ANNIMALI TAL-ĦALIB F’AREI ABITATI ġ L.S.10.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.24
REGOLAMENTI DWAR ANNIMALI TAL-ĦALIB 
F’AREI ABITATI
27 ta’ Frar, 1958
1 ta’ Masrzu, 1963
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 150 ta’ l-1958 u bl-AVVIŻ LEGALI
10 ta’ l-1964, ikkonsolidati.
Titolu.
Annimali tal-Ħalib f’Arei Abitati.
Tifsir.
Kap. 10.
2. F’dawn ir-Regolamenti, "area abitata" għadha l-istess tifsir
mogħtija lilha bl-artikolu 2 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Annimali tal-ħalib 
f’arei abitati 
f’Malta jew 
f’Għawdex.
3. Ħadd ma jista’ jieħu, jġiegħel jew jippermetti li jittieħdu fi,
xi area abitata fil-limiti parrokkjali ta’ kull belt jew raħal f’Malta
jew f’Għawdex, annimali tal-ħalib, jew imexxi, jsuq jew iżomm,
jew iġiegħel jew jippermetti li jitmexxew, jinsaqu jew jinżammu xi
annimali bħal dawn f’dawn l-arei:
Iżda annimali bħal dawn jistgħu jiġu mmexxijin jew
misjuqin fl-arei msemmija bejn il-maqjel u l-limiti tal-belt jew
raħal fejn ikun jinsab il-maqjel fir-rotta li trid tiġi speċifikata f’kull
każ mill-Kummissarju tal-Pulizija.
