BINI TA’ DJAR U DRENAĠĠI ġ L.S.10.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.11
REGOLAMENTI DWAR IL-BINI TA’ DJAR
U DRENAĠĠI
21 ta’ Marzu, 1934
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 110 ta’ l-1934, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 318 ta’ l-1935, 165 ta’ l-1936 u 579 ta’ l-
1939.
Titolu.
Bini ta’ Djar u Drenaġġi.
Tgħaqqid ta’ asfalt.
Kap. 10.
2. Is-saff ta’ asfalt imsemmi fl-artikolu 97 tal-Kodiċi tal-
Liġijiet tal-Pulizija għandu jkollu l-ħxuna ta’ mill-anqas punt
disgħa ħamsa ċentimetri u għandu jkun magħmul minn żift maħlul
bis-sħana u ramel oħxon imħalltin b’mod li jissodisfa l-Awtorità
Sanitarja; il-għoli mit-triq tal-wiċċ ta’ fuq ta’ dan is-saff ta’ asfalt,
illi, fil-każ ta’ ħitan li jmissu mat-triq, għandu jkun mill-anqas
għaxra punt wieħed sitta ċentimetri mil-livell ta’ l-istess triq,
għandu jitqies mill-invell tat-triq li, f’kull każ, jiġi stabbilit mid-
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Tgħaqqid ta’ 
konkos ta’ siment 
idrawliku.
Kap. 10.
3. Il-konkos ta’ siment idrawliku msemmi fl-artikolu 97 (ċ)
(iii) tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija għandu jsir kif sejjer jingħad
hawn: minn tmien partijiet ta’ żrar tal-ġebel tal-qawwi, tlieta ta’ ġir
u tlieta ta’ porċellana ħamra rumana; inkella minn erba’ partijiet ta’
żrar ta’ ġebel tal-qawwi, parti waħda siment ta’ Portland u żewġ
partijiet ta’ ramel. F’kull każ is-saff għandu jkun ta’ ħxuna ta’ mill-
anqas għaxra punt wieħed sitta ċentimetri.
Ventilaturi.
biex tidħol u toħroġ l-arja. Dawn il-ventilaturi għandhom flimkien
ikollhom fetħa ta’ mhux anqas minn sitta punt ħamsa ċentimetri
kwadri għal kull sitta punt wieħed metri ta’ spazju kubu, u
għandhom jinbnew b’dak il-mod u jitqiegħdu f’dik in-naħa kif
tordna l-Awtorità  Sanitarja.
Loġoġ.
Sostitwit:
N.G. 318 ta’ l-
1935.
5. (1) Il-loġoġ biswit twieqi jew bibien li jservu biex jagħtu
dawl lil kamra ma għandhomx ikunu fondi iżjed minn wieħed punt
tnejn metri, ħlief f’xi każijiet speċjali. Il-ġenb tagħhom ta’ barra
għandu jkun mill-anqas wieħed punt tmienja metri wiesa’ u miftuħ
għal kollox u ma għandux ikun hemm fih tilari fissi biex jitqiegħdu
ta’ ħġieġ jew partizzjonijiet oħra, u jekk dawn il-loġoġ ikunu
mibnija f’għamla ta’ ħnejja, l-quċċata tal-ħnejja ma għandhiex tkun
iżjed minn punt tlieta metri ’l isfel mis-saqaf.
(2) Il-bibien u t-twieqi li jagħtu għal loġġa għandhom jkollhom
mill-anqas wieħed punt żero sitta metri wisa’ u l-għoli tagħhom
għandu jasal mhux iżjed minn punt sitta metri ’l isfel mis-saqaf.
(3) Ma jistax ikun hemm loġoġ biswit twieqi jew bibien li
jservu għad-dawl ta’ kamra, meta dawn ikunu jagħtu għal bitħa ta’
ġewwa, ħlief f’każijiet speċjali approvati mill-Bord Mediku.
Lokijiet.
2 L.S.10.11 ħ BINI TA’ DJAR U DRENAĠĠI
tiegħu ħajt għal barra b’tieqa ta’ mhux anqas minn sittin ċentimetru
bi tletin ċentimetru, bla ma jitqies it-tilar, u għandu jkun ivventilat
b’żewġ ventilaturi b’fetħa daqs mhux anqas minn sitta punt erba’
ħamsa ċentimetri kwadri għal kull sitta punt wieħed metri ta’
spazju kubu.
Gabinett. 7. Ebda gabinett ta’ loki ma għandu jkun jinfed dritt ma’
kamra, iżda għandu jkun dejjem mifrud mill-kmamar bi spazju
vventilat biżżejjed.
Friskatur 
b’serpentina.
8. Il-loki għandu jkollu friskatur b’serpentina magħmul minn
materjal li ma jixrobx u ta’ għamla msejħa wash down, u s-
serpentina u l-friskatur għandhom ikunu biċċa waħda.
Sedili magħmulin 
kaxxa.
9. Ma jistgħu jiġu qatt użati sedili magħmulin kaxxa, iżda
għandhom jiġu wżati sedili li jistgħu jintrefgħu jew tal-ġebel
issimentat tajjeb.
Fossos. 10. Kull fossa għandha tkun imħaffra fit-triq f’bogħod ta’ mill-
anqas punt sitta metri mill-ħajt tat-triq; għandha tkun imkaħħla
b’tajn tas-siment u bil-ġir u mgħottija tajjeb b’saqaf tal-ħnejjiet
magħmulin troll.
Bini tat-troll. 11. Fil-bini ta’ dan it-troll u meta l-fossa għandha tinkesa bil-
ġebel, it-tqegħid ta’ dan il-ġebel għandu jsir b’tajn tal-porċellana
ħamra rumana u bil-ġir, u l-ħitan kollha għandhom jigħattew b’saff
ta’ konkos tajjeb u sħiħ ta’ mill-anqas ħmistax-il ċentimetru ħxuna.
Sfog għall-arja ta’ 
barra.
12. Kull fossa għandu jkollha sfog għall-arja ta’ barra permezz
ta’ kannen tal-ħadid jew ta’ katusi tal-fuħħar ivverniċjat, ta’ mill-
anqas seba’ punt sitta ċentimetri ta’ djametru minn ġewwa,
imwaħħlin mal-ħajt tat-triq u mgħollijin f’għoli u b’mod li,
sakemm jista’ jkun, ma jħallux irwejjaħ ħżiena joħorġu minn dawk
il-kannen għal ġewwa bini fil-qrib.
Fetħa.
Sostitwit:
N.G. 165 ta’ l-
1936.
13. Kull fossa għandu jkollha fetha għat-taħmil ta’ tnejn u
għaxrin punt tmienja ċentimetri kwadri, u, jekk jista’ jkun, għandha
tkun magħmula fuq il-bankina u magħluqa b’għatu tal-ħadid jew ta’
materjal ieħor approvat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Katusi tajba.
Emendat:
N.G. 579 ta’ l-
1939.
14. (1) Fil-bini ta’ kull drenaġġ għandhom jiġu wżati katusi
tajba tal-fuħħar ivverniċjat jew tal-ħadid.
(2) Il-katusi tal-fuħħar ivverniċjat użati sabiex minnhom
jgħaddi l-materjal maħmuġ tal-loki, l-ilma tal-ħasil jew ilma
maħmuġ ieħor għandhom ikunu skond il-British standard
specification u għandhom iġibu l-isem jew it-trade mark tal-
fabbrikant impressi fuqhom qabel ma jiġu moħmija.
Katusi. 15. Il-katusi kollha mibnija jew li jservu sabiex minnhom
jgħaddi l-materjal maħmuġ tal-loki, ilma tal-ħasil jew ilma
maħmuġ ieħor, għandhom ikollhom djametru minn ġewwa ta’ mill-
anqas għaxra punt wieħed ċentimetri, u għandhom jiġu mqiegħdin
b’pendil uniformi u b’minċotti li minnhom ma jnixxix l-ilma. Il-
meded tal-katusi għandhom jitqiegħdu fuq sodda sħiħa ta’ konkos
tajjeb.
Katusi ta’ drenaġġ. 16. Il-katusi ta’ drenaġġ għaddejjin minn taħt l-art għandhom
jitqiegħdu linja dritta, b’pendil wieħed minn tarf sa tarf ta’ mhux
anqas minn wieħed kull erbgħin u, jekk ma jkunux katusi tal-ħadid
BINI TA’ DJAR U DRENAĠĠI ġ L.S.10.11 3
iżda katusi magħmulin minn materjal ieħor, għandhom ikunu
mdawrin u mgħottijin għal kollox b’konkos tajjeb u sħiħ, mhux
anqas minn ħmistax punt tnejn ċentimetri ħxuna mad-dawra kollha.
Dawn il-katusi għandhom ikollhom mezzi biżżejjed sabiex wieħed
jista’ jilħaqhom fi bnadi xierqa fil-beraħ.
Katusi weqfin.
katusi minduda u, kull meta jista’ jkun, għandhom jitwaħħlu ’l
barra mill-bini, u għandhom jittellgħu dritt ’il fuq mingħajr
tagħwiġ jew imniekeb, barra minn meta ma jistax isir mod ieħor, u
mingħajr tnaqqis fid-djametru tagħhom, sa dak l-għoli u b’dak il-
mod kif jiġi ordnat mill-Awtorità  Sanitarja.
Katusi li jkunu 
jinfdu ma’ drenaġġ 
pubbliku.
18. Il-katusi li jkunu jinfdu ma’ drenaġġ pubbliku jew ma’
fossa għandhom ikollhom sifun tajjeb li jaqta’ d-drenaġġ tad-dar
mid-drenaġġ pubbliku jew fossa, f’pont ’il bogħod kemm mill-bini
u qrib kemm jista’ jkun lejn in-naħa fejn dawn il-katusi jingħaqdu
mad-drenaġġ pubbliku jew mal-fossa. Dan is-sifun għandu jkollu
mezzi tajba sabiex jista’ jintlaħaq meta għandu jitnaddaf.
Tibdil fid-
direzzjoni.
19. It-tibdil fid-direzzjoni tal-katusi ma għandux isir
b’komunikazzjoni skwerra iżda b’kurva, u l-konġunturi għandhom
isiru b’kisra lejn id-direzzjoni tad-drenaġġ.
Nifsijiet.
għal barra. Nifs wieħed għandu jkun minfud mad-drenaġġ permezz
ta’ katusa xierqa ħierġa minn ġewwa l-kaxxa ta’ l-ispezzjon u
għandu jkun kemm jista’ jkun qrib lejn is-sifun li jkun hemm bejn
id-drenaġġ tad-dar u d-drenaġġ pubbliku jew il-fossa, iżda dejjem
ma’ l-eqreb naħa lejn il-bini. In-nifs l-ieħor għandu jsir b’ventilatur
li jittella’ b’katusi weqfin mit-tarf l-ieħor tad-drenaġġ sa dak il-
għoli u b’dak il-mod kif jiġi ordnat mill-Awtorità  Sanitarja.
(2) In-nifs, li jkun qrib is-sifun li jaqta’ d-drenaġġ tad-dar mid-
drenaġġ pubbliku, għandu jkollu grada jew għatu ieħor xieraq
magħmulin jew imqiegħdin b’mod li l-arja tkun tista’ tgħaddi
minnhom mingħajr xkiel permezz ta’ numru biżżejjed ta’ fetħiet, li
kollha flimkien għandhom mill-anqas ikunu daqs is-sezzjoni tal-
katusa jew tad-drenaġġ li magħhom il-grada jew l-għatu jkunu
mwaħħla.
Kaxex ta’ l-
ispezzjon.
21. L-għatu tal-kaxex ta’ l-ispezzjon għandu jsir bi blata tal-
ġebel tal-qawwi jew b’materjal ieħor xieraq li jkun ġie approvat
mill-Awtorità  Sanitarja.
Katusi wżati għall-
ventilazzjoni ta’ 
drenaġġ.
22. Kull katusa wżata għall-ventilazzjoni ta’ drenaġġ għandu
jkollha sezzjoni ta’ mhux anqas minn dik tad-drenaġġ li miegħu l-
katusa tkun minfuda. F’ebda komunikazzjoni ta’ katusa wżata
għall-ventilazzjoni ta’ drenaġġ ma għandu jsir tagħwiġ jew
imniekeb, ħlief meta ma jistax isir mod ieħor.
Ventilatur.
biżżejjed li tagħti li jsiru ż-żewġ ventilaturi msemmija fir-
regolament 20, għandu jittella’ ventilatur minn bejn il-loki u s-
sifun sa dak l-għoli kif jiġi ordnat mill-Awtorità  Sanitarja.
Kannen li 
minnhom jgħaddi 
l-ilma maħmuġ.
24. Il-kannen li minnhom jgħaddi l-ilma maħmuġ ta’ banju,
sink jew friskatur u l-kannen l-oħra li minnhom jgħaddi l-ilma
maħmuġ għandhom iferrgħu f’gully fil-beraħ; u, meta, minħabba t-
4 L.S.10.11 ħ BINI TA’ DJAR U DRENAĠĠI
tul ta’ din l-kanna, l-Awtorità  Sanitarja jidhrilha li hekk jinħtieġ,
għandu jkun hemm serpentina min-naħa tat-tarf ta’ ġewwa tal-
kanna, u din għandha tkun ivventilata.
Ilma li jfur. 25. (1) L-ilma tax-xita li jaqa’ fil-bitħa u dak li jfur mill-bjar
għandu, meta jista’ jkun, jitferragħ fuq il-miżieb tat-triq b’katusi
ta’ għaxra punt wieħed ċentimetri tal-fuħħar ivverniċjat, kif
stabbilit fir-regolamenti 16 u 19, jew fil-kanali tat-toroq meta l-
Awtorità  Sanitarja hekk tordna.
(2) Il-bitħa jew il-btieħi ta’ dar għandhom ikunu miksijin
b’ċangaturi ta’ ġebla lixxa mgħaqqdin tajjeb ma’ xulxin jew
b’materjal ieħor xieraq, u għandu jingħata lilhom il-pendil meħtieġ
sabiex isuq kull ilma li jaqa’ fuq il-wiċċ tal-bitħa jew tal-btieħi
għal fuq il-bokka tal-katusi msemmijin fis-sub-regolament (1) ta’
dan ir-regolament.
(3) Jekk jingħata permess sabiex l-ilma ta’ wiċċ il-bitħa jmur
fid-drenaġġ pubbliku jew ġewwa fossa, il-wiċċ tal-bitħa għandu
jixħet għal ġewwa gully imqiegħed tajjeb u kkomunikat
regolarment mad-drenaġġ.
(4) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jagħti permess li
l-ilma tal-bitħa jew btieħi ta’ dar jiġi xxuttat b’mod ieħor li, f’kull
każ partikolari, jidhirlu li huwa iżjed xieraq.
Bini ta’ djar.
Kap. 10.
26. (1) Ix-xogħol ta’ bini jew ta’ tibdil fil-bini ta’ djar,
lokijiet, sinkijiet u aċċessorji oħra sanitarji, ta’ katusi ta’ drenaġġ,
ġunturi, ventilaturi u ħwejjeġ oħra msemmijin fl-artikoli 97 u 98
tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u f’dawn ir-Regolamenti,
għandhom isiru taħt it-tmexxija u s-sorveljanza ta’ l-Awtorità
Sanitarja, li tista’ tagħmel ukoll dawk il-provi li jkunu meħtieġa
biex tara jekk id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi hawn fuq imsemmi u
ta’ dawn ir-Regolamenti ġewx osservati kif imiss.
(2) Ebda parti ta’ dar, loki, sink jew aċċessorju sanitarju ieħor,
jew ta’ katusi ta’ drenaġġ, ġunturi, ventilaturi jew kull ħaġ’oħra li
taqa’ taħt il-Kodiċi fuq imsemmi u dawn ir-Regolamenti ma
għandha titgħatta qabel ma l-l-Awtorità  Sanitarja tkun eżaminatha
u ddikjaratha bħala mibnija u mqiegħda regolarment.
(3) L-Awtorità  Sanitarja tista’ ukoll tagħmel kull prova li tkun
meħtieġa f’kull drenaġġ, kanal ta’ drenaġġ jew aċċessorju sanitarju
li diga jezisti, kemm il-darba jkun hemm raġuni li wieħed jaħseb li
dak id-drenaġġ, kanal ta’ drenaġġ jew aċċessorju sanitarju huwa
difettuż.
Bitħa nterna.
Sostitwit:
N.G. 318 ta’ l-
1935.
27. (1) Kull bitħa tan-naħa ta’ ġewwa ta’ dar m’għandhiex
tkun inqas minn ħamsa punt ħamsa metri kwadri meta l-bini
jikkonsisti fi pjan terren u sular wieħed, u ebda ġenb ta’ din il-bitħa
ma għandu jkollu anqas minn wieħed punt tmienja metri tul, u l-
ispazju mikxuf biswit kull fetħa li sservi biex tagħti dawl lill-kamra
ta’ iżjed minn ħamsa punt ħamsa metri kwadri ma għandux ikollu
anqas minn tliet metri wisa’.
(2) Għal kull sular ieħor fuq l-ewwel sular, l-area ta’ din il-
bitħa ta’ ġewwa għandha tiżdied b’mod li jkunu jistgħu jidħlu dawl
u arja biżżejjed f’kull parti tad-dar li tagħti għall-bitħa u sabiex l-
ispazju mikxuf biswit kull fetħa li sservi biex tagħti dawl lill-kamra
BINI TA’ DJAR U DRENAĠĠI ġ L.S.10.11 5
ta’ iżjed minn ħamsa punt ħamsa metri kwadri, ma għandux ikun
inqas minn tliet metri biż-żieda ta’ terz ta’ l-għoli tas-sular jew
sulari li jiżdiedu.
(3)  Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, f’każijiet
speċjali, jagħmel eċċezzjonijiet għal dan ir-regolament.
Bitħa.
punt ħamsa metri tul f’kull ġenb li jmiss ma’ kamra.
Finestrun taż-
żġieġ.
Sostitwit:
N.G. 318 ta’ l-
1935.
Emendat:
N.G. 165 ta’ l-
1936.
29. Meta kamra tieħu dawl minn bieb, għandu jkun hemm fuq
dan il-bieb finestrun taż-żġieġ maħdum f’dak id-daqs u b’dak il-
mod kif tordna l-Awtorità  Sanitarja. Kull meta jista’ jkun skond il-
fehma tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, kull kamra, barra
mill-bieb, għandu jikollha tieqa.
Ħajt taħt l-invell 
tat-triq.
Kap. 10.
30. (1) Il-ħajt, jew kull biċċa ħajt, li jagħmel parti minn dar li
qiegħda ’l isfel mil-livell tat-triq jew ta’ spazju miftuħ li miegħu
jkun imiss (barra minn ħajt ta’ kantina li mhiex qiegħdha biex tkun
użata għall-abitazzjoni jew biex b’xi mod ieħor jgħammru n-nies
fiha) għandu jkun mibni b’żewġ qoxriet, il-qoxra ta’ barra għandha
tkun għall-inqas tnejn u għoxrin punt tmienja ċentimetri wiesgħa u
l-vojt ta’ bejn iż-żewġ qoxriet għall-inqas għaxra punt wieħed
ċentimetri fil-ħxuna u mimli b’materjal li minnu ma tinfidx l-
umdità , magħmul minn parti waħda tas-siment ta’ Portland, żewġ
partijiet ta’ ramel verġni u erba’ partijiet taż-żrar tal-qawwi ta’
djametru mhux eħxen minn tlieta punt tmienja ċentimetri; u f’invell
mal-paviment tal-kamra u ‘l fuq mill-invell ta’ wiċċ it-triq jew ta’
l-ispazju miftuħ li miegħu jmiss il-ħajt, għandhom jingħataw
saffijiet ta’ materjal li minnu ma jinfidx l-umdu, kif jingħad fl-
artikolu 97 (1) (a) tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
(2) Dan ir-regolament jgħodd ukoll fil-każ ta’ ħitan fi triqat
imżerżqa msemmijin fl-artikolu 97 (ċ) (ii) ta’ l-imsemmi Kodiċi.
Avviż.
Kap. 10.
31. L-avviż meħtieġ fl-artikolu 97 (o) (i) tal-Kodiċi tal-Liġijiet
tal-Pulizija għandu jingħata fuq il-formula stabbilita mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika u l-pjanta msemmija f’dak l-
artikolu 97 (o) (i) għandha ssir bl-iskala u għandha tiġi ppreżentata
fl-oriġinal flimkien ma’ vera kopja tagħha. Jekk is-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika jidhirlu li hu meħtieġ, jista’ jitlob ukoll pjanta
ta’ wieħed mill-pjani jew ta’ kull pjan tal-bini li għandu jsir kif
ukoll ta’ l-għoli (elevazzjonijiet) u tat-taqsim (sezzjonijiet)
rilevanti.
