ĠEBLA TAL-BINI ġ L.S.10.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.31
ORDNI DWAR IL-ĠEBLA TAL-BINI
1 ta’ Mejju, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 47 ta’ l-1976.
Titolu.
Ħxuna tal-ħitan ta’ 
barra.
2. Il-ħxuna ta’ kull ħajt ta’ kull kamra, espost għax-xita,
għandha tkun ta’ 38ċm (pied u 3 pulzieri), magħmul minn żewġ
faċċati ta’ l-istess ħxuna ta’ ġebla tal-franka, separati b’vojt kif
preskritt bil-liġi.
Qisien tal-ġebla 
wżata fil-bini.
3. Ebda persuna ma tista’ tuża fil-bini ta’ xi ħajt xi ġebla tal-
franka li l-qisien tagħha, jew xi wieħed minnhom, ikunu iktar
minn-
(a) 50.80ċm (20 pulzier) tul, 26.03ċm (10¼  pulzieri) għoli
u 15.24ċm (6 pulzieri) ħxuna fil-każ tal-ġebla li tintuża
f’Malta; u
(b) 50.80ċm (20 pulzier) tul, 27.94ċm (11-il pulzier) għoli
u 15.24ċm (6 pulzieri) ħxuna fil-każ ta’ ġebla wżata
f’Għawdex jew f’Kemmuna.
Qisien tal-qtugħ ta’ 
ġebla tal-fanka.
4. Ġebla tal-franka maqtugħa minn xi barriera m’għandha
f’ebda każ tkun iktar mill-qisien, jew xi wieħed minnhom, murija
hawn taħt:
(a) 53.34ċm (21 pulzier) tul, 27.30ċm (10¾ pulzieri) għoli
u 16.51ċm (6½  pulzieri) ħxuna, fil-każ ta’ ġebla
maqtugħa f’Malta, u 
(b) 53.34ċm (21 pulzier) tul, 29.21ċm (11½  pulzieri) għoli
u 16.51ċm (6½  pulzieri) ħxuna fil-każ ta’ ġebla
maqtugħa f’Għawdex jew f’Kemmuna.
