ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
SPIRITUŻI (LIĊENZI, BONORDNI U DIĊENZA PUBBLIKA) ġ L.S.10.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.09
REGOLAMENTI DWAR ĦWIENET GĦALL-
BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
SPIRITUŻI (LIĊENZI, BONORDNI U DIĊENZA 
PUBBLIKA)
18 ta’ Ottubru, 1929
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 392 ta’ l-1929 kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 418 ta’ l-1932, 9 u 175 ta’ l-1934, 336 ta’ l-
1935, 191 ta’ l-1939, 127 ta’ l-1944, 123 ta’ l-1946, 62 u 90 ta’ l-1948, u
608, 722 u 828 ta’ l-1949; bl-Avvizi Legali: 64 ta’ l-1964 u 92 ta’ l-1969;
bl-Att XIV ta’ l-1969; u bl-Avviżi Legali 147 ta’ l-1993 u 31 ta’ l-2002; u
kif adattata bl-Atti XXVII ta’ l-1970 u XXXIII ta’ l-1974.
Titolu.
Miżjud:
A.L. 92 ta’ l-1969.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Ħwienet għall-Bejgħ ta’ l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi
(Liċenzi, Bonordni u Diċenza Pubblika).
Applikabbiltà .
jinbiegħu nbid, birra, jew likuri spiritużi sabiex jinxtorbu fil-ħanut
stess jew li jinbiegħu f’daqsijiet ta’ anqas minn flixkun sħiħ.
Liċenzi
Liċenzi.
jew likuri spiritużi għandhom jintbagħtu lill-Kummissarju tal-
Pulizija.
Ħruġ ta’ liċenza.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1969;
XIV. 1969.19.
4. (1) Il-liċenza għall-bejgħ ta’ nbid, birra jew likuri spiritużi
tista’, bil-kunsens tal-Prim Ministru, tingħata lil kull persuna li
għandha l-età,  kemm il-darba - 
(a) il-Kummissarju tal-Pulizija ma jidhirlux li għandu
jirrifjuta l-applikazzjoni fuq xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet:
(i) li l-kondotta tar-rikorrent, jew tal-mara jew tar-
raġel tar-rikorrent;
(ii) li n-numru ta’ ħwienet b’dik l-istess liċenza
f’dawk l-inħawi huma biżżejjed għall-bżonnijiet
tal-pubbliku ;
(iii) li l-post li għalih tintalab l-liċenza jkun qiegħed,
skond il-qies stabbilit mill-Kummissarju tal-
Pulizija, fil-qrib ta’ knisja;
(iv) li dan il-post, skond il-qies stabbilit mill-
Kummissarju tal-Pulizija, ikun qiegħed fil-qrib
ta’ ħwienet oħra b’liċenza għall-bejgħ ta’ xorb
ieħor mhux spirituż;
(v) li l-post ikun imniffed ma’ dar ta’ abitazzjoni;
(b) it-talba ma tiġix opposta mid-Dipartiment tas-Saħħa
għal raġunijiet sanitarji;
(ċ) it-talba ma tiġix opposta minn dawk il-ġirien li
għandhom djarhom sa tmintax-il metru bogħod mill-
2 L.S.10.09 ħ ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
ħanut li għalih issir l-applikazzjoni. 
(2)  Kull meta l-Prim Ministru jidhirlu illi f’area partikolari
hemm ħwienet biżżejjed għall-bżonnijiet xierqa tal-pubbliku, il-
Prim Ministru jkollu s-setgħa li jordna li ma jingħatawx iżjed
liċenzi f’dik l-area sakemm jingħataw ordnijiet oħra.
Tiġdid ta’ liċenzi.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1969;
XIV.1969.19.
5. Il-liċenzi li jingħataw skond ma hu msemmi hawn fuq
jiġġeddu kull sena, kemm il-darba -
(a) it-talba għat-tiġdid tal-liċenza tista tiġi opposta, fil-
fehma tal-Kummissarju tal-Pulizija, għal xi waħda
minn dawn ir-raġunijiet:
(i) li fil-post bil-liċenza ma jkunux ġew mħarrsa r-
regolamenti dwar il-liċenzi;
Kap. 10.
(ii) minħabba l-kundanna ta’ min għandu l-liċenza
għal xi waħda mill-kontravvenzjonijiet
msemmija fl-artikoli 184, 185, 188, 189 u 193
tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija jew ta’ fl-
artikoli 3, 9, 10, 112, 116, 120 u 123 ta’ l-
Ordinanza dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u
Ilma tax-Xorb*;
(iii) minħabba il-kondotta ta’ min għandu l-liċenza,
jew tal-mara jew tar-raġel ta’ min għandu l-
liċenza tul l-aħħar tnax-il xahar;
(iv) minħabba li l-post, li għalih tkun ġiet mogħtija l-
liċenza, jiġi mitluq;
(v) minħabba li l-post kien ġeneralment miżmum
ħażin;
(b) li jkun hemm opposizzjoni mid-Dipartiment tas-Sanità
għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(i) minħabba t-traskuraġni fl-istat u l-
prekawzjonijiet sanitarji;
(ii) minħabba bejgħ ta’ likuri adulterati jew ħwejjeġ
ta’ l-ikel li ma humiex tajbin għall-ikel;
(ċ) ma jkunx hemm opposizzjoni, għal raġunijiet li l-Prim
Ministru jidhirlu xierqa, mill-ġirien li għandhom
djarhom sa tmintax-il metru bogħod mill-ħanut.
Tħassir ta’ liċenza. 6. Il-Kummissarju tal-Pulizija, meta jidhirlu li l-persuna li
għandha l-liċenza tkun qegħdha tmexxi ħażin il-ħanut jew tkun
ħatja ta’ reat gravi, jista’ jitlob li titħassar il-liċenza, matul is-sena
li għaliha l-liċenza tkun valida. Il-Bord Konsultattiv dwar il-
Liċenzi tal-Pulizija jista’ jirrakkomanda li l-liċenza tiġi mħassra.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
7. (1) Il-liċenzi kollha taħt dawn ir-Regolamenti jkunu
personali, u ebda liċenza bħal din ma tista tiġi trasferita ħlief bil-
permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. Kull trasferiment li jsir
mingħajr ma jkun hekk awtorizzat jagħti lok għat-telf tal-liċenza.
(2) Ebda talba għat-trasferiment totali jew parzjali ta’ liċenża
*Imħassra bl-Att XL ta’ l-1972 (Kap. 231).
ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
SPIRITUŻI (LIĊENZI, BONORDNI U DIĊENZA PUBBLIKA) ġ L.S.10.09 3
ma tiġi milqugħa mill-Kummissarju tal-Pulizija ħlief meta jkun
soddisfatt li ma hemm ebda opposizzjoni, għal raġunijiet xierqa,
mill-ġirien li d-dar tagħhom tkun sa tmintax-il metru l-bogħod mill-
ħanut, għall-persuna li lilha l-liċenza tkun ser tiġi trasferita, jew l-
imseħbin tagħha.
(3) Meta l-liċenza tiġi mitluba minn iżjed minn persuna waħda,
l-liċenza tista’ tinħareġ f’isem ta’ wieħed minnhom biss illi, għall-
finijiet tal-liġi, jitqies bħala l-persuna li għandha l-liċenza.
(4) Ebda applikazzjoni għat-trasferiment personali ta’ liċenza
ma tiġi konsiderata fiż-żmien illi jkunu qed jitmexxew proċeduri
kriminali kontra l-persuna li jkollha l-liċenza.
Liċenzi 
temporanji.
Emendat:
N.G. 828 ta’ l-
1949.
Kap. 128.
8. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti liċenzi provviżorji
għall-bejgħ bl-imnut ta’ likuri spiritużi, fi ġranet ta’ festi, wirjiet,
tiġrijiet, jew ġemgħat speċjali ta’ nies, wara li jkun tħallas id-dritt
xieraq preskritt skind l-Att dwar il-Liċenzi tal-Pulizija.
Trasferiment ta’ 
liċenzi minn ħanut 
għal ieħor.
9. Applikazzjonijiet għat-trasferiment ta’ liċenza minn ħanut
għal ieħor fl-istess belt jew raħal jiġu deciżi mill-Kummissarju tal-
Pulizija:
Iżda, meta ssir opposizzjoni mill-ġirien jew għal xi raġuni
oħra speċjali li l-Kummissarju tal-Pulizija jidhirlu li hija
raġonevoli, applikazzjoni bħal dik tiġi meqjusa bl-istess mod bħal
applikazzjoni għal liċenza ġdida.
Liċenza biex jiġi 
servut inbid u 
birra.
10. Il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jagħti liċenzi
lil detenturi bona fidi ta’ ristoranti, biex jkunu jistgħu jservu nbid u
birra lill-parruċċani waqt l-ikel:
Iżda, l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jħassar,
f’kull żmien matul is-sena, liċenzi maħruga taħt dan ir-regolament
jekk, fil-fehma tiegħu, il-post ikun miżmum ħażin jew minħabba li
ma jkunux qegħdin jiġu mħarrsa il-kondizzjonijiet imposti fil-
liċenza.
Ebda likuri 
spiritużi f’post 
mhux liċenzjat.
11. Ebda persuna bil-liċenza għall-bejgħ ta’ nbid u birra, jew
għall-bejgħ ta’ ndid jew ta’ birra, ma tista żżomm fil-ħanut, li
għalih tkun mogħtija l-liċenza, likuri spiritużi li għalihom ma
jkollhiex liċenza.
Lukandi.
(2) ta’ dan ir-regolament, ir-regolamenti fuq imsemmija ma
jgħoddux għal dawk il-ħwienet li, skond il-fehma tal-Kummissarju
tal-Pulizija, jagħmlu parti minn post użat bona fidi bħala lukanda.
(2) Ir-regolament 11 għandu jgħodd ukoll għal postijiet użati
bona fidi bħala lukandi.
Tifsir ta’ “ ġirien”.
jew id-detentur, jew, meta d-dar tkun battala, is-sid tad-dar, jew,
f’każ ta’ familja, l-kap tal-familja li tgħix fid-dar; u fil-każ ta’
bibljoteka, skola, każin, uffiċċju jew istitut, ir-rappreżentant
rispettiv tagħhom.
4 L.S.10.09 ħ ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
Biex jinżamm l-ordni u d-diċenza pubblika
Ebda persuna ma 
għandha tibqa fil-
ħanut wara l-
ħinijiet ta’ l-
egħluq.
14. Ebda persuna li jkollha liċenza taħt dawn ir-Regolamenti
ma għandha xjentement tippermetti lil ebda persuna oħra, li ma
tkunx regolarment impjegata fil-ħanut, ħlief jekk dak il-ħanut hu,
fil-fehma tal-Kummissarju tal-Pulizija, użat bona fidi bħala
lukanda, li tibqa fil-ħanut fil-ħinijiet li dan għandu jinżamm
magħluq; l-anqas ma għandha tħalli li jingħata ebda xorb, bil- ħlas
jew b’xejn, matul dawk il-ħinijiet.
Membri tal-Forzi 
Armati.
Miżjud:
N.G. 191 ta’ l-
1939.
15. Ebda persuna li għandha liċenza taħt dawn ir-Regolamenti
ma għandha xjentement tħalli lil xi persuna tal-Forzi Armati ta’
Malta tidħol jew tibqa fil-post liċenzjat jekk il-persuna li jkollha l-
liċenza tkun rċeviet ordni għaldaqshekk mill-Kummissarju tal-
Pulizija.
Impjegati nisa.
Emendat:
N.G. 722 ta’ l-
1949;
N.G. 828 ta’ l-
1949.
16. (1) Ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu mħarrsa fil-ħwienet
tax-xorb meta, minbarra l-mara tal-persuna li jkollha l-liċenza jew
il-persuna li jkollha l-liċenza stess, jekk tkun mara, jkun hemm nisa
mpjegati fihom bħala impjegati nisa:
(a) l-impjegati nisa ma jistgħux ikunu ta’ età  anqas minn
wieħed u għoxrin sena u għandhom ikunu reġistrati
regolarment u bil-liċenza;
(b) għandhom jilbsu uniformi u midalja ta’
identifikazzjoni kif jiġi ordnat mill-Kummissarju tal-
Pulizija;
(ċ) fil-ħinijiet tax-xogħol, l-persuna li jkollha l-liċenza
għandha tissorvelja kif imiss lill-impjegati nisa, u hija
responsabbli għall-imġieba morali tagħhom;
(d) il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati nisa dwar
pagi, alloġġ, manteniment u ħinijiet tax-xogħol huma
suġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissarju tal-
Pulizija;
(e) in-numru ta’ l-impjegati nisa huwa regolat mill-
Kummissarju tal-Pulizija. Fl-ebda każ ma jista’ jkun
iżjed minn waħda għal kull disa’ metri kwadri u nofs
tal-wiċċ ta’ l-art. Il-persuna li jkollha l-liċenza ma
għandhiex tħaddem impjegati nisa jekk ma jkollhiex
liċenza għal hekk mingħand il-Kummissarju tal-
Pulizija;
(f) l-impjegati nisa ma jistgħux jitħallew jitnikkru fil-bieb
jew fl-inħawi tal-ħanut, u ebda mara, meta ma tkunx
irreġistrata taħt dawn ir-Regolamenti, ma tista’
titnikker ġewwa l-ħanut jew fil-bieb jew fl-inħawi tal-
ħanut;
(g) il-wejters fil-ħwienet fejn ikun hemm impjegati nisa
għandhom ikunu reġistrati u għandhom ikollhom
liċenza, u l-persuna li jkollha l-liċenza tal-ħanut hija
responsabbli ukoll għall-imġieba tajba ta’ dawn il-
wejters. Dawn il-wejters għandhom jilbsu midalja ta’
identifikazzjoni mogħtija mill-Kummissarju tal-
Pulizija;
ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
SPIRITUŻI (LIĊENZI, BONORDNI U DIĊENZA PUBBLIKA) ġ L.S.10.09 5
(h) il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jagħti
liċenzi għall-impieg ta bona fidi artisti rġiel jew artisti
nisa skond dawk il-kondizzjonijiet li huwa jqis
meħtieġa li jagħmel f’kull każ. Kull artist jew artista
għandhom ikunu reġistrati u bil-liċenza u għandhom
jilbsu midalja ta’ identifikazzjoni mogħtija mill-
Kummissarju tal-Pulizija;
(i) fil-każ ta’ lukandi bil-liċenza għall-bejgħ ta’ nbid,
birra jew likuri spiritużi, jista’ jingħata permess għall-
impieg ta’ impjegati nisa jekk, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, il-post ikun użat bona fidi
bħala lukanda;
(j) il-liċenza ta’ impjegata mara, wejter, artisti nisa jew
rġiel, tista’ tiġi mħassra jew miżmuma mill-
Kummissarju tal-Pulizija għall-ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti jew jekk fil-fehma tiegħu l-impjegata
mara, wejter, artist jew artista ikunu offendew il-
moralità  pubblika, l-imġieba tajba jew id-diċenza
pubblika fil-ħinijiet tax-xogħol jew wara.
Wejters u kaxxiera 
nisa.
Miżjud:
N.G. 418 ta’ l-
1932.
Imħassar:
N.G. 9 ta’ l-1934.
Miżjud:
N.G. 123 ta’ l-1946
17. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti ukoll permess biex
ikunu mpjegati fil-ħanut wejters u kaxxiera nisa bona fidi f’dak in-
numru u b’dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa f’kull każ. Il-
permess li jingħata jista’ jiġi rtirat f’kull żmien jew il-
kondizzjonijiet ta’ dak il-permess jitbiddlu kull meta jidhirlu l-
Kummissarju tal-Pulizija.
Minuri.
Miżjud:
N.G. 62 ta’ l-1948.
18. Ebda persuna li jkollha liċenza taħt dawn ir-Regolamenti
ma għandha tħalli tfal taħt is-sittax-il sena li jidħlu jew jitnikkru
fil-bieb ta’ ebda bar jew lok ieħor fejn ikun hemm impjegati nisa
jew artisti, u lanqas ma jkunu jistgħu tfal ta’ dik l-età  jidħlu jew
jitnikkru fil-bieb ta’ dawk il-bars jew postijiet, u għandhom jobdu
l-ordnijiet mogħtija minn membru tal-Pulizija sabiex iwarrbu minn
dawk l-inħawi.
Meta min jkollu l-
liċenza tkun armla.
Emendat:
N.G. 828 ta’ l-
1949.
19. Meta l-persuna li jkollha l-liċenza tkun armla, l-
Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti permess lil mhux iżjed minn
mara waħda biex tgħina fit-treggija tal-ħanut, sew jekk dik il-mara
jkollha jew ma jkollhiex interess fil-ħanut:
Iżda kull liċenza għal hekk hi mogħtija mill-Kummissarju
tal-Pulizija lill-persuna li jkollha l-liċenza tal-ħanut, u li l-liċenza
tista’, fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, tiġi minnu
rtirata.
Impieg ta’ persuni 
ta’ kondotta tajba.
20. Ebda persuna bil-liċenza ma tista’ xjentement timpjega fil-
ħanut tagħha persuna li lilha tkun ġiet irrifjutata liċenza taħt dawn
ir-Regolamenti jew ma tkunx ta’ kondotta tajba.
Impieg ta’ sostitut 
jew rappresentant.
Emendat:
A.L. 147 ta’ l-
1993.
21. Ebda persuna bil-liċenza ma tista’ timpjega persuna oħra
biex tagħmel flokha jew bħala rappresentanti tagħħa mingħajr il-
permess bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija.
6 L.S.10.09 ħ ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
Daqq ta’ mużika.
Emendat:
N.G. 90 ta’ l-1948;
N.G. 608 ta’ l-
1949;
A.L. 31 ta’ l-2002.
22. (1) Ebda persuna bil-liċenza ma għandha tħalli fil-lokal
tagħha min jdoqq strumenti mużikali jew id-daqq ta’ xi mużika
reġistrata b’xi mod li jkun, jew l-amplifikazzjoni ta’ dik il-mużika
b’xi mezz elettroniku, elettriku jew ieħor, mingħajr il-permess tal-
Pulizija.
(2) Dan il-permess speċjali ma għandux jingħata mill-Pulizija
jekk issir xi oġġezzjoni għalih mingħand xi ħadd mill-ġirien li d-
dar tiegħu tinsab sa bogħod ta’ tmintax-il metru mill-ħanut li għalih
jintalab il-permess għal raġunijiet li jitqiesu xierqa mid-Direttur
tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Kummissarju tal-Pulizija u t-Tabib
Prinċipali tal-Gvern, jew l-uffijali li jkunu qegħdin jagħmulha
minflokhom.
Disturb lill-ġirien. 23. Ebda persuna bil-liċenza ma għandha tħalli fil-ħanut, la
b’inhar u lanqas bil-lejl, kant jew ħsejjes li jistgħu jdejqu jew b’xi
mod ieħor jiddisturbaw lill-ġirien, u hija għandha tibgħat ’l barra
mill-ħanut lil kull min ikun xurban, jew li bi kliem, b’ġesti jew
xort’oħra juri li jrid iqajjem storbju.
Makni awtomatiċi 
tal-mogħdija taż-
żmien.
Emendat:
A.L. 64 ta’ l-1964.
24. Ebda persuna bil-liċenza taħt dawn ir-Regolamenti ma
tista’ jżżomm makna awtomatika tal-mogħdija taż-żmien jew tħalli
li tinżamm makna fil-post liċenzjat:
Izda l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti permess biex
tinżamm makna awtomatika tal-mogħdija taż-żmien -
(a) jekk, fil-fehma tiegħu, l-post liċenzjat ikun xieraq u
jkun immexxi kif imiss u l-element ta’ kapacità
jippredomina fil-logħba maħsuba b’dik il-makna; u
(b) jekk il-logħba tinlagħab billi tintefa’ fil-makna munita
jew muniti u lagħab rebbieħ la jirċievi u lanqas ma jiġi
mogħti xi benefiċċju jekk mhux jew l-opportunità
mogħtija bil-mekkaniżmu awtomatiku tal-makna biex
jerġa’ jilgħab il-logħba mingħajr ma jitfa’ munita oħra
jew li jirċievi bil-mekkaniżmu awtomatiku tal-makna,
bħala riżultat tal-logħob tiegħu, rigal jew rigali mhux
bi flus minn ġewwa l-makna ta’ valur li, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, wara li jittieħed kont ukoll
tal-mogħdija taż-żmien mogħtija bil-logħob tal-
logħba, ma jkunx sproporzjonat għal kollox għall-
munita jew muniti mitfugħa fil-makna għal kull logħba
li tintlab.
Atti kontra l-liġi 
jew il-morali.
25. Ebda persuna bil-liċenza ma għandha tħalli li fil-ħanut
isiru ħwejjeġ kontra l-liġi jew il-morali.
Tniffid bejn 
postijiet liċenzjati 
u mhux liċenzjati.
Emendat:
XIV. 1969.19.
26. Ebda persuna bil-liċenza ma għandha tagħmel jew tuża,
mingħajr awtorizzazzjoni xierqa, xi komunikazzjoni minn ġewwa
bejn post bil-liċenza w ieħor mingħajr liċenza, jew tagħmel fil-
ħanut tibdil kuntrarju għall-ordnijiet mogħtija mill-Pulizija jew
mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Kopja tal-liċenza. 27. Kull persuna bil-liċenza taħt dawn ir-Regolamenti għandha
tqiegħed ġewwa gwarniċ u f’post fejn tidher sewwa fil-ħanut kopja
ta’ kull liċenza jew permess mogħtija lilha mill-Pulizija dwar il-
ħanut, kif ukoll kopja stampata ta’ dawn ir-Regolamenti.
ĦWIENET GĦALL-BEJGĦ TA’ L-INBID, BIRRA JEW LIKURI 
SPIRITUŻI (LIĊENZI, BONORDNI U DIĊENZA PUBBLIKA) ġ L.S.10.09 7
Ksur tar-
regolamenti.
Emendat:
N.G. 127 ta’ l-
1944;
A.L. 92 ta’ l-1969.
28. Għal kull kontravvenzjoni għal dawn ir-Regolamenti jew
għal liġijiet jew regolamenti oħra li jgħoddu għal ħwienet ta’ nbid u
spiriti, l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna l-egħluq ta’ dawn il-
ħwienet ta’ l-inbid u l-ispirti għal żmien mhux iżjed minn sebat
ijiem, jew, bil-kunsens tal-Prim Ministru, għal żmien itwal iżda
mhux iżjed minn xahar, minbarra kull piena mogħtija jew li tista’
tingħata lill-ħati skond il-liġi.
