LIĊENZI TAL-KAĊĊA ġ L.S.10.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.39
REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZI TAL-KAĊĊA
1 ta’ Jannar, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 145 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali: 44 ta’ l-
1996, 221 ta l-1997, 42 ta’ l-1999 u 2 ta’ l-2002.
Titolu.
Liċenzi tal-Kaċċa.
Kondizzjonijiet 
għall-ħruġ ta’ 
liċenza għall-
kaċċa.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1996;
A.L. 221 ta’ l-
1997;
A.L. 42 ta’ l-1999;
A.L. 2 ta’ l-2002.
2. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjoni ta’ xi liġi oħra, ebda
persuna ma għandha tispara jew tipprova tispara, b’xi mezz ikun
liema jkun, għal xi kaċċa sakemm dik il-persuna ma jkollhiex
liċenza valida għall-kaċċa maħruġa mill-Kummissarju, u sakemm
hi ma tħarisx kull kondizzjoni speċifikata fil-liċenza u f’kull liġi
oħra.
(2)  Kull persuna li tapplika għal liċenza tista’ tintalab tagħmel
eżami prattiku sabiex jiġi magħruf x’ħila għandha fl-użu u l-ġarr
bla periklu ta’ armi tan-nar, il-miżuri protettivi meħtieġa meta
jinġarru, kemm taf tagħraf l-għasafar u xi jgħidu r-regolamenti
għall-ħarsien tal-fawna.
(3) Kull tip ta’ liċenza għall-kaċċa tingħata jekk kemm-il darba
min japplika jkun kopert b’polza ta’ assigurazzjoni kontra riskji
għal terzi persuni jew ħsara fil-proprjetà  tagħhom, u jkollu
rakkomandazzjoni minn xi għaqda, kostitwita skond il-liġi, li
tirrappreżenta l-kaċċaturi.
(4) Kull persuna li trid iġġedded il-liċenza għall-kaċċa ta’ l-
għasafar għandu jkollha rakkomandazzjoni maħruġa minn
organizzazzjoni kostitwita skond il-liġi li tkun tirrappreżenta lill-
kaċċaturi, u li tkun valida għal dik is-sena ta’ tiġdid:
Iżda organizzazzjoni kostitwita skond il-liġi li tkun
tirrappreżenta lill-kaċċaturi u li toħroġ ir-rakkomandazzjoni
msemmija f’dan is-subregolament tista’ toħroġ biss dik ir-
rakkomandazzjoni lil applikant li jkun sar membru, jew iġġedded
is-sħubija tiegħu bħala membru, fl-istess organizzazzjoni li toħroġ
ir-rakkomandazzjoni u wara li dak l-applikant ikun meta kif imiss u
ppreżenta lil dik l-organizzazzjoni l-formola tal-Permess għall-
Kaċċa u l-Insib, Carnet de Chasse, li kienet valida għas-sena ta’
qabel.
(5) Organizzazzjoni kostitwita skond il-liġi li tkun
tirrapreżenta lill-kaċċaturi u li toħroġ ir-rakkomandazzjoni
msemmija fis-subregolament (4) għandha tiġbor il-formoli tal-
Permess għall-Kaċċa u l-Insib, Carnet de Chasse u twassalhom lid-
Direttur għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, sa mhux aktar tard mit-8 ta’
Mejju ta’ kull sena.
