REFFIEGĦA TAL-PAKKI ġ L.S.10.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.20
REGOLAMENTI DWAR REFFIEGĦA TAL-PAKKI
27 ta’ Jannar, 1939
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 43 ta’ l-1939.
Titolu.
Reffiegħa tal-Pakki.
Servizzi bħala 
reffiegħa tal-pakki.
2. In-nies li joffru s-servizzi tagħhom lill-pubbliku biex
iġorrulhom il-pakki kkunsinjati mill-Uffiċċju tal-Posta Ġenerali
għandhom, għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, jingħarfu bl-
isem ta’ "reffiegħa tal-pakki".
Liċenza.
madwar il-bini ta’ l-Uffiċċju tal-Posta Ġenerali mingħajr liċenza
mill-Kummissarju tal-Pulizija, li jista’ jiffissa n-numru ta’
reffiegħa tal-pakki.
Sospensjoni ta’ 
liċenza.
4. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jżomm għal żmien ta’
mhux aktar minn sebat ijiem il-liċenza ta’ kull reffiegħ tal-pakki
ħati ta’ mġieba ħażina lejn il-pubbliku jew lejn kull uffiċjal tal-
posta jew ħati talli jkun kiser dawn ir-Regolamenti, u jista’ jieħu
lura l-liċenza ta’ reffiegħ tal-pakki ħati ta’ reat.
Attendenza.
6.00p.m. kuljum ħlief il-Ħdud.
Midalja.
għandhom jilbsu midalja bil-kelmiet "parcel porter" u numru li bih
jingħarfu; il-midalja, li tingħata mill-Kummissarju tal-Pulizija,
tibqa’ tal-Gvern u għandha tingħata lura lill-Kummissarju tal-
Pulizija meta l-liċenza tkun għalqet.
Maniġġ u ġarr ta’ 
pakki.
7. Ir-reffiegħa tal-pakki għandhom jużaw l-akbar kura meta
jimmaniġġaw u jġorru l-pakki, iżda l-Uffiċċju tal-Posta ma jkunx
responsabbli għall-ħsara jew telf ta’ pakki wara l-kunsinna
tagħhom lill-persuna li lilha jkunu ndirizzati jew lill-aġent tagħha.
Projbizzjoni li 
wiħed jitlajja.
8. Ir-reffiegħa tal-pakki ma għandhomx joqogħdu jitlajjaw
fid-daħla prinċipali ta’ l-Uffiċċju tal-Posta Ġenerali, u għandhom
biss jidħlu fil-bini ta’ l-Uffiċċju tal-Posta meta mitlubin mill-
persuna li lilha huma ndirizzati l-pakki jew mill-aġenti tagħha jew
mill-uffiċjali tal-Posta.
