GROUND TA’ L-ISPORTS (PREZZIJIET TA’ DĦUL) ġ L.S.10.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.32
REGOLAMENTI DWAR IL-GROUND TA’ L-
ISPORTS (PREZZIJIET TA’ DĦUL)
4 ta’ Jannar, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 1 ta’ l-1978, kif emendat bl-Avviż Legali 112 ta’ l-
1978; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Ground ta’ l-Isports (Prezzijiet ta’ Dħul).
Tifsir.
Sostitwit:
A.L. 112 ta’ l-
1978.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra, "ground ta’ l-isports" tfisser -
(a) l-Istadium fil-Gżira;
(b) il-Ground tal-Football f’Manoel Island, il-Gżira; 
(ċ) ix-Schreiber Ground fir-Raħal Ġdid, u
(d) is-Silver Jubilee Ground f’Għawdex.
L-ogħla prezz ta’ 
dħul.
Kap. 406.
3. Il-prezz li jista’ jintalab għal dħul f’xi ground ta’ l-isports
muri fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, li tinkludi kull taxxa li titħallas fuqu skond l-Att dwar
it-Valur Miżjud, dwar kull partita football, m’għandux ikun iżjed
minn dak muri dwaru fit-tieni kolonna ta’ dik l-Iskeda:
Iżda l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jawtorizza bil-miktub
żieda ta’ l-imsemmija prezzijiet, jew ta’ xi wħud minn dawk il-
prezzijiet, jew fuq bażi regolari jew dwar okkażjonijiet speċjali.
Pieni.
dħul fi ground ta’ l-Isports. bi prezz ogħla minn dak provdut fir-
regolament 3 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira dwar kull reat.
2 L.S.10.32 ħ GROUND TA’ L-ISPORTS (PREZZIJIET TA’ DĦUL)
Emendata:SKEDA
A.L. 112 ta’ l-1978;
XIII. 1983.5.(Regolament 3)
L-Ewwel Kolonna 
Ground ta’ l-Isports
It-Tieni Kolonna 
Prezz tad-Dħul
Stadium fil-Gżira L-Ewwel Diviżjoni:
Enclosure Adulti  25ċ
Tfal  20c
Ground Adulti  20ċ
Tfal  15c
It Tieni Diviżjoni:
Enclosure Adulti  20ċ
Tfal  15c
Ground Adulti  15ċ
Tfal  10c
L-imsemmija prezzijiet ikunu komprensivi dwar kull żewġ
partiti tal-football li jintlagħbu fl-istess nofs ta’ nhar.
Schreiber Ground
f’Raħal Ġdid Adulti  15ċ
Tfal  5c
Il-Ground tal-
Football, f’Manoel
Island, Gżira  Adulti  15ċ
Tfal  10c
Silver Jubilee Ground
f’Għawdex 15ċ
NOTA: Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda "adulti" tfisser persuni ta’ l-età  ta’ 16-il sena
jew iżjed, "tfal" tfisser persuni taħt l-età  ta’ 16-il sena.
