RESTRIZZJONI TA’ DĦUL U PASSAĠĠ FL-IMDINA ġ L.S.10.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.35
REGOLAMENTI DWAR RESTRIZZJONI TA’ DĦUL 
U PASSAĠĠ FL-IMDINA
9 ta’ April, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 33 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviż Legali 181 ta’ l-
2001.
Titolu.
Restrizzjoni ta’ Dħul u Passaġġ fl-Imdina.
Vetturi projbiti 
dħul.
2. Ebda vettura, ħlief karozzini, ma tista’ tidħol f’xi triq jew
pjazza ġewwa l-Imdina, lanqas ma tista’ tiċċirkola f’dik il-belt
f’ebda ħin.
Eċċezzjonijiet.
Emendat:
A.L. 181 ta’ l-
2001.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 2:
(a) vetturi liċenzjati f’isem ir-residenti ta’ l-Imdina,
karozzi tat-tiġijiet, ambulanzi, vetturi wżati biex
jintefa’ n-nar u tal-Pulizija, vetturi tal-mejtin, u dawk
li jkunu qed jintużaw minn tobba msejjħin biex
jinvistaw persuni ġewwa l-Imdina, għandhom
jkollhom kull dritt ta’ dħul u passaġġ hemmhekk f’kull
ħin;
(b) vetturi kummerċjali li jikkonsenjaw jew ibiegħu
oġġetti ġewwa l-belt ikunu jistgħu jiċċirkolaw ġewwa
l-Imdina għal dawk l-attivitajiet bejn is-6.00 u l-10.30
ta’ filgħodu u bejn it-3.00 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar
fil-ġranet kollha minbarra fil-Ħdud u btajjel pubbliċi
oħra;
(ċ) mini-buses, mikrijin biex iwasslu tfal li jattendu
skejjel fl-Imdina, ikunu jistgħu jiċċirkolaw ġewwa dik
il-belt bejn is-7.30 u d-9.00 ta’ filgħodu u bejn is-1.00
u s-2.00 ta’ wara nofs in-nhar fil-ġranet ta’ l-iskola;
(d) taxi-cars, u karozzi minkrija bix-xufier, għandu biss
ikollhom aċċess għal dħul u ħruġ ġewwa l-Imdina,
mingħajr parkeġġ, sabiex iwasslu residenti minn u lejn
lukandi u residenzi ġewwa l-Imdina.
Il-Pulizija tista’ 
tippermetti dħul 
temporanju.
4. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jagħti permess biex
vetturi jidħlu u jiċċirkolaw ġewwa l-belt ta’ l-Imdina għal għan jew
raġuni speċifika b’dawk il-kundizzjonijiet li l-Kummissarju tal-
Pulizija jista’ jidhirlu xieraq li jimponi.
(2) Il-permess imsemmi għandu jkun bil-miktub u għandu
jintwera ġewwa l-vettura b’tali mod li jkun jista’ jidher u jinqara
minn barra l-vettura f’kull waqt li l-vettura tkun ġewwa l-Imdina.
