REĠISTRAZZJON TA’ KAŻINI ġ L.S.10.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.21
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI
TA’ KAŻINI
4 ta’ Ottubru, 1939
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 505 ta’ l-1939, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 535 ta’ l-1956; u bl-Avviżi Legali: 148 ta’ l-1975
u 69 ta’ l-1977.
Titolu.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1977.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar ir-
Reġistrazzjoni ta’ Każini.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 69 ta’ l-1977.
2. F’dawn ir-Regolamenti -
(a) il-kelma "każin" tfisser biss bini jew biċċa minn bini
wżat minn għaqda ta’ nies bħala l-post ta’ laqgħa
komuni tagħhom;
(b) il-kelma "segretarju" tfisser kull min jagħmel id-
dmirijiet ta’ segretarju jew xi ħaddieħor li huwa
dikjarat bħala segretarju fl-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tal-każin u kull min hu responsabbli
għat-treġija tal-każin;
(ċ) l-espressjoni "inkonvenjent għall-ġirien" tinkludi
inkonvenjent li jinqala’ mill-post ta’ każin jew li jiġri
barra jew qrib każin, minn jew minħabba xi persuna li
tkun sejra fil-każin jew ħierġa minnu, minbarra każin
ta’ partit politiku.
Reġistrazzjoni ta’ 
każin.
3. Ebda każin ma jista’ jinfetaħ qabel ma jkun reġistrat fl-
uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni.
4. Kull applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ każin għandha
tintbagħat mis-segretarju tal-każin lill-Kummissarju tal-Pulizija u
magħha tintbagħat ukoll dikjarazzjoni bil-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-isem u skop tal-każin;
(b) indirizz tal-post fejn hu l-każin;
(ċ) isem u kunjom u fejn joqgħod is-segretarju;
(d) regoli tal-każin dwar -
(i) l-elezzjoni ta’ membri u l-ammissjoni ta’
membri temporanji u mistidnin;
(ii) il-kondizzjonijiet tas-sottoskrizzjoni u ħlas tad-
dħul;
(iii) it-tmiem ta’ l-assoċjazzjoni;
(iv) il-ħin tal-ftuħ u l-egħluq;
(v) il-proċedura għat-tibdil tar-regoli;
(vi) il-provvista ta’ xorb intossikanti, jekk ikun
hemm.
2 L.S.10.21 ħ REĠISTRAZZJON TA’ KAŻINI 
Meta ma tingħatax 
reġistrazzjoni.
Emendat:
N.G. 535 ta’ l-
1956;
A.L. 69 ta’ l-1977.
5. Il-Kummissarju tal-Pulizija ma jirreġistrax każin jekk -
(a) il-każin ikun f’post li, fiż-żmien ta’ tnax-il xahar sew
sew qabel ma saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni,
kien użat bħala ħanut għall-bejgħ ta’ nbejjed u spirti, li
l-liċenza tiegħu kienet ġiet imħassra;
(b) għandu raġun jaħseb illi l-każin sejjer jitwaqqaf għal-
logħob ta’ l-azzard u ta’ interess;
(ċ) in-numru tal-membri li jħallsu hu inqas minn tletin;
(d) it-total tas-sottoskrizzjonijiet li għandhom jitħallsu
mill-membri kollha matul sena ma jilħaqx daqs il-kera
tal-bini tal-każin;
(e) fil-fehma tal-Kummissarju tal-Pulizija, l-isem propost
tal-każin jixbah sew jew ikollu mnejn inissel
konfużjoni ma’ l-isem ta’ każin ieħor reġistrat, jew
jista’ jġib ksur ta’ ordni pubbliku;
(f) il-ftuħ tal-każin jitqies li x’aktarx ikun ta’
inkonvenjent għall-ġirien għal raġunijiet li d-Direttur
tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Kummissarju tal-Pulizija u
t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, jew ir-rappreżentant
rispettiv tagħhom, jidhrilhom li jkunu xierqa.
Għoti ta’ ċertifikat. 6. Lis-segretarju ta’ kull każin jingħata ċertifikat ta’
reġistrazzjoni, u dan iċ-ċertifikat għandu jkun espost fil-każin.
Dikjarazzjoni li 
għandha tintbagħat 
mis-segretarju.
Emendat:
N.G. 535 ta’ l-
1956.
7. (1) Is-segretarju ta’ kull każin għandu jibgħat, sal-15 ta’
Jannar ta’ kull sena, lill-Kummissarju tal-Pulizija, dikjarazzjoni
ffirmata minnu bil-partikolaritajiet skond ir-regolament 4. Il-
Kummissarju tal-Pulizija għandu wkoll jiġi mgħarraf b’kull tibdil li
jsir matul is-sena fil-partikolaritajiet msemmija hawn fuq.
(2) L-isem reġistrat ta’ każin ma għandux jinbidel mingħajr l-
approvazzjoni minn qabel bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija,
li jista’ jirrifjuta l-approvazzjoni għal xi waħda mir-raġunijiet
msemmijin fir-regolament 5(e).
Ismijiet u indirizzi 
tal-membri.
8. (1) Fil-każin għandha tinżamm lista bl-ismijiet u indirizzi
tal-membri kollha tal-każin u l-aħħar ħlasijiet tas-sottoskrizzjoni
tagħhom.
(2) Mad-dikjarazzjoni msemmija fir-regolament 7, għandu jkun
hemm dikjarazzjoni li sar dak kollu li hu meħtieġ minn dan ir-
regolament.
Ordni biex 
jingħalaq każin.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1975;
A.L. 69 ta’ l-1977.
9. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, bl-approvazzjoni tal-
Ministru responsabbli għall-Pulizija, jordna l-egħluq ta’ kull każin
għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) meta l-każin huwa ffrekwentat bi drawwa minn nies
ta’ taħt it-tmintax il-sena;
(b) meta n-numru ta’ membri li jħallsu jsir inqas minn
tletin;
(ċ) meta huwa miżmum jew użat għal xi skop kontra l-liġi
jew li ġeneralment mhux immexxi in bona fide bħala
każin ;
REĠISTRAZZJON TA’ KAŻINI ġ L.S.10.21 3
(d) meta hu ffrekwentat minn nies ta’ karattru ħażin jew li
fih ikun hemm ta’ spiss sokor jew logħob bla qies ta’ l-
azzard u ta’ interess;
(e) meta nies li mhumiex membri jidħlu bi drawwa fil-
każin biex jixorbu likuri intossikanti jew biex jilgħabu
logħob ta’ l-azzard u ta’ interess;
(f) meta dawk li japplikaw biex isiru membri jitħallew
igawdu l-privileġġi ta’ membri mingħajr intervall ta’
mill-inqas jumejn bejn meta jkunu nominati u
mdaħħlin bħala membri;
(g) meta, wara li l-każin ikun ġie reġistrat, jinħolqu
affarjiet illi, kieku kienu jeżistu qabel, ma kenitx tista’
minħabba fihom issir ir-reġistrazzjoni tal-każin skond
dawn ir-Regolamenti;
(h) li xi restrizzjoni mposta mill-Kummissarju tal-Pulizija,
dwar il-ħinijiet li matulhom il-każin ikun jista’
jinżamm miftuh, tkun inkisret;
(i) li inkonvenjent għall-ġirien ikun sar jew x’atarx isir,
għal raġunijiet li d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-
Kummissarju tal-Pulizija u t-Tabib Prinċipali tal-
Gvern, jew ir-rappreżentant rispettiv tagħhom,
jidhrilhom li jkunu xierqa.
Kanċellament mir-
reġistru.
10. Meta każin jagħlaq b’ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija,
dan il-każin jiġi mħassar mir-reġistru, u ebda każin ma jkun
reġistrat f’dak il-post qabel ma jkunu għaddew tnax-il xahar minn
dik id-data ta’ l-egħluq.
Egħluq temporanju 
ta’ każin.
11. Il-Kummissarju tal-Pulizija, minħabba raġunijiet ta’ ordni
pubbliku, jista’ jordna f’kull waqt li każin jingħalaq minnufih għal
xi żmien. Meta tingħata ordni bħal din mill-Kummissarju tal-
Pulizija, in-nies li jkunu fil-każin għandhom joħorġu mill-post
minnufih u l-każin ma jerġax jinfetaħ ħlief bil-permess tal-
Kummissarju tal-Pulizija.
Ħinijiet ta’ ftuħ.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1977.
12. Il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jirrestrinġi,
minn żmien għal żmien, is-siegħat li matulhom każin jista’
jinżamm miftuħ jekk id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-
Kummissarju tal-Pulizija u t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, jew ir-
rappreżentant rispettiv tagħhom, iqis li dik il-miżura tkun meħtieġa
sabiex jiġi evitat inkonvenjent għall-ġirien.
Frekwentar ta’ 
każin mhux 
reġistrat.
Kap. 10.
13. Kull min jiffrekwenta każin li mhux reġistrat skond dawn
ir-Regolamenti, jew li ġie magħluq skond ir-regolament 8, ikun ħati
ta kontravvenzjoni skond l-artikolu 318 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija.
Eżenzjonijiet.
biss ta’ natura reliġjuża jew għal każini ta’ żgħażagħ li l-iskop
tagħhom hu biss ta’ sports.
Responsabbiltà  
għall-osservanza 
tar-Regolamenti.
15. Is-segretarju tal-każin ikun responsabbli għall-osservanza
ta’ dawn ir-Regolamenti.
4 L.S.10.21 ħ REĠISTRAZZJON TA’ KAŻINI 
Applikabbiltà  ta’ 
Regolamenti oħra.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1977.
L.S.10.09.
16. Id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Ħwienet għall-
Bejgħ ta’ l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi (Liċenzi, Bonordni u
Diċenza Pubblika) għandhom japplikaw għal kull post reġistrat
bħala każin, kemm-il darba il-Kummissarju tal-Pulizija, fid-
diskrezzjoni assoluta tiegħu, ma jeżentax lil xi każin mid-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.
