ŻBARK TA’ ANNIMALI  ġ L.S.10.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.27
REGOLAMENTI DWAR L-IŻBARK TA’ ANNIMALI
29 ta’ Marzu, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 8 ta’ l-1963.
Titolu.
Iżbark ta’ Annimali.
Tifsir.
ma tfisserx xort’oħra -
"annimal" tfisser żiemel, ħmar, bagħal, gendus jew baqra;
"baqra" tinkludi għoġla tqila;
"tiżbarka" tfisser tiżbarka minn bastiment li fuqu jinġarru
annimali bil-baħar għal port jew post ieħor f’dawn il-Gżejjer.
Reati.
mingħajr ma jiġu osservati almenu dawn ir-Regolamenti dwar l-
iżbark, ikun ħati ta’ reat.
Żbark ta’ żwiemel, 
ħmir, bgħula u 
gniedes.
4. (1) Żwiemel, ħmir, bgħula u gniedes għandhom jiġu
żbarkati permezz ta’ ċineg protetti b’dak il-materjal li, fil-fehma
tal-Veterinarju Prinċipali tal-Gvern, jevita irritazzjoni.
(2) Żwiemel, ħmir u bgħula għandhom jiġu żbarkati wieħed
wieħed.
(3) Gniedes jistgħu jiġu żbarkati tnejn tnejn.
Żbark ta’ baqar.
Annimali mweġġa’ 
jew selvaġġi.
6. Jekk xi annimal ikollu xi sieq miksura jew ikun xort’oħra
mweġġa’ serjament jew ikun fi stat salvaġġ li ma jkunx jista’ jiġi
żbarkat skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, il-
persuna inkarigata mill-iżbark għandha minnufih tgħarraf lil
veterinarju tal-gvern, u l-annimal għandu wara dan jiġi żbarkat jew
maqtul skond dawk id-direttivi li jistgħu jingħataw minn dak il-
veterinarju tal-gvern.
