TNEĦĦIJA TA’ ŻIBEL U ĦMIEĠ TAD-DRENAĠĠ ġ L.S.10.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.05
REGOLAMENTI DWAR IT-TNEĦĦIJA TA’ 
ŻIBEL U ĦMIEĠ TAD-DRENAĠĠ
26 ta’ Diċembru, 1911
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 402 ta’ l-1911, kif emendata bl-Atti:
XIV ta’ l-1969 u XIII ta’ l-1983; jinkororaw ukoll n-Notifikazzjoni tal-
Gvern 325 ta’ l-1899, l-Avviż tal-Pulijija ta’ l-20 ta’ Settembru, 1901, l-
Avviż tal-Pulizija 99 ta’ l-1930 u n-Notifikazzjoni tal-Gvern 14 ta’ l-1931.
Preliminari
Titolu.
Tneħħija ta’ Żibel u Ħmieġ tad-Drenaġġ.
Tneħħija ta’ żibel u ħmieġ tad-drenaġġ
Projbizzjoni li 
jinżamm żibel 
f’dar.
2. Ebda persuna li tkun tokkupa dar f’post abitat ma għandha
tiddepożita żibel jew tippermetti li xi kwantità  ta’ ilma maħmuġ,
ilma mħassar jew ilma qiegħed jinġabar f’xi parti ta’ dar bħal dik.
Projbizzjoni li 
jinżamm żibel f’xi 
post ieħor.
3. Ebda persuna li tkun tokkupa xi post, li ma jkunx dar,
f’post abitat ma għandha tiddepożita żibel jew tippermetti li xi
kwantità  ta’ żibel jew ta’ ilma maħmuġ, ilma mħassar jew ilma
qiegħed jinġabar f’post bħal dak meta, fl-opinjoni ta’ l-Awtorità
Sanitarja, dik il-ġabra jew depożitu jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-
saħħa pubblika.
Tneħħija ta’ żibel.
ta’ ilma maħmuġ, ilma mħassar jew ilma qiegħed jew ta’ żibel jew
ħmieġ tad-drenagg li jinstab f’xi dar jew post ieħor kif provdut fir-
regolamenti 2 u 3 ta’ dawn ir-Regolamenti, jiġi immedjatament
imneħħi minn hemm minn persuni maħtura għal dan il-għan mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, u li jiġi wżat għal dak l-għan li
s-Suprintendent jidhirlu xieraq minghajr il-ħlas ta’ ebda kumpens
lill-persuna li mill-pussess tagħha dak l-ilma, żibel jew ħmieġ tad-
drenagg ikun ġie mneħħi.
Spezzjon ta’ 
postijiet.
Emendat:
XIV. 1969.19.
5. Kull persuna maħtura kif intqal qabel ikollha s-setgħa li
tidħol, flimkien ma’ uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jew mal-
Pulizija, ġewwa u tispezzjona dar jew post ieħor kif intqal qabel,
f’kull ġurnata u f’xi ħin raġonevoli, għall-qadi ta’ dmiriethom
skond dawn ir-Regolamenti.
Tneħħija ta’ skart
Tneħħija ta’ skart.
Emendat:
XIV. 1969.19.
6. It-tneħħija ta’ ħmieġ, trab, rmied u skart, hawnhekk iżjed ‘l
quddiem f’dawn ir-Regolamenti kollettivament imsejħa “skart” ,
minn djar tkun magħmula minn kenniesa liċenjati mill-kap tad-
Dipartiment tas-Saħħa, fil-ħinijiet u ġranet msemmija fl-Iskeda
annessa ma dawn ir-Regolamenti.
Kondizzjonijiet tal-
liċenza.
Emendat:
XIV. 1969.19.
7. Il-liċenza tingħata taħt il-kondizzjoni li tista’ tiġi rtirata
jew sospiża temporanjament mill-kap tad-Dipartiment tas-Saħħa
jekk il-kennies -
(a) jikser dawn ir-Regolamenti; jew
2 L.S.10.05 ħ TNEĦĦIJA TA’ ŻIBEL U ĦMIEĠ TAD-DRENAĠĠ
(b) jinstab ħati ta’ serq.
Ktieb li għandu 
jinżamm.
Emendat:
XIV. 1969.19.
8. Għandu jinżamm fid-Dipartiment tas-Saħħa, f’dik il-forma
li tiġi stabbilita mid-dipartiment, ktieb li fih jiġi mniżżel l-isem ta’
kull kennies liċenzjat u n-numru tiegħu rispettiv.
Sub-distretti. 9. Kull kennies għandu jneħħi l-iskart mid-djar f’sub-distretti
partikolari f’Malta jew f’Għawdex.
Midalja u numru.
Emendat:
XIV. 1969.19.
10. (1) Kull kennies liċenzjat jingħata midalja li jkollha fuqha
n-numru li taħtu jkun ġie reġistrat fil-ktieb msemmi fir-regolament
8 ta’ dawn ir-Regolamenti, u n-numru tas-sub-distrett fejn għandu
jaħdem.
(2) Dan in-numru jingħata lill-kennies mid-Dipartiment tas-
Saħħa u għandu jiġi muri minnu fuq talba ta’ xi membru tal-
Pulizija, ta’ xi awtorità  sanitarja, jew ta’ xi uffiċal li jieħu ħsieb
kenniesa, jew ta’ xi persuna li tkun tokkupa xi post minn fejn il-
kennies għandu jneħħi l-iskart.
Skart tad-dar. 11. Kull persuna li tokkupa dar għandha, għall-inqas darba
kulljum, minbarra l-Ħdud u btajjel pubbliċi oħra, tara li l-iskart tad-
dar jiġi mneħħi minn hemm f’reċipjent xieraq tal-metall jew tal-
fuħħar.
Flixken imkissrin, 
eċċ.
12. Kull persuna li tokkupa dar u l-amministratur jew persuna
li tkun tieħu ħsieb xi bini frekwentat mill-pubbliku ma għandux
ineħħi minn hemm u jiddepożita f’xi triq jew f’mogħdija xi skart
jew flixken mkissrin, biċċiet tal-ħġieġ jew fuħħar imkisser, ħlief
f’reċipjenti xierqa, u l-anqas ma għandha tfarfar jew tħabbat
ħwejjeġ, tapiti, tapiti żgħar, jew affarjiet oħra f’xi jew fuq xi triq,
ħlief f’dawk il-ħinijiet u postijiet li jiġu stabbiliti mill-
Kummissarju tal-Pulizija.
Annimali mejta.
Emendat:
XIV. 1969.19.
13. Kull annimal mejjet għandu jkun konsenjat lill-kenniesa
msemmija mhux aktar tard minn ġurnata wara l-mewt ta’ l-annimal,
sakemm il-proprjetarji ma jkunux ġew awtorizzati mid-Dipartiment
tas-Saħħa biex jiddisponu minnhom b’xi mod ieħor.
Ġir, faħam, eċċ. 14. Kull darba li għandu jinħatt xi ġir, faħam jew xi ħaġa oħra
li tipproduċi trab jew ħmieġ, dan għandu jsir qabel it-8 ta’ filgħodu
ħlief f’każijiet speċjali bil-permess tal-Pulizija; l-art għandha
mbagħad tinkines mill-persuna li fl-interess tagħha jkun sar il-ħatt,
u dak li jinġabar jiġi mneħħi skond ir-regoli stabbiliti minn hawn ‘l
quddiem.
Kerrejja. 15. Għandu jkun hemm f’kull dar magħrufa bħala kerrejja
reċipjent xieraq għal xi skart li jista’, minn żmien għal żmien, ikun
prodott f’dak il-bini, liema reċipjent għandu jkun magħmul b’tali
mod li l-qiegħ jew l-art tiegħu ma jkun qatt aktar l-isfel mill-wiċċ
ta’ l-art li fuqu jistrieħ dak ir-reċipjent.
Tneħħija ta’ skart 
minn kerrejja,
16. Il-persuna li jkollha liċenza biex tuża dar bħala kerrejja
għandha, għall-anqas darba kulljum, ħlief fil-Ħdud u btajjel
pubbliċi oħra, tara li jiġi mneħħi minn kennies liċenzjat l-iskart
kollu mir-reċipjent msemmi fir-regolament 15 ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Depożitu ta’ skart. 17. Il-kennies li jneħħi xi skart minn xi bini ma għandux, waqt
TNEĦĦIJA TA’ ŻIBEL U ĦMIEĠ TAD-DRENAĠĠ ġ L.S.10.05 3
it-tneħħija, jiddepożita xi skart, u l-anqas ma għandu jara jew
jippermetti li dak l-iskart jiġi depożitat f’xi mogħdija, bankina jew
triq.
Tixrid ta’ skart.
dawn ir-Regolamenti, xi skart bħal dan jittajjar jew jiġi mxerred
jew jaqa’ f’xi parti tat-triq, l-kennies għandu mill-ewwel ineħħi
mill-post fejn l-istess ikun ġie mtajjar jew mxerred jew ikun waqa’,
u immedjatament wara jiknes tajjeb jew inaddaf tajjeb dak il-post.
Applikabbiltà  tar-
regolamenti 17 u 
18.
19. Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 17 u 18 għandhom bl-
istess mod japplikaw għal xi persuna, li ma tkunx kennies, li
jkollha ġġor xi skart f’xi triq.
Tneħħija ta’ skart 
mingħajr liċenza.
20. Ebda kennies u ebda persuna msemmija fir-regolament 19
ma tista’ ġġorr xi skart lejn xi bini mingħajr liċenza mill-Pulizija,
jew tiddepożita dak l-iskart f’xi għalqa jew f’post miftuħ, viċin
post abitat, ħlief jekk l-Awtorità  Sanitarja tiċċertifika li dak id-
depożitu ma jistax jagħmel ħsara jew idejjaq il-ġirien jew persuni li
jgħaddu minn triqat viċini.
Żvujtar ta’ lokijiet 
fl-art.
21. Il-persuna li tokkupa xi dar għandha, għall-anqas darba
kulljum, ħlief fil-Ħdud u btajjel pubbliċi oħra, tiżvojta r-reċipjent
mobbli għall-materjal tal-ħara fil-lokijiet ta’ l-art f’dak il-bini.
Tindif tar-
reċipjent.
22. Il-persuna li tokkupa dar għandha tnaddaf sewwa kull
reċipjent li jintuża għal skart f’dak il-bini.
Spezzjon u svujtar 
ta’ fossos.
Emendat:
XIV. 1969.19;
XIII. 1983.5.
23. (1) L-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa ikollhom is-
setgħa li jispezzjonaw il-fossos kollha.
(2) Id-Dipartiment tas-Saħħa ikun awtorizzat li jordna l-
isvujtar u t-tindif ta’ fossa meta d-dipartiment jiddeċiedi li dak l-
isvujtar u tindif ikun meħtieġ; dak id-dipartiment jordna meta u
b’liema mod il-fossos għandhom jiġu svujtati u liema
prekawjonijiet għandhom jittieħdu.
(3) Il-proprjetarju ta’, jew xi persuna oħra li tkun skond il-liġi
responsabbli għal, xi dar għandu jara li xi fossa ta’ dak il-bini tiġi
svujtata kull darba li jiġi hekk ordnat mid-Dipartiment tas-Saħħa.
(4) Ebda persuna ma tista’ tisvojta jew tnaddaf fossa mingħajr
il-permess mid-Dipartiment tas-Saħħa.
(5) F’każijiet urġenti, d-Dipartiment tas-Saħħa jkollu s-setgħa
li jġiegħel li fossos jiġu svujtati jew mnaddfa, wara li jingħata
avviż bil-miktub lill-proprjetarju jew lill-inkwilin, u l-ħlas għall-
ispejjeż ta’ dak l-isvujtar jew tindif jiġi addebitat lill-proprjetarju.
(6) Id-dritt li jitħallas għall-isvujtar ta’ fossos ma għandux ikun
aktar minn 7ċ5 għal kull 100 gallun ta’ materjal mneħħi.
Applikabbiltà  tar-
regolamenti 17, 18 
u 19.
24. (1) Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 17, 18 u 19
għandhom japplikaw ukoll għal xi żibel li jkun ġie mneħħi minn xi
fossa, jew minn xi reċipjent użat in konnessjoni ma’ loki.
(2) It-tneħħija ta’ dak iż-żibel tkun magħmula skond l-
istruzzjonijiet li jingħataw mill-Awtorità  Sanitarja.
Prekawzjonijiet li 
għandhom 
jittieħdu.
25. Kull persuna li tkun qed iġġorr xi żibel jew materjal ieħor
li jħalli riħa ħażina f’xi triq għandha, waqt u matul il-ħin kollu ta’
4 L.S.10.05 ħ TNEĦĦIJA TA’ ŻIBEL U ĦMIEĠ TAD-DRENAĠĠ
dak il-ġarr, tieħu dawk il-prekawzjonijiet li jistgħu jkunu
raġonevolment meħtieġa, fl-opinjoni ta’ l-Awtorità  Sanitarja, biex
timpedixxi l-ħruġ ta’ rwejjaħ li jagħmlu ħsara jew li jdejqu minn
dak iż-żibel jew materjal ieħor.
Żibel użat għal 
għanijiet ta’ 
agrikultura.
26. Kull persuna li, għal għanijiet ta’ agrikultura, jew għanijiet
oħra, tiddepożita jew iġġiegħel li jiġi depożitat fuq xi artijiet jew
bini li jkunu viċin post abitat jew triq pubblika xi żibel li jkun
tneħħa minn xi loki, jew minn xi reċipjent li jintuża f’konnessjoni
ma’ xi loki u li ma jkunx ġie effettivament iddiżinfettat għandha,
bl-għaġġla kollha raġonevoli, tara li taħrat jew tgħażaq dak iż-żibel
fl-art, jew iġġigħel li dak iż-żibel jitgħatta minn saff suffiċjenti ta’
ħamrija, rmiet jew sustanza oħra li tkun tajba għal dak il-għan, jew
għandha tieħu dawk il-prekawzjonijiet l-oħra kif ikun meħtieġ, fl-
opinjoni ta’ Awtorità  Sanitarja, biex timpedixxi li minn dak iż-żibel
joħorġu rwejjaħ u ħwejjeġ oħra li jdejqu jew jagħmlu ħsara.
Demel tal-baqar. 27. Il-persuna li tokkupa xi post ma tistax tiddepożita d-demel
ta’ xi baqar f’tali post jew b’tali mod li jniġġes xi ilma provdut
għall-użu, jew li x’aktarx jintuża, mill-bniedem għax-xorb jew għal
għanijiet domestiċi, jew biex jiġi maħdum xorb għall-użu tal-
bniedem, jew xi ilma li jintuża jew li x’aktarx jintuża f’razzett.
Tneħħija ta’ demel. 28. Kull persuna li tokkupa bini jew post f’post abitat, li fih
jew fuqu jinżammu xi żiemel jew bhima tal-ġarr jew ta’ tagħbija
jew xi baqar jew qżieqes għandha tara li d-demel li jiġi prodott
f’dak il-post jiġi mneħħi tliet darbiet fil-ġimgħa fix-xhur ta’ Ġunju,
Lulju, Awissu u Settembru, u darbtejn fil-ġimgħa fix-xhur l-oħra,
sakemm, f’każijiet speċjali, Awtorità  Sanitarja ma tordnax li it-
tneħħija ta’ dak id-demel issir aktar ta’ spiss.
A.P. ta’ l-
20.9.1901,
A.P. 99 ta’ l-1930,
A.P. 14 ta’ l-1931,
konsolidati.
SKEDA
(Regolament 6)
Ħinijiet u ġranet għall-ġbir ta’ skart 
Minn djar sal-11.00a.m
  1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru  4.00p.m sal- 
5.30p.m
1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu 2.00p.m sat-
3.30p.m
Minn
ħwienet
1ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar 7.00a.m sad-
9.30a.m
1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru 7.30a.m sad-
9.00a.m
