IRMIĠĠ ġ L.S.10.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.30
REGOLAMENTI DWAR L-IRMIĠĠ
1 ta’ Ottubru, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 117 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviżi Legali 33 u 51
ta’ l-1986; u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Irmiġġ.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta u tinkludi kull
persuna awtorizzata minnha biex taġixxi minflokha;
"ibħra territorjall" tfisser kull parti ta’ l-ibħra territorjali ta’
Malta;
"irmiġġ" tinkludi rbit, waqfien u kull meta jitniżżlu l-ankri; 
"yacht" tfisser bastiment li jbaħħar, mhux anqas minn 4
tunnellati gross reġistrati, użat għal skopijiet ta’ divertiment.
Direttivi għal 
irmiġġ.
Emendat:
XVII. 1991.81.
3. (1) Il-kaptan jew persuna oħra inkarigata minn bastiment
jew dgħajsa għandha tosserva kif imiss kull direttiva maħruġa mill-
Awtorità  dwar il-post fejn dak ul-bastiment jew dik id-dgħajsa
tista’ tirmiġġa f’xi port jew l-ibħra territorjali, jew dwar il-
moviment tagħha fl-ibħra territorjali.
(2) Kull direttiva tista’ tkun jew ġenerali, jew dwar yachts, jew
dwar klassi oħra ta’ bastimenti jew dgħajjes, jew dwar bastiment
jew dgħajsa partikolari.
Projbizzjoni ta’ 
irmiġġ jew ċaqliq.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tar-regolament 3,
l-Awtorità  tista’ tipprobixxi l-irmiġġ jew iċ-ċaqliq ta’ xi bastimemt
jew dgħajsa partikolari jew xi klassi ta’ bastimenti jew dgħajjes fl-
ibħra territorjali.
Projbizzjoni ta’ 
għawm f’żoni 
partikolari ta’ l-
ibħra territorjali.
Miżjud:
A.L. 33 ta’ l-1986.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. L-Awtorità  tista’ tipprojbixxi l-għawm u kull tip ta’ attività
li għandha x’taqsam ma’ min irid jgħodos taħt il-baħar f’xi żona
partikolari ta’ l-ibħra territorjali.
Projbizzjoni ta’ 
attivitajiet f’żoni 
partikolari ta’ l-
ibħra territorjali. 
Miżjud:
A.L. 51 ta’ l-1986.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. L-Awtorità  tista’ tipprojbixxi sajd li jsir bit-tkarkir bil-
konz mal-qiegħ, sajd bil-parit, it-tfigħ ta’ ankri u kull attività  oħra,
li għandha x’taqsam mas-sajd jew mod ieħor, f’xi żona partikolari
ta’ l-ibħra territorjali.
