 TINDIF TAL-FOSSOS ġ L.S.10.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.08
REGOLAMENTI DWAR IT-TINDIF
TAL-FOSSOS
29 ta’ Settembru, 1921
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 270 ta’ l-1921, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 339 ta’ l-1924, 34 ta’ l-1925 u 23 ta’ l-1929;
u bl-Att XIV ta’ l-1969.
Titolu.
Tindif tal-Fossos.
Liċenza.
Emendat:
XIV. 1969.19.
L.S. 10.05
2. It-tindif ta’ fossos għandu jsir minn persuni liċenzjati għal
hekk mid-Dipartiment tas-Saħħa skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 23 tar-Regolamenti dwar it-Tneħħija ta’ Żibel u Ħmieġ
tad-Drenaġġ.
Sistema li għandu 
jintuża.
Emendat:
XIV. 1969.19.
3. Il-fossos għandhom jitnaddfu permezz tas-sistema
pnewmatiku li ma jħallix rwejjaħ jew b’xi sistema ieħor approvat
mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Apparat.
tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, u numru ta’
bċejjeċ ta’ apparat irid ikun biżżejjed biex jiżgura li x-xogħol
jitkompla mingħajr waqfien.
Tindif ta’ fossos.
Emendat:
XIV. 1969.19.
5. It-tindif, il-ġarr u kif u fejn jiddisponu mid-drenaġġ, u kull
xogħol ieħor konness ma’ dan is-servizz, għandu jsir skond l-
ordnijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa.
L-ogħla dritt.
L.S. 10.05
6. L-ogħla dritt li l-pubbliku jkollu jħallas ma għandux ikun
aktar minn dak preskritt fir Regolamenti dwar it-Tneħħija ta’ Żibel
u Ħmieġ tad-Drenaġġ.
Sospensjoni tal-
liċenza.
7. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jkollu s-setgħa li
jissospendi l-liċenza jekk il-kondizzjonijiet jew direttivi konnessi
magħha ma jiġux osservati.
Validità  tal-
liċenza.
8. Il-liċenza tkun valida għal sena.
