PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.17
REGOLAMENTI DWAR IL-PELLIKOLI U L-PALK
28 ta’ Settembru, 1937
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 430 ta’ l-1937, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern: 54 ta l-1939, 504 ta’ l-1940, 108 ta’ l-1943,
66, 202, 240 u 440 ta’ l-1944, 384 ta’ l-1945, 730 ta’ l-1949, 349 ta’ l-
1953, 552 ta’ l-1954, 334 ta’ l-1956, 495 ta’ l-1957 u 54 u 2654 ta’ l-1958;
bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VII ta’ l-1958; bl-Avviżi Legali: 49 ta’ l-1959,
u 22 u 46 ta’ l-1960; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 72 ta’
l-1968, 43 ta’ l-1973 u 5 ta’ l-1975; bl-Att XVI ta’ l-1977; bl-Avviż Legali
94 ta’ l-1981; bl-Atti ta’ l-1983 u VIII ta’ l-1990; u bl-Avviż Legali 82, 126
u 194 ta’ l-2000. Jinkorporaw ukoll n-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN
418 ta’ l-1957.
Titolu..
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1960.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar il-
Pellikoli u l-Palk.
Bini.
Emendat:
N.G. 440 ta’ l-
1944.
2. Ebda bini ma għandu jkun użat għall-projezzjonijiet
ċinematografiċi jekk -
(a) il-post li għalih tintalab il-liċenza ma jkunx xieraq, fil-
fehma tal-Kummissarju tal-Pulizija, minħabba li hu
qrib ta’ knisja;
(b) ma jkunx fih kmamar fejn jistennew in-nies u bibien
xierqa u permanenti tal-ħruġ u bibien ta’ emerġenza
għas-sodisfazzjon tad-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Dawn il-bibien tal-ħruġ għandhom, fil-hinijiet kollha,
jinżammu skond ma jiġi approvat mill-Kummissarju
tal-Pulizija u għandhom ikunu pprovduti b’sinjali
mdawlin ħomor jew bi dwal baxxi (BIBIEN TAL-
ĦRUĠ u BIBIEN TAL-ĦRUĠ GĦALL-
EMERĠENZA). Il-bibien kollha għandhom jinfetħu
fuq barra:
Iżda meta f’xi każ partikolari l-Kummissarju tal-
Pulizija, bil-parir tad-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi,
jkun jidhirlu meħtieġ li jagħmel hekk, huwa jista’, bil-
miktub, jeżenta minn dan l-obbligu, u jista’ jagħmel
dawk il-kondizzjonijiet li jkun jidhirlu xierqa.
Sedili.
b’mod li ma jkunux ta’ xkiel biex wieħed ikun jista’ bil-libertà
kollha jasal lejn il-bibien tal-ħruġ. Il-mogħdijiet u l-passaġġi li
jieħdu għall-bibien tal-ħruġ ma għandux ikun fihom taraġ, u meta
jkun hemm il-pubbliku fil-lokal, għandhom ikunu ħielsa mix-xkiel.
Waqt ir-rappreżentazzjoni, il-pubbliku ma għandux joqgħod fil-
mogħdijiet u fil-passaġġi.
Numri fuq is-
sedili.
Miżjud:
N.G. 108 ta’ l-
1943.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1944.
4. (1) Kull sedil f’kull lokal li għandu liċenża għall-wirjiet
taċ-ċinematografu għandu jkun immarkat b’numru u s-sedili
għandhom ikunu mqassmin b’mod illi n-numru mmarkat fuqhom
jimxi f’ordni konsekutiv billi jibda bin-numru (1).
(2) Kull biljett maħruġ għal kull wirja taċ-ċinematografu minn
2 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
min għandu l-liċenza ta’ dak il-lokal jew f’ismu għandu jkollu
numru li jaqbel ma’ dak tas-sedil li jrid ikun okkupat mill-persuna
li jkun ingħatala l-biljett.
(3) Min għandu liċenza ta’ kull lokal bil-liċenza biex jagħmel
wirjiet taċ-ċinematografu għandu, ħdejn kull uffiċċju minn fejn
jinxtraw il-biljetti, jesponi pjanta li turi l-postijiet bilqiegħda fil-
lokal u l-prezz li jitħallas għal kull numru stabbilit ta’ sedili.
(4) In-numru ta’ nies li jidħlu għal kull wirja taċ-ċinematografu
ma għandu f’ebda każ ikun ikbar minn-numru ta’ nies imsemmi fil-
liċenza skond ir-regolament 35.
Għodod għat-tifi 
tan-nar.
5. Għandu ikun hemm apparat biex jintefa n-nar li jkunu
tajbin biżżejjed għas-sigurtà  tal-post u b’mod speċjali fuq il-palk,
jekk ikun hemm. Ħdejn id-daħla għall-palk għandu jkun hemm
pajjarin kimiku, li ma jesax inqas minn tliet galluni, bit-tubi ta’ l-
iċċarġar, komunikazzjoni (hydrant) taħt pressjoni pprovduta
b’manka flessibbli u s-seffud tagħha, żewġ bramel kbar bl-ilma u
żewġ bramel oħra mimlijin b’ramel niexef lesti biex jiġu wżati
minnufih. Fil-kabina ta’ l-apparat taċ-ċinematografu għandu jkun
hemm għodod għat tifi tan-nar bħal dawn u liżar niedi; iżda l-
komunikazzjoni ta’ l-ilma għandha titqiegħed barra u ħdejn il-bieb
tal-kabina.
Manki u sfiefed. 6. Il-manki u s-sfiefed għandhom jinżammu fil-qrib sewwa
tal-komunikazzjoni ta’ l-ilma li għaliha huma maħsubin, u b’mod li
jkunu jistgħu jintlaħqu minnufih.
Manki għandhom 
ikunu twal 
biżżejjed.
7. Il-manki, pprovduti kull waħda bis-seffud tagħhom,
għandhom ikunu tawl biżżejjed biex iwasslu l-ilma għall-area
kollha li għandha titlaħaq mill-komunikazzjoni ta’ l-ilma.
Pompa ta’ l-idejn. 8. Għandu jkun hemm dejjem lesta pompa ta’ l-idejn ħdejn il-
bramel ta’ għamla li tkun approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija,
skond ma hu provdut fir-regolament 5.
Pompier imħarreġ. 9. F’kull rappreżentazzjoni għandu jkun hemm pompier
imħarreġ li jkollu liċenża mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija
jew, meta ma jkunx hemm dan, membru tal-Korp tal-Pulizija
magħżul mil-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħmilha ta’ pompier.
Il-pompier għandu jilbes uniformi li biha jingħaraf u li tkun
approvata mil-Kummissarju tal-Pulizija. L-ispiża meħtieġa għas-
servizz ta’ dan il-pompier jew pulizija għandha toħroġha d-
direzzjon.
Apparat taċ-
ċinematografu.
10. L-apparat taċ-ċinematografu għandu jitiegħed ġewwa
kabina mibnija tajjeb u sħiħa, magħmula jew miksija minn ġewwa
b’materjal li jiflaħ għan-nar u ta’ kobor biżżejjed biex fiha l-
operatur ikun jista’ jaħdem bla xkiel.
Il-kabina għandha tkun ivventilata sewwa. it-toqob tal-
ventilazzjoni għandhom jinfdu ma’ barra tas-sala u għandhom
ikollhom bibien tal-metall li jistgħu jingħalqu malajr minn barra l-
kabina sabiex ma jħallux joħroġ minnhom in-nar jew id-duħħan.
Daħla għal ġewwa 
l-kabina.
11. Id-daħla tal-kabina għandha ikollha bieba li tingħalaq
weħidha u magħmula b’materjal li jiflaħ għan-nar.
PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 3
It-tubi u l-fili 
għandhom ikunu 
iżolati.
12. It-tubi u l-fili li jidħlu u joħorġu mill-kabina għandhom
ikunu iżolati tajjeb.
Fetħiet tal-kabina.
milli meħtieġ għal protezzjoni tajba u ma għandhomx ikunu iżjed
minn tlieta f’kull kabina. Kull fetħa għandha jkollha bieba ta’
materjal li jiflaħ għan-nar, li tista’ tkun immaniġġata sewwa krmm
minn ġewwa kemm minn barra l-kabina, b’mod li tista’ tingħalaq
waħedha u taqbel tajjeb mal-fetħa.
Bieb tal-kabina u 
fetħiet.
14. Il-bieb tal-kabina u l-fetħiet kollha, l-iżolaturi u l-ġonot
għandhom ikunu magħmulin u miżmumin b’mod li, kemm jista’
jkun, ma joħroġx duħħan fis-sala.
Kuntatt mal-
kabina.
15. Jekk il-kabina tkun ġewwa s-sala, għandhom jittieħdu l-
mezzi meħtieġa biex il-pubbliku ma jersaqx lejn il-kabina.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip.
16. F’ebda ħin ma jista’ jsir tipjip ġewwa l-kabina jew qrib
tagħha, jew fuq il-palk, u fuq hekk għandhom jitwaħħlu avviżi bil-
Malti u bl-Ingliż f’postijiet fejn jidhru sewwa.
Oġġetti li jieħdu n-
nar.
17. Ebda oġġett li jieħu n-nar ma għandu, bla bżonn, jittieħed
jew jiħalla ġewwa l-kabina jew fuq il-palk.
Lanterni.
b’materjal li jiflaħ għan-nar, u għandhom ikollhom għatu tal-metall
li jista’ jinfetaħ u li jista’ minnufih jidħol minn bejn ras-id dawl u l-
bieba tal-pellikola.
Bieba tal-pellikola.
materjal mastizz u għandu jkollha superfiċi wiesgħa biżżejjed biex
tista’ tarmi s-sħana. Il-pellikoli għandhom jitqiegħdu f’kaxex tal-
metall li jkunu magħmulin b’mod li ma jħallux il-fjamma tixxerred
la ’il fuq u l-anqas l-isfel minn fejn joħroġ id-dawl.
Projetturi taċ-
ċinematografu.
20. Il-projetturi taċ-ċinematografu għandhom ikunu pprovduti
b’żewġ kaxex tal-metall qawwi, u ma jkollhomx iżjed minn ħamsa
u tletin punt ħamsa ċentimetru djametru, meqjusin minn ġewwa, u
l-pellikoli għandhom jgħaddu minn kaxxa għall-oħra. Il-kaxex tal-
pellikoli għandhom ikollhom aperturi għall-pellikoli maqtugħin
b’mod li ma jħallux li fjamma tan-nar tidħol ġol-kaxxa.
Irkiekel.
l-pellikoli għandhom jitkebbu fuq l-irkiekel b’mod illi l-pellikola
mkebba ma tkun tista’ qatt tasal sax-xifer tar-rukkell jew toħroġ il
barra minnu.
Irfigħ ta’ pellikoli 
meta mhux fl-użu.
22. Waqt il-projezzjoni ma tista’ tinżamm ebda pellikola fil-
kabina ħlief dik li tkun qed tintuża. Il-pellikoli l-oħra għandhom
jintrefgħu f’kaxex tal-metall magħluqin f’post fiż-żgur barra u ’l
bogħod mill-kabina. Ebda materjal m’għandu jinżamm ġol-kabina
ħlief dak li huwa meħtieġ bilfors.
Kontroll tad-dawl 
ġenerali tas-sala.
23. (1) Għandu jkun hemm mezzi għalihom u ndipendenti
għall-kontroll ġenerali tad-dawl tas-sala, tal-bibien tal-ħruġ u tal-
kabini, u dan minn post xieraq fil-bieb prinċipali taċ-ċinematografu
jew ħdejh.
(2) Fis-sala waqt il-projezzjonijiet għandu jkun hemm numru
biżżejjed ta’ dwal ħomor jew dwal baxxi. Għandu jkun hemm għal-
lest il-fanali bix-xemgħa sabiex, kemm-il darba jiġi li jintefa’ d-
4 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
dawl elettriku, dawn ikunu jistgħu jintużaw minnufih fis-sala.
Fanali ta’ 
emerġenza.
24. Il-fanali kollha għal xi emerġenza għandhom jinżammu
mixgħulin kull meta l-post hu miftuħ għall-pubbliku.
Fanali tal-bibien 
tal-ħruġ u tal-bieb 
tal-ħruġ għal xi 
emerġenzi.
25. Il-fanali tal-bibien normali u dawk ta’ emerġenza
għandhom ikunu mdawlin bix-xemgħa jew b’lampi tal-pitrolju; il-
fanali għandhom ikunu magħmulin għal kollox b’materjal li ma
jieħux in-nar.
Materjal li jieħu n-
nar.
26. Ebda materjal li jieħu n-nar ma għandu jitħalla f’distanza
ta’ metru u nofs mill-fanali tal-bieb tal-ħruġ.
Folja ta’ l-asbestos 
fuq il-fanal.
27. Meta fuq il-fanal jkollu jitqiegħed bilfors xi materjal li
jieħu n-nar, għandha titqiegħed folja ta’ l-asbestos kwadra ta’
wieħed punt tnejn metri b’għatu ta’ mhux iżjed minn metru fuq il-
fanal.
Tip ta’ dawl użat 
fil-fanal.
28. Barra minn dawl elettriku jew dawl abjad tal-gass (lime
light), ebda dawl ieħor ma għandu jiġi użat fil-fanal.
Materjal ta’ 
iżolament.
29. Ġewwa l-kabina l-materjal ta’ l-iżolament tal-fili kollha
elettriċi, u magħhom il-fili kondutturi jew bozoz, l-interrutturi
(switches), il-fuses, il-morsetti (terminals) u l-materjal l-ieħor kollu
elettriku għandu jitgħatta b’materjal li jiflaħ għan-nar u kull bozza
jkollha l-fuse tagħha.
Fil elettriku merħi. 30. Ġewwa l-kabina ma għandu, bla bżonn, ikun hemm ebda fil
elettriku merħi.
Fili elettriċi 
approvati minn 
Enemalta.
Emendat:
XVI. 1977.47.
31. Fejn hu użat d-dawl elettriku, il-fili elettriċi, iċ-ċirkuwiti u
l-fili kondutturi (leads terminals) u komunikazzjonijiet oħra
għandhom qabel xejn tgħaddihom Enemalta, u l-operatur ikun
responsabbli biex jara li dawn ikunu dejjem fi-stat li jaħdmu
sewwa.
Xogħol tal-metall. 32. Ix-xogħol kollu tal-metall li jwassal il-fili jew b’xi mod
huwa kkomunikat mal-kurrent elettriku għandu jkun ikkomunikat
sewwa ma’ l-art (earth) jew mal-kanna ta’ l-ilma ta’ mhux inqas
minn tlieta punt tmienja ċentimetru djametru. Il-fil li jmiss ma’ l-
art ma għandux ikun inqas minn 7/16 S.W.G., u l-ġonot kollha
jkunu ssaldati tajjeb.
Dawl tal-gass. 33. Fejn il-fanali jixgħelu bid-dawl abjad tal-gass (lime light),
iċ-ċilindru tal-gass, ir-reċipjenti u tubi ma għandhomx ikunu wżati
qabel ma jkunu approvati mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Iċ-ċilindru tal-gass u r-reċipjenti ma għandhomx jitqiegħdu
barra l-kabina.
Disinn għandu 
jitressaq għall-
approvazzjoni.
34. Is-sid ta’ ċinematografu għandu jressaq għall-
approvazzjoni disinn tal-post bid-dettalji kollha u, ma’ dan, il-
postijiet tas-sedili, il-passaġġi u l-bibien tal-ħruġ.
Għoti u tiġdid ta’ 
liċenza.
Emendat:
XVI. 1977.47.
35. (1) Ebda liċenza għall-użu ta’ bini għall-projezzjonijiet
ċinematografiċi ma tingħata jew tiġġedded ħlief fuq rapport
iffirmat mid-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi u mill-manager ta’
Enemalta fejn jidher illi sar dak kollu li hu meħtieġ minn dawn ir-
regolamenti.
(2) Il-liċenza għandha turi n-numru ta’ nies li jistgħu jidħlu fil-
platea, gallarijiet u palkijiet.
PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 5
Ħwejjeġ sanitarji.
Prinċipali tal-Gvern ma jirrappurtax illi l-post huwa tajjeb għal
dawk li huma ħwejjeġ sanitarji.
Ventilazzjoni, 
indafa, eċċ.
37. Min għandu l-liċenza għandu d-dmir li jżomm kull area tal-
post fi stat tajjeb u xieraq għal dik li hi ventilazzjoni, indafa u l-
kondizzjonijiet l-oħra kollha li jolqtu s-saħħa. B’mod partikolari, li
jforni s-sala b’rewwiħiet elettriċi (electric fans) jew b’mezzi oħra
bħal dawn għas-sodisfazzjon tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern u li jara
li dawn jinżammu jaħdmu fil-ħinijiet kollha meħtieġa.
Intervalli.
Miżjud:
N.G. 202 ta’ l-
1944.
Sostitwit:
N.G. 334 ta’ l-
1956.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-1968.
38. (1) Huwa pprojbit li jsir intervall ta’ aktar minn tmien
minuti matul wirja ċinematografika, u fl-ebda każ ma għandu jsir
intervall waqt il-wiri tal-pellikola prinċipali mingħajr il-permess
bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Bejn wirja ċinematografika u oħra għandu jkun hemm
intervall ta’ mhux anqas minn għaxar minuti li matulu s-sala li fiha
jiġu projettati l-pellikoli ċinematografiċi fuq il-liżar m’għandu jkun
hemm fiha l-ebda persuna ħlief impjegati permanenti u membri tal-
Korp tal-Pulizija jew uffiċjali tal-gvern li jkunu fuq servizz. Matul
dan l-intervall il-ventilazzjonijiet kollha fis-sala jew li jagħtu għas-
sala għandhom jinżammu miftuħa beraħ u l-fannijiet ta’ l-elettriku
għandhom jinżammu jaħdmu.
(3) Meta sala li fiha tiġi projettata pellikola jkollha sistema
tajjeb u xieraq ta’ kondizzjoni ta’ l-arja għas-sodisfazzjon tas-
Suprintendent tas-Saħħa, id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament
(2) ma japplikawx jekk dik is-sistema tkun miżmuma b’mod
effiċjenti u tkun qed taħdem waqt il-projezzjoni.
Dritt ta’ dħul.
f’kull banda tal-post sabiex tiżgura ruħha li l-ventilazzjoni tal-bini,
l-indafa u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha sanitarji huma tajba.
Projbizzjoni ta’ 
klieb.
40. Ħadd ma jista’ jdaħħal klieb fis-sala jew iżomm jew iħalli
li jinżammu klieb fis-sala.
Validità  tal-liċenza.
dawn għandhom jiswew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jkunu
ħarġu, kemm-il darba ma jkunux twaqqfu jew tħassru għal xi ksur
ta’ dawn ir-Regolamenti jew għal xi tibdil li jkun sar fil-post jew
kabina mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Bord ta’ Klassifika 
tal-Pellikoli u tal-
Palk.
Sostitwit:
A.L. 22 ta’ l-1960.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1960;
A.L. 43 ta’ l-1973;
A.L. 94 ta’ l-1981;
A.L. 82 ta’ l-2000;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
42. (1) Għandu jkun hemm bord li jissejjaħ il-Bord tal-
Klassifika tal-Pellikoli u tal-Palk, hawn iżjed ’l quddiem imsejjaħ
"il-Bord", li jkun magħmul minn president u dak l-għadd ta’
membri oħra, li ma jkunx inqas minn ħamsa u mhux iktar minn
ħmistax, skond ma jinħatru ta’ kull sena bill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija, u għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet mogħtija
lilu b’dawn ir-Regolamenti.
(2) Tkun il-funzjoni tal-Bord li jikklassifika produzzjoniijiet
ta’ pellikoli u tal-palk fuq il-bażi ta’ linji direttivi li jiġu abbozzati
mill-Bord innifsu kif imsejsa fuq dawn il-kriterji li ġejjin:
(a)  il-livelli ta’ moralità , diċenza u mġieba tajba b’mod
ġenerali skond ma huma aċċettati minn adulti
raġonevoli; u
6 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
(b) il-mertu letterarju, artistiku jew edukattiv, jekk ikun
hemm, tal-produzzjoni; u
(ċ) ix-xorta ġenerali tal-produzzjoni, inkluż jekk din
tkunx waħda ta’ xorta medika, legali jew xjentifika; u
(d) il-persuni jew klassi ta’ persuni li tkun intiża għalihom
jew li x’aktarx jaraw il-produzzjoni.
(3) L-ismijiet tal-membri tal-Bord għandhom jiġu pubblikati
fil-Gazzetta.
(4) Kull pellikola għandha tkun klassifikata minn mill-inqas
żewġ membri tal-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti.
(5) Meta, f’xi okkażjoni, il-Bord jixtieq jikseb il-parir ta’ xi
persuna fuq xi ħaġa jew ħwejjeġ partikolari, ċ-chairman tal-Bord
jista’ jagħżel lil dik il-persuna bħala membru għal dik il-laqgħa jew
laqgħat kif jista’ jinħtieġ, u dik il-persuna, meta tkun hekk
magħzula, ikollha d-drittijiet u l-privileġġi kollha ta’ membru, salv
li ma jkollhiex dritt tieħu parti f’xi deċizjoni jew fir-rapport
imsemmi fir-regolament 45.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (2) u tar-regolament
47(5) ma japplikawx għal xi persuni magħżula bħala membri kif
maħsub fis-sub-regolament (4).
(7) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil kull klassifikatur ta’
produzzjonijiet tal-pellikola u tal-palk għandhom ikunu dawn li
ġejjin:
(a) dwar il-klassifika ta’ pellikoli:
(i) ħamsin ċenteżmu għal kull trailer ta’ pellikoli;
(ii) erba’ liri għal kull pellikola;
(b) dwar l-klassifika ta’ produzzjonijiet tal-palk:
għal drammi jew produzzjonijiet bil-Malti jew
b’ilsien barrani, erba’ liri għal kull dramm jew
produzzjoni.
(8) Iċ-chairman tal-Bord ta’ Klassifika tal-Pellikoli u tal-Palk
għandu jitħallas dritt ta’ tliet mija u ħamsin lira fis-sena b’żieda
mad-drittijiet provduti fis-sub-regolament (6).
Il-klassifika ta’ 
pellikoli.
Emendat:
A.L. 22 ta’ l-1960;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
43.  Il-klassifika tal-pellikoli għandha titmexxa skond ir-
risoluzzjonijiet li jittieħdu mill-Bord bi ftehim mal-Kummissarju
tal-Pulizija u dawk li għandhom il-liċenza taċ-ċinematografi
għandhom jiġu nfurmati.
Applikazzjonijiet 
għall-eżami.
Emendat:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
44. L-applikazzjonijiet għall-eżami tal-pellikoli mill-
klassifijaturi għandhom isiru liċ-chairman tal-Bord fuq formuli li
jittieħdu mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija mingħajr ħlas.
PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 7
Eżami li jsir minn 
klassifikaturi.
Emendat:
N.G. 730 ta’ l-
1949;
A.L. 22 ta’ l-1960;
A.L. 5 ta’ l-1975;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
45. Il-klassifikaturi eżaminaturi għandhom jagħmlu rapport
lill-Kummissarju tal-Pulizija fuq il-formula ta’ l-applikazzjoni
jekk, wara li jkunu qiesu, fid-diskrezzjoni tagħhom, l-moralità , d-
deċenza jew l-imġieba tajba pubblika, jew l-interess pubbliku, l-
pellikola li għaliha tkun tirriferixxi l-applikazzjoni tkun tista’ jew
ma tistax tgħaddi għall-wiri b’xi partijiet tagħha maqtugħin jew
mhux maqtugħin, u għandhom jikklassifkaw dik il-pellikola skond
waħda minn dawn il-ħames kategoriji li ġejjin, li huma - 
(i) ‘U’ - UNIVERSALI. Tajjeb għal kulħadd.
(ii) ‘PG’ - GWIDA TAL-ĠENITURI. Xi xeni
mhumiex tajbin għat-tfal żgħar u l-gwida tal-
ġenituri jew ta’ min iħares it-tfal titqies
meħtieġa.
(iii) ‘12’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu t-tnax-il
sena, u fuqhom.
(iv) ‘16’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu s-sittax -
il sena, u fuqhom.
(v) ‘18’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu t-
tmintax-il sena, u fuqhom.
Ħruġ ta’ ċertifikat.
liċenza taċ-ċinematografu ċertifikat skond ir-rapport tal-
klassifikaturi.
Reviżjoni tad-
deċiżjoni tal-
klassifikaturi 
eżaminaturi.
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1960.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1960;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
47. (1) Meta l-klassifikaturi eżaminaturi jkunu għamlu rapport
li pellikola -
(a) tkun tajba għall-wiri f’xi waħda mill-kategoriji
speċifikati fir-regolament 45, b’partijiet maqtugħin
jew mhux maqtugħin; jew
(b) ma tkun tajba għall-wiri f’ebda kategorija speċifikata
fir-regolament 45,
min ikun applika għall-eżami tal-pellikola jista’, jekk iħoss ruħu
aggravat bid-deċiżjoni, fi żmien għaxart ijiem minn meta tingħata,
japplika bil-miktub liċ-chairperson tal-Bord għal reviżjoni ta’ dik
id-deċiżjoni.
(2) Malli jirċievi l-applikazzjoni, iċ-chairman tal-Bord għandu
jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex il-pellikola terġa’ tiġi
eżaminata minn mill-inqas tliet klassifikaturi u d-deċiżjoni
tagħhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 48, tkun
finali.
(3) Jekk iċ-chairman tal-Bord ma jkunx ħa parti fl-ewwel
eżami, it-tieni eżami għandu jsir miċ-chairman u mill-anqas minn
żewġ membri oħra maħtura minnu għal hekk.
(4) Jekk iċ-chairperson tal-Bord jkun ħa parti fl-ewwel eżami,
it-tieni eżami għandu jsir minn dak in-numru ta’ membri, li ma
jkunx anqas minn tlieta, kif iċ-chairperson jaħtar għal hekk.
(5) Il-klassifikaturi li jkunu ħadu parti fl-ewwel eżami ma
jkunux jistgħu jiġu maħtura miċ-chairperson skond is-sub-
regolament (3) jew is-sub-regolament (4).
(6) It-tieni eżami tal-pellikola għandu jsir mhux iżjed tard minn
ħmistax-il ġurnata minn meta jirċievi l-applikazzjoni ċ-chairman
8 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
tal-Bord.
Meta pellikola ma 
tkunx għaddiet 
mill-bord.
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1960;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
48. Meta pellikola, bit-tieni eżami jew mingħajru kif maħsub
fir-regolament 47, ma tkunx għaddiet mill-Bord bħala tajba għall-
wiri f’xi kategorija msemmija fir-regolament 45, dik il-pellikola
ma tistax terġa tiġi sottomessa għal-klassifika qabel ma tgħaddi
sena mid-deċiżjoni.
Projezzjoni ta’ 
pellikola.
Emendat:
N.G. 54 ta’ l-1939;
N.G. 504 ta’ l-
1940;
N.G. 384 ta’ l-
1945;
N.G. 495 ta’ l-
1957;
N.G. 49 ta’ l-1959;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
49. (1) Ma tista ssir ebda projezzjoni ta’ pellikola kemm-il
darba min għandu l-liċenza ma jkollux ċrtifikat mingħand l-
awtoritajiet tad-Dwana fejn jingħataw il-partikolaritajiet u d-data
tad-dikjarazzjoni tal-pellikola u ma jkollux ċertifikat mingħand il-
Kummissarju tal-Pulizija fejn jingħad illi l-pellikola għaddiet mill-
Bord. Dan iċ-ċertifikat ta’ l-aħħar għandu jiswa biss għal żmien
sena mid-data li fiha jkun ħareġ. Għandu jitqiegħed f’post fejn
jidher sewwa fid-daħla tal-post u, qabel ma ssir il-projezzjoni ta’
din il-pellikola ċertifikata, għandu jidher avviż fuq il-tila bil-firma
tal-Kummissarju tal-Pulizija li juri li l-pellikola għaddiet mill-
klassifikaturi.
(2) Dak li jkollu liċenza ta’ ċinematografu għandu jippreżenta
kuljum għar-reġistrazzjoni fl-għassa prinċipali tal-pulizija tal-belt
jew raħal fejn ikun jinsab iċ-ċinematografu ċ-ċertifikati kollha taċ-
klassifika dwar kull programm li jkun ser jiġi preżentat f’dik il-
ġurnata. Din il-preżentazzjoni għandha ssir mhux inqas minn
siegħa qabel il-ħin li fih tibda r-rappreżentazzjoni għal dawk li
huma programmi ta’ wirjiet li jibdew f’kull ħin matul in-nofs ta’
nhar ta’ filgħodu, u mhux aktar tard mill-11 ta’ filgħodu għall-
programmi l-oħra kollha:
Iżda dwar filmlets ta’ reklam kummerċjali, il-Kummissarju
tal-Pulizija jista’, fuq talba magħmula, bil-miktub jeżenta lil min
għandu l-liċenza mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-sub-regolament.
Kull eżenzjoni bħal din tingħata b’dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: 
(a) illi ċ-ċertifikati ta’ klassifika dwar il-filmlets ta’
reklam kummerċjali li jkunu ser jiġu rappreżentati
kienu ħarġu kif imiss qabel dik ir-rappreżentazzjoni;
(b) illi min għandu l-liċenza jippreżenta fl-għassa
prinċipali tal-pulizija tal-belt jew raħal fejn iċ-
ċinematografu jkun jinsab f’kull ġurnata li fiha filmlets
ta’ reklam kummerċjali bħal dawn ikunu ser jiġu
rappreżentati u qabel din ir-rappreżentazzjoni, nota li
jkollha l-ismijiet tal-filmlets ta’ reklam kummerċjali li
jkunu ser jiġu preżentati f’dik il-ġurnata.
Salv dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li l-Kummissarju tal-
Pulizija jidhirlu xieraq li jagħmel.
PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 9
Min jitħalla jidħol 
jara l-pellikola.
Sostitwt:
N.G. 730 ta’ l-
1949.
Emendat:
A.L. 5 tal l-1975;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
Sostitwit:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
50. Kull meta xi pellikola partikolari tkun klassifikata taħt xi
waħda mill-kategoriji speċifikati fir-regolament 45, ebda persuna
taħt l-età  speċifikata f’xi kategorija partikolari f’dak ir-regolament
ma għandha titħalla tidħol għall-wiri ta’ dik il-pellikola u f’kull każ
bħal dak l-avviż imsemmi fir-regolament 49 għandu jinkludi
twissija li dawk il-persuni ma jitħallewx jidħlu għall-wiri ta’ dik il-
pellikola. Iktar minn hekk f’kull tali każ twissija fl-istess sens
magħmula b’ittri kbar għandha titwaħħal fid-daħla taċ-
ċinematografu.
Pellikoli li jistgħu 
jintwerew fl-istess 
programm.
Miżjud:
N.G. 240 ta’ l-
1944.
Sostitwit:
N.G. 730 ta’ l-
1947.
Emendat:
N.G. 495 ta’ l-
1957;
A.L. 5 ta’ l-1975.
Sostitwit:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
51. (1) Il-pellikoli li jistgħu jintwerew fl-istess programm
bħal tal-kategorija tal-pellikola prinċipali msemmija fl-Ewwel
Kolonna ta’ hawn taħt għandhom ikunu tal-kategorija jew
kategoriji msemmijin fit-Tieni Kollonna ta’ hawn taħt, u jkun reat
li wieħed juri ma’ dawn il-pellikoli prinċipali xi pellikola, li ma
tkunx pellikola ta’ riklam mgħoddi mill-Bord, klassifikata
f’kategorija differenti.
Meta, fil-każ ta’ programm double  feature, dan ikollu
pellikola tal-kategorija 18 u pellikola ta’ kull kategorija oħra, il-
pellikola ta’ kategorija 18 għandha titqies bħala l-pellikola
prinċipali, u meta dan ikollu pellikola tal-kategorija 16 u pellikola
ta’ kategorija 12 jew PG jew U, il-pellikola ta’ kategorija 16
għandha titqies bħala l-pellikola prinċipali, u meta dan ikollu
pellikola tal-kategorija 12 u pellikola ta’ kategorija PG jew U, il-
pellikola ta’ kategorija 12 għandha titqies bħala l-pellikola
prinċipali, u meta dan ikollu pellikola tal-kategorija PG u pellikola
ta’ kategorija U, il-pellikola ta’ kategorija PG għandha titqies bħala
l-pellikola prinċipali.
(2) Kull meta fi programm taċ-ċinematografu jkun hemm anki
pellikola waħda biss kklassifikata bħala li tgħodd għal ċertu
kategorija ta’ persuni skond ir-regolament 45, ebda persuna oħra li
jkollha età  inqas minn dik speċifikata f’dik il-kategorija partikolari
ma għandha titħalla tidħol biex tara xi biċċa minn dak il-programm.
Prova minn min 
għandu l-liċenza.
Miżjud:
N.G. 349 ta’ l-
1953.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1960;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
52. Fil-każijiet imsemmijin fir-regolamenti 50 u 51, dak li
għandu l-liċenza u, kif jista’ jagħti l-każ, l-aġent jew l-impjegat
tiegħu, ma jkunx ħati ta’ reat li daħħal għall-esibizzjoni jew
programm persuna taħt l-età  meħtieġa, jekk jipprova għas-
sodisfazzjon tal-qorti illi, konsidrati ċ-ċirkostanzi kollha, huwa
kellu raġuni biex jaħseb illi l-persuna kienet ta’ l-età  meħtieġa, u
ma għandu f’ebda każ ikun ħati ta’ reat jekk xi persuna li jkollha
iżjed mill-età  fil-kategorija speċifikata tidħol għal wirja jew
programm li minnu tkun eskluża minħabba l-età .
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Pellikola prinċpali Pellikoli oħra
U U
PG PG u U
12 12, PG u U
16 16, 12, PG u U
18 18, 12, PG u U
10 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
Reat.
Miżjud:
N.G. 349 ta’ l-
1953.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1960;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
53. Kull persuna, li tiġi mdaħħla għall-esibizzjoni jew
programm li għalih ma setgħetx tidħol minħabba fl-età , tkun ħatja
ta’ reat.
Esposizzjoni ta’ 
avviż.
Emendat:
N.G. 730 ta’ l-
1949;
A.L. 5 ta’ l-1975.
Sostitwit:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
Emendat:
A.L. 194 ta’ l-
2000.
54. Id-detentur ta’ liċenza għandu jdaħħal, f’kull kartellun u
riklam espost għall-pubbliku hekk kif il-Kummissarju tal-Pulizija
joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fir-regolament 46, xi wieħed minn
dawn il-ħames avviżi li ġejjin, skond il-każ, b’ittri kapitali:
Stampi.
Emendat:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
55. Ebda stampa ma għandha titwaħħal barra l-post taċ-
ċinematografu kemm-il darba ma tkunx għaddiet qabel mill-
klassifikaturi.
Tifsir ta’ 
"pellikola".
56. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, l-kliem "pellikola"
jew "pellikoli" jfissru ukoll kartelluni, avviżi, fotografiji, libretti
jew kull kitba fil-qosor dwar il-pellikoli.
Riserva ta’ postijiet 
għall-
klassifikaturi.
Sostitwit:
N.G. 334 ta’ l-
1956.
Emendat:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
57. (1) Id-detentur ta’ liċenza taċ-ċinematografu jew ta’ teatru
għandu f’kull wirja jirriserva, mingħajr ħlas, żewġ postijiet fil-
platea għall-klassifikaturi biex jaraw il-produzzjoni
ċinematografika jew tal-palk. Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu
joħroġ permess li fuqu jkun hemm indikat isem il-klassifikatur,
liema permess ma għandu jkun trassferibbli lil ebda persuna oħra.
(2) Min ikollu l-liċenza taċ-ċinematografu jista’ jdaħħal,
mingħajr ħlas, meta jiġi ppreżentat pass iffirmat minnu, mhux aktar
minn erba’ persuni għal kull wirja, iżda ma jistgħux jiġu mdaħħla
b’kollox aktar minn tnax-il persuna f’ġurnata waħda.
(3) Il-passes imsemmija f’dan ir-regolament għandhom jiġu
ppreżentati, meta jintalbu, lil kull impjegat taċ-ċinematografu u lil
kull uffiċjal tal-Pulizija.
Responsabbiltà  ta’ 
min għandu l-
liċenza.
58. Min għandu l-liċenza ta’ ċinematografu huwa responsabbli
biex jara li l-projezzjoni tal-pellikola ċertifikata ssir sewwa, kif
ukoll illi jitħarsu bir-reqqa kollha dawn ir-Regolamenti.
Tista’ tiġi 
mwaqqfa r-
rappresentazzjoni.
59. Il-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta’ ordni
pubbliku, jew moralità  jew minħabba xi nuqqas kontra dawn ir-
Regolamenti, jkun jista’ jordna li titwaqqaf ir-rappreżentazzjoni u
jingħalaq il-post taċ-ċinematografu għal żmien ta’ mhux iżjed minn
ħmistax-il ġurnata.
AVVIŻI GĦALL-LOKAL TAĊ-ĊINEMATOGRAFU U 
TEATRU
Ċertifikat U - Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età
Ċertifikat PG- Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età  iżda tfal żgħar
ħafna għandhom ikunu mseħbin mill-ġenituri
jew persuni li jħarsuhom
Ċertifikat 12 - Jistgħu jidħlu persuni minn 12-il sena ’l fuq
Ċertifikat 16 - Jistgħu jidħlu persuni minn 16-il sena ’l fuq
Ċertifikat 18 - Jistgħu jidħlu persuni minn 18-il sena ’l fuq
PELLIKOLI U L-PALK ġ L.S.10.17 11
Tul ta’ esibizzjoni.
Miżjud:
N.G. 334 ta’ l-
1956.
Sostitwit:
N.G. 54 ta’ l-1958.
Emendat:
VII. 1958.2;
XXV. 1962.5;
A.L. 72 ta’ l-1968;
A.L. 126 ta’ l-
2000.
60. (1) Kull esibizzjoni ta’ pellikoli li għaliha l-pubbliku
jidħol bil-ħlas għandha, kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni
speċjali mill-Ministru responabbli għall-Pulizija, fid-diskrezzjoni
tiegħu, tkun ta’ mhux inqas minn sagħtejn u tmien minuti inkluż
kull intervall permess skond ir-regolament 38(1), u għandu jkun
fiha pellikola prinċipali u programm li jimla li għandu jinkludi
news u bċejjeċ ta’ interess jew bċejjeċ oħra qosra (kif ukoll
cartoons), iżda perijodu ta’ mhux aktar minn tmien minuti jista’
jiġi riservat biex jintwerew pellikoli ta’ reklami jew għall-wiri ta’
materjal ta’ reklami.
(2) Jekk il-wiri ta’ pellikola prinċipali jieħu aktar minn siegħa
u tmienja u ħamsin minuta ma hemmx bżonn jintwera programm
ieħor li jimla, imma jekk ma jieħux aktar minn siegħa u tmienja u
ħamsin minuta, l-ħin kollu li jibqa’ għandu jimtela’ billi jintwera
programm li jimla ta’ news reels u shorts.
Ħinijiet ta’ l-
egħluq ta’ 
ċinematografi.
61. Iċ-ċinematografi għandhom jagħalqu mhux aktar tard minn
nofs il-lejl.
Tiżjid ta’ ħinijiet 
ta’ l-egħluq.
62. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, wara applikazzjoni
f’każijiet speċjali, jtawwal, fid-diskrezzjoni tiegħu, il-ħin ta’ l-
egħluq speċifikat fir-regolament 61 ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) L-applikazzjoni msemmija fis-sub-regolament (1) għandha
ssir mill-anqas erbat ijiem qabel il-ġurnata li għaliha ntalbet l-
estensjoni.
Meta pellikola 
tintwera f’żewġ 
ċinematografi.
Miżjud:
N.G. 334 ta’ l-
1956.
Emendat:
N.G. 265 ta’ l-
1958.
63. Kull fejn pellikola ċinematografika, li ma tkunx news reel,
tkun qed tintwera fl-istess ħin f’żewġ ċinematografi, l-importatur
tal-pellikola għandu jipprovdi l-pellikola kollha lil kull wieħed
miż-żewġ ċinematografi.
Produzzjonijiet ta’ 
drammi u 
produzzjonijiet 
oħra tal-palk.
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1960.
Emendat:
A.L. 126 ta’ l-
2000.
64. (1) Produzzjonijiet ta’ drammi u produzzjonijiet oħra tal-
palk ikunu suġġetti għall-klassifika kif maħsub f’dan ir-
regolament.
(2) Kull min, f’xi post li fih il-pubbliku huwa ammess sew bi
flus sew le, jippreżenta xi produzzjoni ta’ drammi jew produzzjoni
oħra tal-palk -
(a) mingħajr ma jkun qabel kiseb ċertifikat minn wieħed
mill-klassifikaturi maħtura skond dan ir-regolament li
jgħid li, wara li ttieħed kont tal-moralità , deċenza jew
mġieba tajba pubblika, jew ta’ l-interess pubbliku,
tkun tajba għall-preżentazzjoni tal-pubbliku; jew
(b) xort’oħra milli skond id-direttivi mogħtija lilu minn xi
klassifikatur bħal dak kif intqal qabel,
ikun ħati ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti.
12 L.S.10.17 ħ PELLIKOLI U L-PALK
Użu ta’ 
ċinematografu għal 
produzzjoni ta’ 
dramm jew 
produzzjoni oħra 
tal-palk.
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1960.
65. Kull esibitur ta’ ċinematografu jkollu d-dritt, billi jagħti
avviż bil-miktub ta’ erbgħatax-il ġurnata utili lill-importatur tal-
pellikoli li miegħu jkun ikkuntratta biex juri pellikola jew pellikoli
f’xi ġurnata partikolari, li juża ċ-ċinematografu tiegħu għal
produzzjoni ta’ dramm jew produzzjoni oħra tal-palk f’dik il-
ġurnata, li ma tkunx Ħadd jew festa pubblika, u kemm-il darba l-
esibitur ma jagħmilx użu minn din il-faċilità  iżjed minn darba
f’ġimgħa waħda, ma għandux jitqies li jkun kiser il-kuntratt tiegħu
ma’ l-importatur billi eżerċita dan id-dritt.
Reati u pieni.
Miżjud:
N.G. 495 ta’ l-
1957.
Emendat:
XIII. 1983.5;
VIII. 1990.3.
66. Kull min jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew
mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ta’ reat skond dawn ir-
Regolamenti jista’ jeħel ammenda ta’ mhux inqas minn ħames liri
għal kull kontravvenzjoni, iżda fil-każ tat-tieni reat jew reati oħra li
jsiru fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-aħħar kundanna skond dawn
ir-Regolamenti, jew dwar xi Regolamenti oħra dwar iċ-
ċinematografi, din il-piena ma għandhiex tkun inqas minn għaxar
liri u mhux aktar minn għoxrin lira għal kull kontravvenzjoni.
