IRMONK (TARIFFA TA’ RATI)  ġ L.S.10.38 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.38
REGOLAMENTI DWAR IRMONK 
(TARIFFA TA’ RATI)
21 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 192 ta’ l-1990, kif emendat bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Irmonk (Tariffa ta’ Rati).
Tariffa tar-rati. 
irmonk lil bastimenti li jidħlu, joħorġu jew jiċċaqalqu fil-Port il-
Kbir, fil-Port ta’ Marsamxett jew fil-Port ta’ Marsaxlokk ma
għandhomx ikunu iżjed mir-rati speċifikati fl-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti.
Kif jinħadem il-
ħin.
Emendat:
XVII. 1991.81.
3. (1) Il-ħin li għalih japplikaw ir-rati skond l-Iskeda għandu
jibda jgħodd jew mill-ħin li l-bastiment ta’ l-irmonk ikun ordnat
biex jibda x-xogħol jew mill-ħin li jitlaq mill-irmiġġ, skond liema
jkun l-ewwel, u l-ħin li jispiċċa fih ikun dak meta l-bastiment ta’ l-
irmonk jasal lura fuq l-irmiġġ tiegħu.
(2) Il-ħin minn jew għall-irmiġġ għandu jiġi kalkolat, jekk is-
servizz jingħata -
(a) fil-Port il-Kbir, bħala 20 minuta;
(b) fil-Port ta’ Marsamxett, bħala 30 minuta;
(ċ) fil-Port ta’ Marsaxlokk, jekk il-bastiment jew
bastimenti ta’ l-irmonk ikunu bbażati -
(i) fil-Port ta’ Marsaxlokk, bħala 20 minuta, 
(ii) fil-Port il-Kbir, bħala 60minuta:
Iżda għal bastimenti li jkollhom 50% jew aktar merkanzija
għat-trasbord li jidħlu fil-faċilitajiet tal-Port Ħieles ta’ Malta
f’Marsaxlokk u għal bastimenti li jidħlu f’Marsaxlokk għal finijiet
ta’ bunkering biss jew in konnessjoni ma’ taħlit ta’ żejt u biex
jagħmlu xi ħażna tiegħu għal finijiet ta’ trasbord jew ta’ ri-
esportazzjoni biss, il-ħin minn u għall-irmiġġ għandu jiġi kalkolat
daqslikieku s-servizz kien qiegħed jingħata fil-Port il-Kbir;
Iżda wkoll, l-Awtorità  Marittima ta’ Malta tista’, wara li
ssirilha talba u fid-diskrezzjoni tagħha, tapplika l-komputaz-
zjonijiet u l-kondizzjonijiet tal-proviso ta’ qabel dan għal kull
bastiment ieħor li jidħol fil-Port Ħieles ta’ Malta.
Ordni għal 
bastimenti ta’ l-
irmonk.
4.  L-ordni għal bastimenti ta’ l-irmonk għandha ssir b’dan il-
mod li ġej:
(a) għal attività  bejn l-4p.m. ta’ jum u t-8a.m. tal-jum ta’
wara, l-ordni għandha ssir qabel nofsinhar;
(b) għal attività  bejn it-8a.m. u l-4p.m. jew f’xi ħin nhar
ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew f’xi btala pubblika, l-ordni
għandha ssir, qabel il-5p.m. tal-jum ta’ qabel;
(ċ) għal attività  f’Marsaxlokk, l-ordni għandha ssir mill-
2 L.S.10.38 ħ IRMONK (TARIFFA TA’ RATI) 
inqas tliet sigħat qabel il-bidu ta’ l-operazzjoni.
Eżenzjoni mill-
irmonk.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. L-Awtorità  Marittima ta’ Malta tista’ teżenta mill-irmonk
kull bastiment f’każijiet partikolari.
Tħassir ta’ ordni 
għal bastiment ta’ 
l-irmonk.
6. (1) Meta jkunu japplikaw ir-rati normali skond il-Kolonna
2 ta’ l-Iskeda ma għandu jitħallas ebda dritt jekk ordni għas-servizz
ta’ bastiment ta’ l-irmonk titħassar u avviż ta’ dak il-kanċellament
jingħata għall-anqas sagħtejn qabel il-ħin li kellu jibda sservizz.
(2) Jekk l-avviż għall-kanċellament ma jingħatax, għandha
titħallas nofs ir-rata ta’ siegħa speċifikata fil-Kolonna 2.
(3) Jekk bastiment ta’ l-irmonk ikun ordnat għal servizz bejn l-
4p.m. ta’ jum u t-8a.m. tal-jum ta’ wara u dik l-ordni titħassar -
(i) jekk l-ordni titħassar bejn it-8a.m. u l-4p.m. u
dak il-kanċellament isir mhux aktar tard minn
sagħtejn qabel il-ħin li fih kellu jibda s-servizz,
ma jitħallas ebda dritt: iżda għandha mill-inqas
titħallas ir-rata minima ta’ siegħa skond il-
Kolonna 2 jew 3 ta’ l-Iskeda, inklużi r-riferenzi
għan-Nota (1) tagħha, jekk l-avviż għat-tħassir
ma jingħatax kif intqal qabel;
(ii) jekk l-ordni titħassar bejn l-4p.m. ta’ jum u t-
8a.m. tal-jum ta’ wara jew f’xi ħin nhar ta’ Sibt,
nhar ta’ Ħadd jew f’xi Btala Pubblika għandha
mill-inqas titħallas ir-rata minima ta’ siegħa
skond il-Kolonna 3 jew 4 ta’ l-Iskeda, inklużi r-
riferenzi għan-Noti (1) u (2) tagħha.
IRMONK (TARIFFA TA’ RATI)  ġ L.S.10.38 3
SKEDA
(Regolament 2)
Rati għal kull bastiment ta’ l-irmonk kull siegħa jew parti minnha
Kolonna 1 Kolonna 2
Rati normali
Kolonna 3
Rati applikabbli bejn 
l-4p.m. u d-9p.m
(Ara Nota 1)
Kolonna 4
Rati applikabbli bejn id-
9p.m. ta’ jum u t-8a.m. 
tal-jum ta’ wara u f’xi 
ħin nhar ta’ Sibt, nhar ta’ 
Ħadd u fi btajjel pubbliċi
(Ara Nota 2)
Lm Lm Lm
Għal bastimenti sa 2,000
tunnellati gross
reġistrati ....................... 33 41 50
Għal bastimenti ta’
tunnellati gross
reġistrati bejn -
2,001 u 3,000 47 59 71
3,001 u 4,000 57 71 86
4,001 u 5,000 60 75 90
5,001 u 6,000 63 79 95
6,001 u 7,000 66 83 99
7,001 u 8,000 72 90 108
8,001 u 9,000 78 98 117
9,001 u 10,000 83 104 125
10,001 u 11,000 90 113 135
11,001 u 12,000 97 121 146
12,001 u 13,000 104 130 156
13,001 u 14,000 111 139 167
14,001 u 15,000 118 147 177
15,001 u 16,000 124 155 186
16,001 u 17,000 132 165 198
17,001 u 18,000 139 174 209
18,001 u 19,000 145 181 218
19,001 u 20,000 152 190 228
20,001 u 21,000 159 199 239
21,001 u 22,000 166 208 249
22,001 u 23,000 173 216 260
23,001 u 24,000 180 225 270
24,001 u 25,000 187 234 281
25,001 u 30,000 195 244 293
30,001 u 35,000 205 257 308
35,001 u 40,000 215 267 323
40,001 u 45,000 225 281 338
45,001 u 50,000 235 294 368
4 L.S.10.38 ħ IRMONK (TARIFFA TA’ RATI) 
Noti:
(1) Għal servizzi mogħtija bejn l-4p.m. u d-9p.m. ikunu japplikaw jew id-
drittijiet maħdumin bir-rati taħt il-Kolonna 3 jew id-drittijiet maħdumin bir-rati taħt
il-Kolonna 2 miżjuda b’Lm75 għal kull bastiment ta’ l-irmonk, skond liema
minnhom ikun l-ikbar.
(2) Għal servizzi mogħtija bejn id-9p.m. u t-8a.m. tal-jum ta’ wara jew f’xi ħin
nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew f’xi btala pubblika oħra jkunu japplikaw jew id-
drittijiet maħdumin bir-rati taħt il-Kolonna 4 jew iddrittijiet maħdumin bir-rati taħt
il-Kolonna 2 miżjuda b’Lm150 għal kull bastiment ta’ l-irmonk, skond liema
minnhom ikun l-ikbar.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 6, l-inqas dritt ma għandu
f’ebda każ ikun inqas mir-rata maħduma għal sagħtejn.
(4) Ir-rati li jitħallsu għal għajnuna lil bastimenti inkapaċitati jiżdiedu b’ħamsin
fil-mija, suġġetti għall-inqas dritt ta’ Lm300 għal kull bastiment ta’ l-irmonk għal
bastimenti sa 3,000 tunnellati gross reġistrati u ta’ Lm500 għal kull bastiment ta’ l-
irmonk għal bastimenti ta’ iktar minn 3,000 tunnellati gross reġistrati.
"Bastimenti inkapaċitati" tfisser kull biċċa tal-baħar li tinġieb barra xtut ta’
Malta irmonkata jew bil-makna wieqfa jew bi ħsara fit-tmun jew xi difett ieħor li
jeffettwa l-kapaċità  tal-bastiment li jimmanuvra u tinkludi kull għajnuna li tingħata
minn bastimenti ta’ l-irmonk lil dawk il-bastimenti waqt li jkunu deħlin fil-portijiet
ta’ Malta, jiċċaqilqu fihom jew ħerġin minnhom.
(5) Ir-rati li jitħallsu għall-għajnuna li tingħata lil bastimenti tal-passiġġieri
(cruise ships) li jidħlu Malta bit-turisti u għal bastimenti li jidħlu Malta għall-finijiet
biss ta’ bunkering, għandhom jitnaqqsu b’ħamsa w għoxrin fil-mija, sakemm dawk
il-bastimenti la jħottu u anqas jgħabbu merkanzija jew posta f’port jew iwettqu xi
ħidma kummerċjali jew tiswija.
(6) Ir-rati li jitħallsu għall-għajnuna li tingħata lil bastimenti li jkollhom 50%
jew aktar merkanzija għat-trasbord li jidħlu fil-faċilitajiet tal-Port Ħieles ta’ Malta
f’Marsaxlokk u għal bastimenti li jidħlu f’Marsaxtokk għal finijiet ta’ bunkering
biss jew in konnessjoni ma’ taħlit ta’ żejt u biex issir ħażna ta’ l-istess għal finijiet
ta’ trasbord jew ta’ ri-esportazzjoni biss, għandhom jitqiesu b’rata minima ta’
siegħa, jew jekk il-ħin jaqbeż is-siegħa, il-ħin attwali ta’ l-operazzjoni sa l-eqreb
kwarta ta’ siegħa:
Iżda wkoll, l-Awtorità  Marittima ta’ Malta tista’, wara li ssirilha talba u fid-
diskrezzjoni tagħha, tapplika t-termini tal-proviso ta’ qabel għal kull bastiment ieħor
li jidħol fil-Port Ħieles ta’ Malta.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 4, meta bastiment ta’ l-
irmonk ikollu ordni għal servizz bejn l-4p.m. ta’ jum u t-8a.m. tal-jum ta’ wara jew
f’xi ħin nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew f’xi btala pubblika mingħajr ma jingħata
50,001 u 60,000 250 313 375
60,001 u 70,000 265 331 398
70,001 u 80,000 280 350 420
80,001 u 90,000 295 369 443
90,001 u 100,000 310 388 465
Għal bastimenti ta’ iktar
minn 100,000 tunnellati
gross reġistrati  325 406 488
IRMONK (TARIFFA TA’ RATI)  ġ L.S.10.38 5
avviż mill-inqas tliet sigħat qabel, għandu jitħallas dritt addizzjonali ta’ Lm30 għal
kull bastiment ta’ l-irmonk.
(8) Meta ċ-ċimi għall-irmonk jiġu provduti mill-bastiment ta’ l-irmonk, jitħallas
dritt addizzojnali ta’ Lm5 għal kull bastiment ta’ l-irmonk.
