BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT ġ L.S.10.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.40
REGOLAMENTI BIEX JINŻAMM IL-BON ORDNI 
F’LOKALITAJIET TA’ DIVERTIMENT
5 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 124 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 111 ta’ l-
1996, 132 u 149 ta’ l-1999, u 155 ta’ l-2001.
Titolu.
jinżamm il-Bon Ordni f’Lokalitajiet ta’ Divertiment.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 132 ta’ l-
1999;
A.L. 149 ta’ l-
1999.
Kap. 9.
2.  F’dawn ir-Regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor -
"arma" tfisser kull arma regolari jew irregolari kif imfissra fl-
artikolu 64 tal-Kodiċi Kriminali u għandha tinkludi kull imitazzjoni
ta’ arma;
Kap. 406.
"biljett tad-dħul" tfisser biljett mogħti mill-proprjetarju li juri l-
ammont totali imħallas, inkluża t-taxxa li għandha titħallas skond l-
Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud; 
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija u tinkludi kull
uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"lokalità  ta’ divertiment" tfisser kull sala taż-żfin, diskoteka jew
teatru għaż-żfin, iżda mhux dak it-teatru meta ż-żfin isir fuq palk
esebit lill-pubbliku, u tinkludi kull fond ieħor liċenzjat għall-bejgħ
ta’ inbid, birra u likwidi alkoholiċi, u kull lokalità  fil-miftuħ, fejn
ikun hemm divertiment, wirijiet jew żfin;
Kap. 10.
"post abitat" għandha jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 2 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija;
"proprjetarju" dwar kull divertiment tfisser il-persuna li
torganizza jew tmexxi d-divertiment jew li tkun responsabbli għall-
organizzazzjoni jew għat-tmexxija tiegħu u tinkludi kull persuna li
jkollha xi interess finanzjarju fid-divertiment jew f’dak li jidħol
minnu, u kull persuna li f’isimha jiġu riċevuti ħlasijiet għal
divertiment; u f’każ ta’ persuna ġuridika, il-frażi "proprjetarju"
għandha tinkludi wkoll lill-manager jew lil kull uffiċjal prinċipali
ieħor ta’ dik il-persuna ġuridika.
Dħul f’post taż-
żfin.
3. Fil-każ ta’ swali taż-żfin, diskoteki u teatri għaż-żfin, ħadd
ma għandu jitħalla jidħol f’ebda naħa tal-post jekk ma jkollux
biljett tad-dħul li jingħatalu mill-proprjetarju.
Ilbies.
jkunx liebes xieraq għas-sodisfazzjon tal-proprjetarju.
Tfittxija mill-
Pulizija.
5. Il-Kummissarju jista’ jfittex fuq kull persuna filwaqt li
tkun dieħla, tkun qegħda ġewwa jew tkun ħierġa minn xi lokalità
ta’ divertiment.
Età  tad-dħul.
Emendat:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
6. (1) Persuni taħt l-età  ta’ sittax-il sena ma għandhomx
jitħallew jidħlu ġewwa lokalità  ta’ divertiment, u żgħażagħ li
jkollhom iktar minn sittax-il sena għandhom qabel ma jidħlu f’dik
il-lokalità  joħorġu u juru l-karta ta’ l-identità  tagħhom lill-
2 L.S.10.40 ħ
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT
proprjetarju.
(2) Il-proprjetarju jkun responsabbli li jiżgura li ebda persuna
taħt l-età  ta’ sittax-il sena ma tidħol f’lokalità  ta’ divertiment.
(3) Is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi
riprodott fuq il-biljett tad-dħul f’xi lokalità  ta’ divertiment u biljett
bħal dak għandu jkollu wkoll dikjarazzjoni fuqu li tkun tgħid li d-
detentur għandu biss jiddaħħal jekk huwa juri d-dokument ta’ l-
identità  tiegħu jew xi dokument ieħor li jkun prova ta’ l-identità
tiegħu.
(4) Meta tinsab xi persuna li ma tkunx għalqet is-sittax-il sena
f’lokalità  ta’ divertiment, il-proprjetarju tal-lokalità  ta’ divertiment
ikun ħati ta’ reat u, meta jinsab ħati, jeħel il-piena ta’ multa ta’ mitt
lira għal kull tali persuna b’żieda mal-piena li huwa jista’ jeħel taħt
ir-regolament 15 ta’ dawn ir-Regolamenti.
Kondotta mhux 
xierqa. 
7. (1) Kull min filwaqt li jkun dieħel, meta jkun ġewwa, jew
ikun ħiereġ minn lokalità  ta’ divertiment ikollu fuqu xi arma jew
iġib ruħu b’mod li jikser il-bon ordni, jkun ħati ta’ ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Ħadd ma jista’ jostakola xi naħa tal-fond riservata għaż-
żfin.
(3) Ħadd ma għandu jitħalla f’ebda naħa tal-fond fejn id-dħul
ikun projbit.
(4) Il-Kummissarju jista’ jkeċċi mill-fond lil kull min jagħmel
storbju jew ma jobdix l-ordnijiet tiegħu.
(5) Kemm-il darba jinqala’ xi diżordni kbir, il-Kummissarju
jista f’kull ħin iwaqqaf id-divertiment u jagħlaq il-fond u jordna
lill-pubbliku biex ibattal il-fond.
Il-ħlas dovut għad-
dħul.
8. Il-proprjetarju għandu juri l-ħlas dovut għad-dħul f’post li
jidher sew fl-entratura ta’ lokalità  ta’ divertiment dwar kull wirja,
okkażjoni jew divertiment li jkun.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip u ta’ 
promozzjoni ta’ 
prodotti ta’ tabakk.
Sostitwit:
A.L. 111 ta’ l-1996.
9. (1) Ma jistax isir tipjip fil-wisa’ jew wesgħat riservati
għaż-żfin f’lokalità  ta’ divertiment.
(2) Il-proprjetarju jista’ jippermetti li jsir tipjip f’dak l-ispazji
li jkunu fil-miftuħ u mhux imsaqqfin.
(3) Il-proprjetarju għandu jiżgura li dawk il-partijiet, li l-
Kummissarju jidhirlu li jkunu biżżejjed, minn dawk l-inħawi ta’
lokalità  ta’ divertiment li jkunu miftuħin għall-pubbliku u li ma
jkunux jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (1) u
(2) ta’ dan ir-regolament, għandhom ikunu riservati bħala nħawi li
fihom ma jistax isir tipjip u dawk l-inħawi għandhom ikunu
immarkati b’avviżi kif imiss:
Iżda meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li l-qies sħiħ ta’
dawk l-inħawi ta’ lokalità  ta’ divertiment li għalihom japplika dan
is-sub-regolament jkunu daqstant żgħar li ma jippermettux li
partijiet minn dawk l-inħawi jiġu riservati bħala inħawi fejn ma
jistax isir tipjip, il-Kummissarju jista’ jeżenta lill-proprjetarju milli
jiżgura li jkun hemm dawk l-inħawi riservati.
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT ġ L.S.10.40 3
(4) Il-Kummissarju jista’ jordna li ma jsirx tipjip f’dawk l-
inħawi ta’ lokalità  ta’ divertiment fejn ma jeżistux il-
prekawzjonijiet kollha adekwati approvati minnu kontra ħruq jew
fejn ma jkunx hemm ventilazzjoni adekwata kif approvata minnu.
Dawn l-inħawi għandhom ukoll ikunu mmarkati b’avviżi apposta.
(5) Ma tista’ ssir ebda promozzjoni diretta jew indiretta billi
jitqassmu b’xejn sigaretti, sigarri, jew prodotti oħra magħmulin
mit-tabakk lil persuni f’lokalità  ta’ divertiment.
Tmiem ta’ parties 
jew discos fil-
miftuħ.
Miżjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1999.
10. Meta jkun hemm xi party jew disco li jkun qed jinżamm
fil-miftuħ, dan għandu jtemm sa mhux iktar tard mis-sagħtejn ta’
filgħodu:
Iżda fejn il-post fil-miftuħ fejn ikun ser isir il-party jew
disco ikun parti minn fond liċenzjat bħala post ta’ divertiment li
jkun jinsab f’distanza ta’ aktar minn ħames mitt metru ’il bogħod
minn post abitat, id-detentur tal-liċenza dwar dak il-fond jista’
japplika lill-Kummissarju biex jestendilu l-limitu tal-ħin li hemm
stabbilit f’dan ir-regolament soġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li
l-Kummissarju jista’ jidhirlu xierqa iżda dak il-limitu ta’ ħin ma
għandu f’ebda każ jiġi estiż għal aktar tard mill-erbgħa ta’
filgħodu.
Ħin ta’ discos jew 
parties f’postijiet 
magħluqa.
Miżjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
11. Ma għandu jingħata ebda permess jew liċenza li jkunu
jippermettu li party jew disco f’lokalità  ta’ divertiment magħluq
ikun jibda, jew ikompli, fi jew bejn l-erbgħa ta’ filgħodu u d-disgħa
ta’ filgħodu.
L-akbar numru ta’ 
persuni li jistgħu 
jiddaħħlu.
Miżjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
12. (1) Għandu jiġi stipulat fuq il-permess jew il-liċenza li
jkunu jawtorizzaw li jsir xi party jew disco f’xi lokalità  ta’
divertiment, l-akbar numru ta’ persuni li jistgħu jiddaħħlu f’dik il-
lokalità  ta’ divertiment.
(2) Meta n-numru ta’ persuni f’xi lokalità  ta’ divertiment jkun
jeċċedi l-akbar numru stipulat fil-permess jew liċenza relativi, il-
proprjetarju u s-sid jew l-amministratur ta’ dik il-lokalità  ta’
divertiment ikunu ħatja ta’ reat u jistgħu jeħlu l-istess pieni bħal
dawk stipulati fis-sub-regolament (4) tar-regolament 6 ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Jedd li jiġi miċħud 
permess jew 
liċenza.
Miżjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jiċħad kull
applikazzjoni li ssirlu għal permess jew liċenza sabiex jiġi
organizzat xi divertiment pubbliku, meta huwa ma jkunx sodisfatt li
l-karattru u l-ġrajjiet imgħoddija ta’ l-applikant, proprjetarju jew
disc jockey ma jkunux tali li jkunu ta’ garanzija biżżejjed li ebda
abbuż bid-droga jew abbuż ieħor ma jkunu ser iseħħu waqt id-
divertiment.
Reati minn persuni 
li ma jkunux il-
proprjetarju jew l-
impjegati tiegħu.
14. (1) Kull min jagħmel reat kontra dawn ir-Regolamenti, li
ma jkunx il-proprjetarju jew xi impjegati tiegħu, jista’ jeħel meta
jinsab ħati multa ta’ mhux anqa minn ħamsa u għoxrin lira iżda
mhux iżjed minn ħamsin lira, u fil-każ li jerġa’ jinsab ħati għat-
tieni darba jew iktar, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira iżda
mhux iżjed minn mitt lira.
(2) Meta persuna tkun instabet ħatja ta’ ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti l-qorti tista’, b’żieda mal-piena mogħtija taħt is-sub-
4 L.S.10.40 ħ
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT
regolament (1) ta’ dan ir-regolament, tipprojbixxi lil dik il-persuna
milli tattendi f’xi lokalità  ta’ divertiment għal żmien li ma jaqbiżx
is-sena.
Reati minn 
proprjetarji jew 
impjegati tagħhom.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-1996.
15. (1) Fil-każ ta’ reati magħmulin minn proprjetarju jew l-
impjegati tiegħu kontra dawn ir-Regolamenti, il-qorti għandha meta
ssib persuna hekk ħatja twaħħal multa ta’mhux anqas minn mitejn
lira iżda mhux iżjed minn erba’mitt lira, u fil-każ li jerġa’ jinsab
ħati għat-tieni darba jew iktar, multa ta’ mhux anqas minn ħames
mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-sub-regolament (2) ta’ dan ir-regolament.
(2) Meta persuna tinstab ħatja għal aktar minn darba ta’ reat bi
ksur ta’ dawn ir-Regolamenti, li ma jkunx reat bi ksur tar-
regolament 9, il-piena ta’ priġunerija għal żmien mhux iktar minn
xahar tista’ tingħata jew minflok il-piena tal-multa jew inkella b’
żieda ma’ dik il-piena.
(3) Fil-każ tat-tieni reat jew reat ieħor sussegwenti bi ksur ta’
dawn ir-Regolamenti, li ma jkunx reat bi ksur tar-regolament 9, il-
qorti għandha fuq talba tal-prosekuzzjoni tissospendi l-liċenza
relattiva għal żmien ta’ mhux anqas minn xahar iżda mhux aktar
minn tnax-il xahar.
Piena aktar gravi.
Kap. 9.
16. Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat bi ksur ta’ dawn ir-
Regolamenti, liema reat, sew taħt il-Kodiċi Kriminali sew taħt kull
liġi oħra, ikollu piena iktar gravi minn dik mogħtija b’dawn ir-
Regolamenti, il-qorti għandha twaħħal dik il-piena li tkun l-aktar
gravi.
Bord ta’ 
Sorveljanza għas-
Saħħa u għall-
Ħarsien.
Miżjud:
A.L. 132 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1999;
A.L. 155 ta’ l-
2001.
17. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Intern għandu jaħtar
bord li jkun magħruf bħala Bord ta’ Sorveljanza għas-Saħħa u
għall-Ħarsien, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan ir-regolament
magħruf bħala "il-bord", li jkun magħmul minn chairman u tliet
membri, li wieħed minnhom jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, li
jinħatru minn fost persuni li jkollhom esperjenza fi ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu mas-saħħa, mal-ħarsien, mat-tinġis bi ħsejjes
u mal-protezzjoni ċivili.
(2) Il-bord ikollu l-jedd jissorvelja regolarment kull lokalità  ta’
divertiment sabiex jassigura li l-kondizzjonijiet ta’ saħħa, ta’ livelli
ta’ ħsejjes u ta’ ħarsien ikunu skond livelli sodisfaċenti u għal dak
l-għan ikollu l-jedd li jispezzjona kull lokalità  ta’ divertiment
f’kull ħin li jkun.
(3) Il-bord ikollu l-jedd li jordna lil kull proprjetarju ta’ xi
lokalità  użata jew maħsuba li tkun użata bħala lokalità  ta’
divertiment sabiex jagħmel, f’dak il-prijodu ta’ żmien li jiġi
stabbilit mill-bord, dawk il-bidliet, żidiet u aġġustamenti ta’ kull
xorta jew kull ħaġ’oħra hekk kif il-bord jista’ jqis li għandu jsir
sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ saħħa, ta’ livelli ta’ ħsejjes u
ta’ ħarsien sodisfaċenti.
(4) Kull min xjentement ifixkel lil xi membru tal-bord waqt li
jkun qiegħed iwettaq dmirijietu taħt dawn ir-Regolamenti jkun ħati
ta’ reat taħt dawn ir-Regolamenti.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, meta
BON ORDNI F’LOKALITAJIET 
TA’ DIVERTIMENT ġ L.S.10.40 5
proprjetarju jonqos milli jwettaq xi ordni bħalma hemm imsemmi
fis-sub-regolament (3) ta’ dan ir-regolament, il-Kummissarju tal-
Pulizija jkollu l-jedd jiċħad it-tiġdid ta’ xi liċenza jew permess li
jkollu x’jaqsam mal-fond li l-ordni jkun jirreferi għalih.
(6) Qabel ma jsir il-ħruġ jew it-tiġdid ta’ xi permess jew
liċenza għal xi lokalità  ta’ divertiment, il-Kummissarju tal-Pulizija
jkollu l-jedd jisma’ l-parir u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord dwar
il-kondizzjoonijiet ta’ dik il-liċenza jew permess.
