RESTRIZZJONI TA’ L-UŻU TA’ MAKNI TAD-DIVERTIMENT ġ L.S.10.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.36
REGOLAMENTI DWAR IR-RESTRIZZJONI 
TA’ L-UŻU TA’ MAKNI TAD-DIVERTIMENT
1 ta’ Ġunju, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1988.
Titolu.
Restrizzjoni ta’ l-Użu ta’ Makni tad-Divertiment.
Tifsir.
"fond" tfisser kull fond li għalih tinħtieġ liċenza jew permess tal-
Kummissarju tal-Pulizija skond kull Att, Ordinanza, Regolament
jew xi liġi oħra, u kull fond reġistrat bħala każin;
"makna tad-divertiment" tfisser kull tip ta’ makna tad-
divertiment li titħaddem permezz tat-tfigħ fil-makna ta’ munita jew
muniti, jew ta’ xi token, u li minnha l-ġugatur rebbieħ la jircievi u
lanqas jiġi offert xi benefiċċju ieħor ħlief l-opportunità  mogħtija
mill-azzjoni awtomatika tal-makna li jerġa’ jilgħab il-logħba
mingħajr ma jitfa’ xi munita jew token oħrajn, u, ħlief għall-finijiet
tar-regolament 4, għandha tinkludi makni magħrufin bħala "kiddie
ride machines", juke-boxes u mwejjed pubbliċi tat-table soccer;
"token" tfisser dak l-oġġett li jkun jixbaħ munita li jinxtara
sabiex jintefa’ f’makni tad-divertiment minflok muniti, biex
taħdem l-istess makna.
Projbizzjoni taż-
żamma, eċċ.,ta’ 
makni tad-
divertiment.
3. Ebda persuna ma għandha żżomm jew tħaddem, jew
tippermetti li jinżammu jew jitħaddmu xi makni tad-divertiment
f’xi fond mingħajr l-awtorità  bil-miktub tal-Kummissarju tal-
Pulizija.
Kummissarju tal-
Pulizija ma jagħtix 
awtorità  għal aktar 
minn tliet makni.
4. Il-Kummissarju tal-Pulizija ma għandux jawtorizza li
jinżammu u jitħaddmu aktar minn tliet makni tad-divertiment f’xi
fond.
L-ogħla valur tal-
munita jew token.
5. L-ogħla valur tal-munita jew token li tista’ tintefa’ f’makna
tad-divertiment għandu jkun ta’ 10 ċenteżmi, u l-ogħla prezz biex
tintlagħab xi logħba waħda fuq makna tad-divertiment għandu jkun
ta’ 10 ċenteżmi.
Drittijiet. 
divertiment f’xi fond, il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jitlob
dawn id-drittijiet:
(a) Lm20 fis-sena għar-rigward ta’ kull kiddie ride
machine, juke-box jew mejda tat-table soccer; u
(b) Lm100 fis-sena għar-rigward ta’ kull makna waħda
oħra tad-divertiment.
Reati u pieni.
Kap. 9.
7. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tar-
regolament 3 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, l-pieni
stabbiliti fil-Kodiċi Kriminali għal kontravvenzjonijiet jew
separatament jew kumulattivament.
2 L.S.10.36 ħ RESTRIZZJONI TA’ L-UŻU TA’ MAKNI TAD-DIVERTIMENT
Kap. 10.
(2) F’każ ta’ reċidiva għal reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 320 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, u l-qorti tista’
tħassar jew tordna li tiġi sospiża, għal dak iż-żmien li jidhrilha
xieraq, il-liċenza dwar il-fond fejn ikun sar ir-reat.
