LIĊENZA LI TINĦAREĠ 
LILL-MAKKINISTI ĊINEMATOGRAFIĊI ġ L.S.10.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 10.41
REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZA LI TINĦAREĠ 
LILL-MAKKINISTI ĊINEMATOGRAFIĊI
1 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 138 ta’ l-1996.
Titolu.
Liċenza li tintareġ lill-Makkinisti Ċinematografiċi.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’ oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għad-Dipartiment tax-
Xogħol;
"makkinista ċinematografiku" tfisser persuna li tħaddem tagħmir
ta’ projezzjoni ċinematografika sabiex jittellgħu wirjiet li għalihom
jattendu membri tal-pubbliku bi ħlas;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija.
Liċenza sabiex 
wieħed jagħmilha 
ta’ makkinista 
ċinematografiku.
3. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ makkinista
ċinematografiku kemm-il darba ma jkollux liċenza valida biex
iħaddem tagħmir ta’ projezzjoni ċinematografika skond dawn ir-
Regolamenti. 
(2) Min japplika għal liċenza biex iħaddem apparat ta’
projezzjoni ċinematografika ma għandux ikollu inqas minn
tmintax-il sena u għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ
mill-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ fis-sengħa ta’ makkinista
ċinematografiku:
Iżda min diġà  għandu liċenza valida ta’ makkinista
ċinematografiku li tkun inħarġitlu mid-Direttur skond ir-
Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Makkinisti taċ-Ċinematografu,
jkun wkoll eliġibbli għal liċenza bis-saħħa ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Kondizzjonijiet tal-
liċenza.
4. (1) Liċenza tinħareġ mid-Direttur għal żmien sena, iżda l-
liċenza tista’ tiġġedded wara li ssir applikazzjoni lid-Direttur għal
perijodi sussegwenti ta’ sena kull darba:
Iżda l-applikazzjoni għat-tiġdid għandha tintbagħat qabel
ma tiskadi l-liċenza:
Iżda wkoll meta tasal l-applikazzjoni għat-tiġdid għand id-
Direttur, il-liċenza li tkun għadha fis-seħħ fid-data meta tasal l-
applikazzjoni għat-tiġdid għandha titqies li tibqa’ isseħħ sa dak iż-
żmien meta tittieħed deċiżjoni mid-Direttur li jġedded jew jiċħad
il-liċenza.
(2) Id-Direttur jista’ jinkludi fil-liċenza kull kondizzjoni
meħtieġa kif jqis li jkun xieraq bil-għan li jiżgura l-użu bla periklu
ta’ l-apparat u jitneħħa kull sogru għas-sigurtà  ta’ l-impjegati fiċ-
ċinematografu u ta’ kull membru tal-pubbliku li jattendi għall-
wirjiet, u d-detentur tal-liċenza għandu josserva dawk il-
2 L.S.10.41 ħ
LIĊENZA LI TINĦAREĠ 
LILL-MAKKINISTI ĊINEMATOGRAFIĊI
kondizzjonijiet.
Dritt li jitħallas 
għal-liċenza.
5. Għandu jitħallas dritt ta’ għaxar liri lid-Direttur meta ssir
applikazzjoni għal liċenza jew applikazzjoni għat-tiġdid tal-
liċenza. Dak id-dritt ma jingħatax lura jekk l-applikazzjoni għal
liċenza jew għat-tiġdid tal-liċenza tiġi miċħuda.
Meta liċenza tiġi 
miċħuda.
6. Id-Direttur jista’ jiċħad talba li ssirlu għall-ħruġ ta’
liċenza, jew, jekk tkun inħarġet liċenza, talba għat-tiġdid ta’
liċenza, minħabba li dik il-persuna -
(a) tonqos li tagħmel xi eżami fis-sengħa ta’ makkinista
ċinematografiku li tmexxi l-Korporazzjoni ta’ Xogħol
u Taħriġ, wara li dan ikun meħtieġ mid-Direttur; jew
(b) ma tgħaddix minn dak l-eżami fis-sengħa; jew
(ċ) tonqos li tosserva xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
Regolamenti; jew
Kap. 343. (d) tkun instabet ħatja ta’ reat skond l-Att għall-
Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq ix-Xogħol, jew
ta’ regolamenti maħruġin bis-saħħa tiegħu, inkluż kull
regolament maħruġ skond l-Ordinanza dwar il-
Fabbriki dwar kull post tax-xogħol fejn isiru
projezzjonijiet għall-pubbliku; jew
Kap. 343.
(e) tkun inħarġet ordni minn spettur bis-saħħa ta’ l-Att
għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq ix-
Xogħol li għandha tieqaf milli tħaddem xi apparat ta’
projezzjoni ċinematografika, u dan sakemm dak l-
ordni jiġi revokat.
Liċenza mħassra. 7. Id-Direttur jista’ jħassar liċenza għal kull waħda mir-
raġunijiet imsemmija fil-paragrafi (ċ), (d) u (e) tar-regolament 6 ta’
dawn ir-Regolamenti.
Kif titwassal d-
deċiżjoni.
8. Id-Direttur għandu jwassal bil-miktub kull deċiżjoni li
jista’ jieħu skond ir-regolamenti 6 u 7 ta’ dawn ir-Regolamenti, u
jagħti r-raġunijiet li jkunu wassluh għal dik id-deċiżjoni.
Reati. 9. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 3 u 4
ta’ dawn ir-Regolamenti jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitt lira.
