TAL-BLAKK ġ L.S.10.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.03
REGOLAMENTI DWAR TAL-BLAKK
9 ta’ Novembru, 1900
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 217 ta’ l-1900. kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 259 ta’ l-1947 u 831 ta’ l-1949.
Titolu.
Blakk.
Liċenza tal-
Pulizija.
Emendat:
N.G. 831 ta’ l-
1949.
2. Ebda persuna ma titħalla tagħmilha ta’ tal-blakk mingħajr
liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Midalja tal-metall.
Emendat:
N.G. 259 ta’ l-
1947;
N.G. 831 ta’ l-
1949.
Kap. 128.
3. Minbarra l-liċenza, l-Pulizija tikkonsenja lil kull tal-blakk,
meta jitħallas id-dritt prreskritt taħt l-Att dwar il-Liċenzi tal-
Pulizija, midalja tal-metall, li jkollha forma tonda, u ta’ dak id-daqs
li jkun preskritt mill-Kummissarju tal-Pulizija, li jkun hemm fuqha
l-kelma “ Tal-Blakk”  u n-numru tal-liċenza fuq in-naħa ta’
quddiem, u fuq in-naħa ta’ wara jkollha ganċ biex tista’ titwaħħal
fuq is-sider jew fuq id-driegħ.
Trasferiment ta’ 
midalja.
4. Il-midalja ma tistax, taħt ebda skuża jew raġuni tkun li
tkun, tiġi mibdula jew mibjugħa, jew b’xi mod ieħor trasferita lil
tal-blakk ieħor jew persuna oħra.
Midalja trid 
tintlibes.
5. Kull tal-blakk għandu jkun liebes deċenti u għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju tal-Pulizija, u għandu jilbes l-
midalja mwaħħla fuq is-sider jew fuq id-driegħ.
Post fejn wieħed 
jagħmilha ta’ tal-
blakk.
6. Il-post fejn wieħed li jkun irid jagħmilha ta’ tal-blakk fil
Belt Valletta u fejn għandu jkun mqiegħed ikun mniżżel fuq il-
liċenza, u taħt ebda skuża ma għandu jieqaf u jagħmilha ta’ tal-
blakk f’postijiet oħra jew quddiem ħwienet tal-kafe, hwienet, jew
stabbilimenti oħra jew djar privati fejn seta’ jkun ġie mgħajjat mill-
persuna li tokkupa dak il-post.
Idejjaq lil 
ħaddieħor.
7. Tal-blakk huma assolutament ipprojbiti milli jdejqu
persuni fi ħwienet tal-kafe, fit-triqat jew f’postijiet oħra, billi
jitolbu x-xogħol jew personalment jew permezz ta’ ħaddieħor.
Ksur ta’ 
regolamenti.
Kap. 10.
8. Kull persuna li tinstab ħatja ta’ ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti teħel, meta tinstab ħatja,
l-pieni stabbiliti taħt il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
