FAĊILITAJIET GĦAD-DRENAĠĠ ġ L.S.10.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.29
REGOLAMENTI DWAR FAĊILITAJIET 
GĦAD-DRENAĠĠ
1 ta’ Ġunju, 1975;
5 ta’ Awissu, 1975;
1 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻI LEGALI 88 ta’ l-1975, 52 ta’ l-1976, kif emendati bl-Att XIII
ta’ l-1983, u 111 ta’ l-1988, konsolidati, u kif emendati bl-Att XI ta’ l-1987.
Titolu.
Faċilitajiet għad-Drenaġġ.
Faċilitajiet għad-Drenaġġ
Impożizzjoni ta’ 
servitujiet. 
Kap. 88.
2. Kull meta xi drenaġġ, jew xi parti mid-drenaġġ pubbliku, li
jkun ser jitqiegħed minn xi sid li ma jkunx il-Gvern, ikun ser
igħaddi minn jew matul xi art li ma tkunx proprjetà  tal-Gvern, il-
Kummissarju ta’ l-Artijiet għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa
għall-impożizzjoni tas-servitù  relattiva skond id-disposizzjonijiet
ta l-Ordinanza dwar Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.
Ftehim ma’ sidien.
tal-Ministru responsabbli għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jagħmel kull
ftehim mas-sid tad-dar dwar il-komunikazzjoni tal-loki jew lokijiet
relattivi mad-drenaġġ pubbliku, u kull ftehim jista’ jinkludi l-
kontribuzzjoni mid-Direttur ta’ dik il-parti mill-ispiża totali li tkun
saret jew li tkun ser issir għall-imsemmija komunikazzjoni kif l-
imsemmi Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Finanzi, jista jiddeċiedi jew b’mod ġenerali jew b’mod partikolari.
Kif tinqasam l-
ispiża.
4. Meta, minħabba ordni tas-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, xi parti mid-drenaġġ pubbliku jitqiegħed minn sid
wieħed jew aktar ta’ djar, u dik il-parti tkun maħsuba biex tintuża
f’xi żmien minn dak is-sid l-ieħor jew is-sidien l-oħra, l-ispiża
totali li ssir għal dak it-tqegħid għandha titqassam
proporzjonatament skond il-faċċata bejn is-sidien kollha ta’ l-art li
tkun ħdejn, jew faċċata tad-djar in kwistjoni fuq liema art ikunu
nbnew jew jistgħu jinbnew djar, u s-sid jew is-sidien li jkunu
għamlu l-ispiża oriġinali jkollhom dritt li jitħallsu lura mingħand
is-sid jew is-sidien l-oħra l-parti tagħhom.
Xogħlijiet mid-
Direttur tax-
Xogħlijiet 
Pubbliċi.
5. Meta diversi djar f’xi area partikolari għandhom jiġu
kkomunikati mad-drenaġġ pubbliku, u sid wieħed jew aktar ta’
dawk id-djar ma jaqblux mas-sidien l-oħra dwar ix-xogħol li jkollu
jsir u/jew dwar l-ispiża li jkun hemm, id-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi jista’ jiddeċiedi li jagħmel ix-xogħol meħtieġ kollu jew
parti minnu għas-spejjeż tad-diversi sidien, u l-ispiża totali li ssir
minnu tkun għak-karigu ta’ l-imsemmija sidien kollha kif jidher fir-
regolament 4 ta’ dawn ir-Regolamenti.
Żmien għall-ħlas.
Regolamenti, ebda sid ta’ art li tista’ tiġi żviluppata ma jkun
obbligat li jħallas xi sehem jew proporzjon ta’ l-ispiża msemmija
fl-imsemmi regolament 4 sakemm jkun inħariġlu permess għall-
2 L.S.10.29 ħ FAĊILITAJIET GĦAD-DRENAĠĠ
bini mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar dwar dik il-biċċa art partikolari.
Ħlas ta’ imgħax.  7. Meta xi ammont ikollu jitħallas lid-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi jew lil xi persuna oħra dwar xogħlijiet magħmula skond
id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 4 jew 5, id-debitur ta’ kull
ammont għandu jħallas l-imgħaxijiet bir-rata ta’ 6 fil-mija fis-sena
mid-data li fiha l-imsemmi ammont isir dovut.
Komunikazzjoni mad-drenaġġ pubbliku
Dritt li għandu 
jinġabar.
Emendat:
XIII. 1983.5;
XI. 1987.140.
Kap. 10.
8. Meta d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jqiegħed il-
komunikazzjoni bejn id-drenaġġ pubbliku u l-intercepting chamber
ta’ xi dar kif provdut fl-artikolu 97(2) tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija, id-drittijiet li ġejjin għandhom jitħallsu lill-imsemmi
Direttur mis-sid ta’ dik id-dar :
(a) fil-każ ta’ komnikazzjoni mħaffra f’art mimlija jew fi
blat artab - Lm30 kull komunikazzjoni;
(b) fil-każ ta’ komunikazzjoni mħaffra fi blat iebes -
Lm35 kull komunikazzjoni :
Iżda meta d-distanza bejn id-drenaġġ prinċipali u l-punt
tal-komunikazzjoni mal-proprjetà  privata tkun inqas minn 10 piedi
d-dritt għall-komunikazzjoni jkun ta’ Lm20:
Kap. 318.
Iżda wkoll, fil-każ ta’ dar okkupata mis-sid, ma jinġabar
ebda dritt jekk jiġi muri li dak is-sid ikun qed jirċievi għajnuna
soċjali jew pensjoni mhux kontributorja skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali.
Drittijiet (drenaġġ prinċipali)
Ħlas ta’ drittijiet. 9. Kull min japplika għand l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar għal
permess biex jibni jew jerġa’ jibni mill-ġdid dar, għandu, qabel ma
jinħareġ dak il-permess, iħallas lid-Direttur tax-Xogħlijiet dawk id-
drittijiet kollha stipulati fir-regolament 10 dwar it-tqegħid propost
jew eżistenti tad-drenaġġ prinċipali, minbarra fejn dar proposta jew
eżistenti tkun tinsab f’ distanza ta’ iktar minn 600 metru minn
drenaġġ prinċipali.
Drittijiet li 
għandhom 
jinġabru.
10. Id-drittijiet dovuti lid-Direttur tax-Xogħlijiet biex
jitqiegħed id-drenaġġ prinċipali intiż biex jaqdi -
(a) il-pjan terren u l-ewwel sular proposti
jew eżistenti tad-dar, għal kull metru tul
tal-faċċata tagħha -
(i) fejn l-art quddiem dik id-dar tkun
indikata għall-iżvilupp tal-bini .... Lm8;
(ii) fejn l-art quddiem dik id-dar ma
tkunx indikata għall-iżvilupp tal-
bini ............................................. Lml2;
(b)  kull sular addizjonali ’il fuq mill-pjan
terren u minn l-ewwel sular tad-dar
proposta, għal kull metru tul tal-faċċata
tagħha .............................addizzjonali Lm4;
FAĊILITAJIET GĦAD-DRENAĠĠ ġ L.S.10.29 3
(ċ) dar proposta li tinsab fuq biċċa art f’kantuniera u li
għandha faċċata li tagħti fuq żewġ triqat, il-ħlas
għandu jsir fuq l-itwal faċċata tagħha flimkien ma’
nofs il-ħlas addizjonali dovut fuq it-tul tal-kantuniera
splay:
Iżda l-inqas dritt li jinġabar għal kull dar proposta f’dan
ir-regolament għandu jkun ta’ Lm32.
