PREZZIJIET TAD-DĦUL FIT-TEATRI ġ L.S.10.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.25
REGOLAMENTI DWAR IL-PREZZIJIET 
TAD-DĦUL FIT-TEATRI
3 ta’ Ġunju, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 20 ta’ l-1960, kif emendat bl-Avviżi Legali: 53 ta’ l-
1975, 104 ta’ l-1977 u 7 ta’ l-1980; bl-Att XIII ta’ l-1983; u bl-Avviż
Legali 16 ta’ l-1990.
Titolu.
Prezzijiet tad-Dħul fit-Teatri.
Tifsir.
ma tfisserx xort’oħra -
"detentur ta’ liċenza" tfisser, dwar teatru, il-persuna li jkollha l-
liċenza tal-Pulizija;
Kap. 406.
"prezz" tfisser l-ammont kollu, li jinkludi t-taxxa li għandha
titħallas skond l-Att dwar il-Valur Miżjud;
"teatru" tfisser teatru pubbliku jew sala pubblika taċ-
ċinematografu;
"wirja" tinkludi wirja teatrali jew esibizzjoni cinematografika.
L-obbligi tad-
detentur.
3. Id-detentur tal-liċenza ta’ teatru għandu jqiegħed f’post
fejn tidher, sakemm tispiċċa kull wirja msemmija f’dan ir-
regolament, fl-entratura tat-teatru tiegħu u f’dik il-posizzjoni u
mod li tkun tinqara ċar u tiftiehem, pjanta, fi gwarniċ xieraq, li turi
-
(a) il-postijiet f’dak it-teatru u kull arranġament tagħhom
fi klassijiet differenti ta’ postijiet; u
(b) il-prezz li għandu jitħallas għad-dħul għal kull wieħed
mill-postijiet jew għall-klassijiet differenti ta’ postijiet
f’dak it-teatru għal kull wirja fit-teatru li għaliha jkunu
qed jinbiegħu biljetti jew jittieħdu postijiet.
Konsenja ta’ kopji 
ta’ pjanti lill-
Pulizija.
4. (1) Id-detentur tal-liċenza ta’ teatru għandu, jekk ikun
hekk mitlub b’avviż iffirmat mill-Kummissarju tal-Pulizija jew
f’ismu, jikkonsenja fl-Għassa tal-Pulizija u matul iż-żmien
speċifikat fl-avviż, kopja eżatta ta’ kull pjanta li huwa jkun
obbligat iqiegħed f’post fejn tidher skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 3.
(2) L-avviż maħruġ lid-detentur japplika għall-wirjiet in
ġenerali jew għal wirjiet f’xi okkażjonijiet partikolari, u jkollu
effett jew sakemm jiġi mħassar jew meta jiskadi l-perijodu
speċifikat fih.
2 L.S.10.25 ħ PREZZIJIET TAD-DĦUL FIT-TEATRI
Il-prezzijiet murija 
fuq il-pjanti jkunu 
l-ogħla prezzijiet.
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-1975;
A.L. 104 ta’ l-
1977;
A.L. 7 ta’ l-1980.
Sostitwit:
A.L. 16 ta’ l-1990.
5. Id-detentur tal-liċenza ta’ teatru ma għandux jitlob jew
jipprova jitlob, għad-dħul, prezz ogħla minn dak muri fil-pjanta
mqegħda f’post fejn tideher skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 3.
Responsabbiltà  
tad-detentur tal-
liċenza.
6. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti d-detentur ta’
liċenza tat-teatru jkun responsabbli għall-azzjonijiet u nuqqasijiet
ta’ l-impjegati jew aġenti tiegħu.
Reati u pieni.
Emendat:
XIII. 1983.5.
7. Kull min jikser jew jonqos milli josserva xi waħda mid-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 3, 4 u 5 ikun ħati ta’ reat u jista’
jeħel, meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira
għal kull reat.
