu jkun hemm provdut, fil-platea ta’ kull teatru,
passaġġi li jkun biżżejjed u li, fl-opinjoni tal-Kummissarju tal-
Pulizija, jiżguraw il-moviment tal-pubbliku f’każ ta’ emerġenza u
kull darba li t-teatru jkun miftuħ għall-pubbliku jew ikun qed jiġi
wżat mod ieħor, il-passaġġi għandhom jinżammu vojta.
(2) Kull persuna li tingombra l-passaġġi billi tqum bil-wieqfa
jew billi żżid jew tokkupa siġġijiet hemmhekk jew li b’xi mod
ieħor tikser id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament tista’ tiġi mkeċċija mit-teatru minbarra l-piena
stabbilita għal kontravvenzjonijiet.
Arranġament ta’ siġġijiet
Numerazzjoni ta’ 
siġġijiet.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-
1944.
12. Kull siġġu f’kull teatru għandu jġib fuqu numru, u s-
siġġijiet għandhom ikunu hekk imqiegħedha li n-numri ta’ fuqhom
jimxu wara xulxin, u l-ewwel wieħed ikun bin-numru “ 1”, u  ma
għandu jkun hemm ebda numru duplikat.
Biljetti.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-
1944.
13. Kull biljett maħruġ minn jew f’isem min għandu l-liċenza
tat-teatru dwar kull rappreżentazzjoni fit-teatru għandu jkollu n-
numru li jaqbel ma’ dak tas-siġġu okkupat minn min għandu dak il-
biljett.
Pjanta tas-siġġijiet.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-
1944.
14. Min ikollu l-liċenza tat-teatru għandu jqiegħed ma’ ġenb
il-bottegin tat-teatru pjanta li turi s-siġġijiet kollha fit-teatru u l-
prezz li għandu jitħallas għal kull ndana ta’ siġġijiet.
Għadd tan-nies li 
jitħallew jidħlu.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-
1944.
15. L-għadd tan-nies li jitħallew jidħlu f’teatru ma għandu qatt
ikun akbar mill-għadd tan-nies imniżżel fil-liċenza maħruġa mill-
Kummissarju tal-Pulizija.
TEATRI PUBBLIĊI ġ L.S.10.02 3
Ħinijiet ta’ l-egħluq
Ħinijiet ta’ l-
egħluq ta’ teatri.
16. Teatri għandhom jagħalqu mhux aktar tard minn nofs il-
lejl; għall-ballijiet pubbliċi jistgħu jibqgħu miftuħin sas-1 ta’
filgħodu.
Tiżjid ta’ ħinijiet 
ta’ l-egħluq.
17. (1) Fuq applikazzjoni magħmula lilu, l-Kummissarju tal-
Pulizija jista’, f’każijiet speċjali, jtawwal, fid-diskrezzjoni tiegħu,
il-ħin ta’ l-egħluq speċifikat fir-regolament 16 ta’ dawn ir-
Regolamenti.
(2) L-applikazzjoni msemmija fis-sub-regolament (1) ta’ dan
ir-regolament għandha ssir mill-anqas erbat ijiem qabel il-ġurnata
li dwarha ssir l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-ħin ta’ l-egħluq.
