RAPPORT TA’ ANNIMALI LILL-PULIZIJA ġ L.S.10.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.07
REGOLAMENTI DWAR RAPPORT TA’ 
ANNIMALI LILL-PULIZIJA
15 ta’ Lulju, 1921
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 194 ta’ l-1921, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 118 ta’ l-1923.
Titolu.
Rapport ta’ Annimali lill-Pulizija.
Rapport ta’ 
annimali.
Sostitwit:
N.G. 118 ta’ l-
1923.
2. Sidien ta’ baqar, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer, żwiemel u
bgħula għandhom, matul l-ewwel sitt ijiem tax-xahar ta’ Jannar ta’
kull sena u, fil-każ ta’ ħniezer matul l-ewwel sitt ijiem tax-xahar ta’
Lulju ta’ kull sena wkoll, jirrappurtaw lill-ogħla uffiċjal tal-Pulizija
li jservi fl-eqreb Għassa tal-Pulizija tad-distrett, in-numru ta’ dawn
l-annimali fil-pussess tagħhom u jgħidu fejn iżommuhom u, fil-każ
ta’ baqar u bgħula, jispeċifikaw is-sess u n-nisel.
Żidiet u tnaqqis.
ukoll b’xiri, u kull tnaqqis, sew b’bejgħ jew mewt jew qatla,
għandhom ukoll jiġu rrapportati; kull annimal mibjugħ għall-qatla
għandu jiġi kunsidrat bħala maqtul, u annimali li, fil-ġranet fuq
imsemmija, għad ma jkollhom xahar ma għandhomx jingħaddu.
Rapport wieħed 
biss meħtieġ.
4. Huwa biżżejjed li r-rapport isir jew mis-sid jew mill-
persuna li tkun qed tieħu ħsieb, iżda ebda persuna ma tiġi skużata
għar-raġuni li kienet ħasbet, bi żball, li r-rapport kien ser isir minn
persuna oħra.
Kontravvenzjo-
nijiet.
5. Is-sid jew il-persuna li tieħu ħsieb, skond kif ikun l-każ, li
jonqos milli jagħmel ir-rapporti msemmija fir-regolamenti 2 u 3 ta’
dawn ir-Regolamenti, jew li jagħmel rapport falz jew ħażin jeħel,
meta jinstab ħati, il-pieni stabbiliti għall- kontravvenzjonijiet.
