GĦOTI, TIĠDID U TĦASSIR TA’ LIĊENZI GĦALL-
BEJGĦ TA’ LIKURI MHUX SPIRITUŻI ġ L.S.10.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.13
REGOLAMENTI DWAR L-GĦOTI, TIĠDID U 
TĦASSIR TA’ LIĊENZI GĦALL-BEJGĦ TA’ LIKURI 
MHUX SPIRITUŻI
10 ta’ Diċembru, 1935
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 490 ta’ l-1935, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 71 ta’ l-1943, 165 ta’ l-1944 u 829 ta’ l-1949;
u bl-Att XIV ta’ l-1969. Jinkorporaw ukoll n-NOTIFIKAZZJONI TAL-
GVERN 110 ta’ l-1921.
Titolu.
Għoti, Tiġdid u Tħassir ta’ Liċenzi għall-Bejgħ ta’ Likuri Mhux
Spiritużi.
Tifsir ta’ ħwienet.
Sostitwit:
N.G. 71 ta’ l-1943.
Emendat:
N.G. 165 ta’ l-
1944.
2. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, "ħwienet għall-
bejgħ ta’ xorb mhux spirituż" ifissru ħwienet tal-kafe, kmamar tat-
te, ristoranti, kull xorta ta’ ħwienet ta’ l-ikel, u ħwienet għall-bejgħ
ta’ soda, luminata tal-flixkun, eċċ.
Applikazzjonijiet.
spiritużi għandhom jintbagħtu lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Liċenza.
Emendat:
XIV. 1969.19.
4. Il-liċenza għall-bejgħ ta’ likuri mhux spiritużi tista’
tingħata mill-Kummissarju tal-Pulizija lil kull persuna ta’ l-età ,
kemm-il darba -
(a) l-applikazzjoni ma tiġix opposta, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, għal xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet:
(i) minħabba l-kondotta ta’ l-applikant, jew tal-
mara jew tar-raġel ta’ l-applikant;
(ii) minħabba li l-post li għalih tintalab il-liċenza
jkun qiegħed, skond il-qies ikkalkulat bil-mod
stabbilit mill-Kummisarju tal-Pulizija, fil-qrib
ta’ ħwienet oħra bil-liċenza għall-bejgħ ta’ nbid,
birra jew likuri spiritużi jew ta’ likuri mhux
spiritużi;
(iii) minħabba li n-numru ta’ ħwienet b’dik il-liċenza
jkun biżżejjed għall-bżonnijiet tal-pubbliku
f’dawk l-inħawi;
(iv) minħabba li l-post ikun imniffed ma’ dar ta’
abitazzjoni;
(b) ma jkunx hemm oġġezzjoni mid-Dipartiment tas-
Saħħa għal raġunijiet sanitarji.
Tiġdid ta’ liċenzi.
Emendat:
XIV. 1969.19.
5. Il-liċenzi mogħtija kif jingħad hawn fuq jiġġeddu fl-1 ta’
Jannar ta’ kull sena, kemm-il darba -
(a) it-tiġdid tal-liċenza ma jiġix oppost, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, għal xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet:
(i) minħabba li fil-post bil-liċenza ma jkunux ġew
2 L.S.10.13 ħ
GĦOTI, TIĠDID U TĦASSIR TA’ LIĊENZI GĦALL-
BEJGĦ TA’ LIKURI MHUX SPIRITUŻI
imħarsa dawn ir-Regolamenti;
Kap. 10.
(ii) minħabba l-kundanna ta’ min ikollu l-liċenza
għal xi waħda mill-kontravvenzjonijiet
msemmija fl-artikolu 193 tal-Kodiċi tal-Liġijiet
tal-Pulizija jew l-artikoli 3, 9, 10 u 128 ta’ l-
Ordinanza dwar il-Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali
u Ilma tax-Xorb*, jew għal reat;
(iii) minħabba l-kondotta ta’ min għandu l-liċenza,
jew tal-mara jew tar-raġel ta’ min għandu l-
liċenza, matul l-aħħar tnax-il xahar;
(iv) minħabba li l-post li għalih tkun ġiet mogħtija l-
liċenza jiġi mitluq;
(v) minħabba l-fatt li l-post kien ġeneralment
miżmum ħażin;
(b) ma jkunx hemm oġġezzjoni mid-Dipartiment tas-
Saħħa minħabba traskuraġni fl-istat jew
prekawzjonijiet sanitarji.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ nbid. eċċ.
Sostitwit:
N.G. 71 ta’ l-1943.
6. Ebda nbid, birra jew likuri spiritużi ma għandhom
jinbiegħu, jinxorbu jew jinżammu, u ebda sigarretti ma għandhom
jinbiegħu jew jinżammu, fil-post mingħajr liċenza.
Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-kelma "sigarretti"
tfisser ukoll sigarri, tabakk u oġġetti meħtieġa għat-tipjip.
Liċenzi jkunu 
personali.
7. Il-liċenzi mogħtija taħt dawn ir-Regolamenti huma
personali, u ma jistgħux jiġu trasferiti ħlief bil-permess tal-
Kummissarju tal-Pulizija.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
8. Ebda talba għat-trasferiment ta’ liċenza personali ma tiġi
kkunsidrata fiż-żmien li jkun hemm proċeduri kriminali kontra min
għandu l-liċenza.
Tħassir ta’ liċenza. 9. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jħassar, f’kull żmien
matul is-sena, liċenzi mogħtija skond dawn ir-Regolamenti -
(a) jekk, fil-fehma tiegħu, l-post ikun immexxi ħażin;
(b) minħabba li ma jkunux ġew imħarsa dawn ir-
Regolamenti; jew
(ċ) minħabba li l-persuna li jkollha l-liċenza tkun ġiet
ikkundannata għal reat.
Meta titħassar 
liċenza.
10. Meta liċenza tiġi mħassra taħt ir-regolamenti 5 u 9, il-post
ma jistax jerġa’ jiġi wżat bħala ħanut għall-bejgħ ta’ likuri mhux
spiritużi qabel tnax-il xahar mid-data li fiha tkun tħassret il-liċenza.
Ħinjiet ta’ ftuħ. 11. Il-ħwienet bil-liċenza skond dawn ir-Regolamenti ma
jistgħux jiftħu qabel l-4 ta’ filgħodu u għandhom jagħalqu fil-11 ta’
bil-lejl.
Liċenza speċjali.
Sostitwit:
N.G. 829 ta’ l-
1949.
12. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti liċenzi għall-ftuħ
ta’ ħwienet, skond dawn ir-Regolamenti, qabel l-4 ta’ filgħodu u,
jew, alternattivament għall-egħluq ta’ dawk il-ħwienet wara l-11 ta’
bil-lejl jekk, fil-fehma tiegħu, dan ikun meħtieġ għall-konvenjenza
*Imħassra bl-Att XL ta’ l-1972 (Kap. 231).
GĦOTI, TIĠDID U TĦASSIR TA’ LIĊENZI GĦALL-
BEJGĦ TA’ LIKURI MHUX SPIRITUŻI ġ L.S.10.13 3
ta’ klassijiet speċjali tal-pubbliku li għandhom snajja jew xogħol
partikolari, jew għal xi okkażjoni jew okkażjonijiet speċjali, jew
għal kull raġuni xierqa.
Setgħat tal-
Kummissarju tal-
Pulizija.
N.G. 110 ta’ l-
1921,
inkorporat.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jordna l-
egħluq, bejn inżul ix-xemx jew kull ħin aktar tard u t-8 ta’ filgħodu
jew xi ħin aktar kmieni, ta’ kull ħanut liċenzjat skond dawn ir-
Regolamenti, jekk ikollu raġuni valida biex jaħseb li l-ħanut ikun
qiegħed jintuża għall-bejgħ mhux liċenzjat ta’ likuri spiritużi, jew
għal xi għanijiet oħra ħżiena; u jkollu wkoll is-setgħa li jirrevoka
kull ordni li joħroġ.
Applikabbiltà .
L.S. 10.09.
14. Ir-Regolamenti dwar Ħwienet għall-Bejgħ ta’ l-Inbid, Birra
jew Likuri Spiritużi (Liċenzi, Bonordni u Diċenza Pubblika)
jgħoddu wkoll għall-ħwienet b’liċenza għall-bejgħ ta’ likuri mhux
spiritużi.
