ORDNI PUBBLIKU FIL-GROUNDS TA’ L-ISPORTS ġ L.S.10.33 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.33
REGOLAMENTI BIEX JINŻAMM L-ORDNI 
PUBBLIKU FIL-GROUNDS TA’ L-ISPORTS
11 ta’ Awissu, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 88 ta’ l-1978, kif emendat bl-Avviżi Legali: 113 ta’ l-
1978 u 63 ta’ l-1979; bl-Att XIII ta’ l-1983; u bl-Avviżi Legali 7 ta’ l-1984,
153 ta’ l-1993, 48 ta’ l-1994, 85 ta’ l-1998, 40 u 251 ta’ l-2000.
Titolu.
jinżamm l-Ordni Pubbliku fil-Grounds ta’ l-Isports.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 113 ta’ l-
1978;
A.L. 63 ta’ l-1979;
A.L. 7 ta’ l-1984;
A.L. 153 ta’ l-
1993;
A.L. 48 ta’ l-1994;
A.L. 85 ta’ l-1998;
A.L. 40 ta’ l-2000;
A.L. 251 ta’ l-
2000.
2. F’dawn ir-Regolamenti -
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija u tinkludi kull
uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"Ministru’’ tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija;
"ground ta’ l-isports" tfisser - 
(a) l-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali - Ta’ Qali;
(b) il-Marsa Sports Ground - Marsa;
(ċ) il-Ground ta’ l-Isports ta’ Pace Grasso - Paola;
(d) il-Marsa Racing Club u l-korsa tat-Tiġrija - Marsa;
(e) il-Ground tal-Football f’Manoel Island - Gżira; 
(f) il-Hibernians Football Ground - Kordin, Paola; 
(g) il-Ground tas-Sannat - Għawdex;
(h) l-Istadium ta’ Għawdex;
u tinkludi - 
(i) il-Pool Nazzjonali u l-Kumpless Sportiv ta’ l-
Università  - Tal-Qroqq, Msida;
(j) l-ex Pool Nazzjonali - Marsaskala; 
(k) il-Paviljun tal-Basket Ball -Ta’ Qali; 
(l) Victor Tedesco Stadium - Ħamrun; 
(m) Centenary Stadium - Ta’ Qali; u
(n) kull ground ta’ l-isports jew pool ieħor li l-Ministru
jista’ jispeċifika b’ordni.
Dħul fil-grounds.
l-isports jekk ma jkollhiex il-biljett tad-dħul relattiv.
(2) Kull persuna li jkollha biljett tad-dħul għal ground tista’
tidħol biss f’dak il-parti tal-ground ta’ l-isports li dwarha jkun
inħareġ il-biljett tad-dħul.
Setgħa għal 
tfittxija.
4. Il-Kummissarju jista’ jfittex fuq kull persuna filwaqt li din
tkun dieħla fi ground, kif ukoll filwaqt li tkun qiegħda hemmhekk
jew ħierġa minn hemm.
2 L.S.10.33 ħ ORDNI PUBBLIKU FIL-GROUNDS TA’ L-ISPORTS
Dħul fil-post fejn 
ikun qed isir il-
logħob.
5. Ebda persuna ħlief l-uffiċjali, il-persuni li jkunu qed jieħdu
sehem fil-logħba jew fil-logħob, u dawk awtorizzati jew mill-
awtorità  jew assoċjazzjoni li taħt l-awspiċji tagħha l-logħba jew il-
logħob ikun qed isir jew mill-management tal-ground, ma għandha
taqbeż iċ-ċint jew il-barriera li ddawwar il-pitch u tidħol fil-post
fejn ikun qed isir il-logħob.
Ksur tal-paċi. 6. (1) Kull persuna li thedded lil xi persuna oħra b’ġebel jew
xi oġġett ieħor jew titfa’ xi ġebla jew oġġett ieħor fuq il-post fejn
ikun qed isir il-logħob jew fuq xi parti oħra tal-ground ta’ l-isports,
jew li, filwaqt li tkun dieħla fi ground ta’ l-isports, filwaqt li tkun
qiegħda hemmhekk jew tkun ħierġa minn hemm ikollha fuqha xi
arma jew xort’oħra ġġib ruħha b’mod li jista’ jinkiser il-bon ordni
tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti.
Kap. 9.
(2) Għall-finijiet tas-sub-regolament (1), "arma" tfisser kull
arma regolari jew mhux regolari kif imfisser fl- artikolu 64 tal-
Kodiċi Kriminali u tinkludi kull imitazjoni tagħhom. 
Kliem offensiv, 
eċċ.
7. Kull persuna, li filwaqt li tkun dieħla fi ground ta’ l-
isports, filwaqt li tkun qiegħda hemmhekk jew tkun ħierġa minn
hemm tuża kliem offensiv jew iġġib ruħha abbużivament tkun ħatja
ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti. 
Setgħa ta’ arrest, 
eċċ.
8. Bla ħsara għal kull setgħa oħra mogħtija lilu b’xi liġi oħra,
il-Kummissarju jista’ jarresta lil kull persuna li tkun għamlet jew li
jkun hemm suspett li tkun għamlet reat kontra dawn ir-Regalamenti
u jista’, sabiex iżomm l-ordni f’kull ground ta’ l-isports, juża dawk
il-mezzi u dik il-forza li fil-fehma tiegħu jkun meħtieġa jew
espedjenti, u jista’ jkeċċi minn kull ground lil kull persuna jew
grupp ta’ persuni.
Piena. 9. (1) Kull persuna li tagħmel reat kontra dawn ir-
Regolamenti teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn
ħamsa w għoxrin lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(2) Meta xi persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti, il-qorti tista’, b’żieda mal-piena msemmija,
tipprojbixxi lil min jagħmel ir-reat milli jattendi f’xi ground ta’ l-
isports għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sena.
Kap. 9.
(3) Meta xi persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti dwar liema reat, taħt il-Kodiċi Kriminali jew xi liġi
oħra, ikun hemm piena akbar minn dik provduta skond dan ir-
regolament, il-qorti għandha tagħti l-akbar piena.
