ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA ġ L.S.10.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.04
REGOLAMENTI DWAR IĊ-ĊIMITERJU TA’
L-ADDOLORATA
29 ta’ April, 1910
11 ta’ Frar, 1916
9 ta’ Novembru, 1933
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 107 ta’ l-1910, kif emendata bl-Att
XIII ta’ l-1983, NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 29 ta’ l-1916, kif
emendata bl-Att XIII ta’ l-1983, u NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 467 ta’
l-1933, kif emendata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern 167 ta’ l-1935,
konsolidati.
Preliminari
Titolu.
Ċimiterju ta’ l-Addolorata.
Regolamenti taċ-ċimiterju
Ħinijiet ta’ ftuħ 
taċ-ċimiterju.
Emendat:
N.G. 167 ta’ l-
1935.
2. Iċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata hu miftuħ għall-pubbliku
f’kull ġurnata li tkun mis-7 ta’ filgħodu sa nofsinhar u mis-sagħtejn
ta’ wara nofsinhar sa nżul-ix xemx; ebda dfin ma jista’ jsir barra
dawn il-ħinijiet, u ħadd ma jkollu permess jidħol jew jibqa’ fiċ-
ċimiterju ħlief għal xi raġunijiet urġenti.
Projbizzjoni ta’ 
vetturi,
3. Ebda vettura ma titħalla tidħol fiċ-ċimiterju minbarra l-
karru tal-mejtin, il-vettura tal-kappillan, u vetturi oħra li jġorru
materjal għall-użu fiċ-ċimiterju; f’każijiet speċjali s-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika jew il-Patri Kapuċċin li jieħu ħsieb iċ-ċimiterju
jistgħu jagħtu permess li wieħed iżur iċ-ċimiterju fuq makna ta’
trasport.
Xogħlijiet u 
tiswijiet.
4. Ħlief f’każijiet urġenti ħafna, ebda xogħlijiet jew tiswijiet
fl-oqbra jew kappelli ma jkunu permessi bejn l-20 ta’ Ottubru u l-
10 ta’ Novembru ta’ kull sena.
Projbizzjonijiet.
nar fiċ-ċimiterju; iżda l-projbizzjoni ta’ l-aħħar ma tapplikax fil-
każ ta’ funerali ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Sorveljar ta’ kadavri
Sorveljar ta’ 
kadavri.
6. Kadavri li jkunu miġjuba fiċ-ċimiterju qabel ma jgħaddu
erba’ u għoxrin siegħa mill-mewt għandhom jinżammu fil-kamra
mortwarja annessa maċ-ċimiterju u għandhom ikunu sorveljati
minn persuna debitament approvata mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika.
Dritt li għandu 
jitħallas.
Emendat:
XIII. 1983.5.
Kap. 10.
7. Dritt ta’ tnax il-ċenteżmu u ħames milleżmi għandu
jitħallas għal dak is-sorveljar fuq applikazzjoni għall-permess
msemmi fl-artikolu 143 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Trasferiment ta’ kadavri
Trasferiment ta’ 
kadavri.
8. Ħlief f’każijiet ta’ necessità  assoluta, it-trasferiment ta’
kadavri mill-oqbra għall-kannierja fiċ-ċimiterju għandu jsir waqt l-
ewwel sebat ijiem ta’ xi wieħed mix-xhur ta’ Jannar, April, Lulju
2 L.S.10.04 ħ ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA
jew Ottubru, fil-hinijiet li jiġu ffissati mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika.
Dritt għat-tħaris.
Emendat:
XIII. 1983.5.
9. It-trasferimenti msemmija fir-regolament 8 ta’ dawn ir-
Regolamenti għandhom isiru taħt it-tħaris ta’ uffiċjal nominat mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika; u dritt ta’ ħames ċenteżmi
għandu jitħallas għal dak it-tħaris jekk it-trasferiment isir fil-ġranet
msemmija fir-regolament 8, u ta’ għoxrin ċenteżmu fi ġranet oħra.
Persuni nominati 
għat-trasferiment.
Emendat:
XIII. 1983.5.
10. Ma jkunx permess li jitqabbdu persuni differenti minn
dawk nominati mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għat-
trasferiment, u dritt ta’ għoxrin ċenteżmu għandu jitħallas għal dan
is-servizz.
Dritt wieħed. 11. Dritt wieħed għat-tħaris għandu jiħallas kollettivament
għat-trasferimenti kollha li jsiru fl-istess ġurnata.
