OPPJU MHUX MAĦDUM ġ L.S.101.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 101.01
REGOLI DWAR L-OPPJU MHUX MAĦDUM
1 ta’ Settembru, 1939
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 291 ta’ l-1939, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 448 ta’ l-1942.
Titolu.
mhux Maħdum.
Tifsir.
test ma jfissirx xort’oħra -
"Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi;
"droga" tfisser kull droga, raża jew preparat li lilhom tolqot it-
Tieni Taqsima ta’ l-Ordinanza;
"tabib", "kirurgu dentist", "dentist", kirurgu veterinarju",
"spiżjar" ifissru, kull wieħed minnhom, persuna li għandha liċenza
biex taħdem f’Malta fil-professjoni msemmija;
Kap. 101.
reġistru b’folji sfużi jew indiċi b’sistema ta’ biljetti.
Projbizzjoni.
hekk skond il-pattijiet u kundizzjonijiet ta’ l-awtorità  tagħha, ebda
persuna ma tista’ tforni jew tipprokura, jew toffri li tforni jew li
tipprokura lill-persuna jew għal xi persuna, sew f’dawn il-Gżejjer
kemm band’oħra, jew li tavża għall-bejgħ, ebda droga, .
(2) Ebda persuna ma tista’ tforni jew tipprokura, jew toffri li
tforni jew li tipprokura, droga lil persuna, jew għal xi persuna,
f’dawn il-Gżejjer kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx
awtorizzata li jkollha fil-pussess tagħha d-droga, u d-droga
għandha tkun fornuta jew prokurata skond il-pattijiet u
kondizzjonijiet ta’ l-awtorità  ta’ dik il-persuna.
Pussess ta’ droga.
droga kemm-il darba ma tkunx għalhekk awtorizzata.
(2) Għall-finjiet ta’ dawn ir-Regoli, persuna titqies li jkollha l-
pussess ta’ droga jekk din tkun taħt il-kustodja attwali tagħha jew
tkun għand xi persuna oħra suġġetta għall-kontroll tagħha jew
għaliha jew flokha.
Meta droga 
għandha tkun 
fornuta.
Emendat:
N.G. 448 ta’ l-
1942.
5. (1) Meta d-droga għandha tkun fornuta skond il-liġi lil xi
persuna, (hawnhekk iżjed il quddiem imsemmija bħala "riċevitur"),
il-persuna li tforni d-droga (hawnhekk iżjed il quddiem imsemmija
bħala "il-fornitur") ma għandhiex tikkunsinnaha lil persuna li
tidher li hi mibgħuta mir-riċevitur jew flokha, kemm-il darba dik il-
persuna mhix jew -
(a) persuna awtorizzata skond dawn ir-Regoli li jkollha
fil-pussess tagħha dik id-droga; jew
(b) ma turix lill-fornitur dikjarazzjoni miktuba bil-linka
jew b’xi mod ieħor li ma jitħassarx iffirmata mir-
riċevitur fejn jingħad illi hija awtorizzata mir-riċevitur
2 L.S.101.01 ħ OPPJU MHUX MAĦDUM
sabiex tirċievi dik id-droga floku u l-fornitur huwa
raġjonevolment soddisfatt illi d-dokument huwa
dokument ġenwin.
(2) Il-persuna li lilha tiġi kkunsinnata d-droga skond il-liġi fiċ-
ċirkostanzi msemmijin fil-pararafu (b) tas-sub-regola (1) għandha
titqies li hija persuna awtorizzata li jkollha fil-pussess tagħha din
id-droga, iżda għal dak iż-żmien biss li skond iċ-ċirkostanzi tal-każ
huwa raġjonevolment biżżejjed sabiex issir il-kunsinna lir-
riċevitur.
Persuni li huma 
awtorizzati li 
jkollhom drogi fil-
pussess tagħhom u 
li jfornu d-drogi.
6. Il-persuni li huma membri ta’ dawn il-klassijiet, jiġifieri -
(a) it-tobba;
(b) it-tobba veterinarji;
(ċ) l-ispiżjara;
(d) il-persuni li huma inkarigati minn laboratorju użat għal
skopijiet ta’ riċerki jew tagħlim u jagħmlu parti minn
sptar pubbliku jew minn istituzzjoni approvata mill-
Ministru responsabbli għas-Saħħa,
huma awtorizzati, sa fejn ikun meħtieġ għax-xogħol jew eżerċizzju
tal-professjonijiet, dmirijiet jew impjegi tagħhom, jew fil-
posizzjoni tagħhom bħala membri tal-klassi tagħhom, li jkollhom
drogi fil-pussess tagħhom u li jfornixxu d-drogi.
Persuna misjuba 
ħatja ta’ reat.
7. Jekk persuna, li tkun persuna awtorizzata, tinsab ħatja ta’
reat kontra l-Ordinanza, il-Ministru responsabbli għas-Saħħa jista’,
jekk jidhirlu li dik il-persuna ma tistax tibqa’ persuna awtorizzata,
b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ineħħi dik l-awtorizzazzjoni
lil dik il-persuna:
Iżda ebda ħaġa f’din ir-regola ma għandha tiftiehem li
tnaqqas xi setgħa li b’xi mod ieħor hija mogħtija lill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa li jieħu lura xi awtorità  mogħtija minnu.
Disposizzjonijiet li 
għandhom jiġu 
osservati.
8. Kull persuna awtorizzata li tfornixxi d-drogi għandha
tosserva dawn id-disposizzjonijiet:
(a) hija għandha żżomm reġistru skond il-formula li hemm
fl-Iskeda u ddaħħal fih id-dettalji veri dwar kull
kwantità  ta’ kull droga miksuba minnha u dwar kull
droga fornuta minnha, sew lill-persuni fil-Gżejjer
kemm lill-persuni barra mill-Gżejjer;
(b) għandu jinżamm reġistru għalih jew parti separata
minn reġistru dwar kull waħda minn dawn id-drogi, li
huma -
(i) l-oppju mhux maħdum,
(ii) il-weraq tal-coca;
(ċ) in-nota meħtieġa għandha titniżżel fil-ġurnata li fiha
d-droga tasal jew li fiha jsir in-negozju dwar il-
fornitura li ssir minnha tad-droga, jew, jekk din ma
tkunx ħaġa li bir-raġun tista’ ssir, fil-ġurnata ta’ l-
għada;
(d) għandu jinżamm reġistru għalih dwar kull post fejn il-
persuna awtorizzata tmexxi n-negozju tagħha;
OPPJU MHUX MAĦDUM ġ L.S.101.01 3
(e) xejn m’għandu jinbidel, jitħassar, jew jiġi ngassat
minn dak li jkun fih ir-reġistru u kull emenda għandha
ssir permezz ta’ nota datata, fil-marġni jew fil-qiegħ
tal-paġna;
(f) il-persuna awtorizzata għandha, fuq talba tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern, tagħti lill-imsemmi Tabib
Prinċipali tal-Gvern dawk il-partikolaritajiet li dan l-
uffiċjal jista’ jeħtieġ ta’ dak li jkun rċieva jew fornixxa
mingħand u lill-persuna awtorizzata u ta’ dak li jkollu
fil-maħżen;
(g) ir-reġistru għandu jinżamm f’dik il-parti tal-post fejn
jinżammu d-drogi u b’mod li jkun jista’ jiġi spezzjonat
f’kull ħin;
(h) kull reġistrazzjoni skond din ir-regola u kull emenda
għandhom isiru bil-linka jew b’mod ieħor li ma
jistgħux jitħassru.
Drogi awtorizzati.
Prinċipali tal-Gvern, ħadd ma għandu jippermetti jew jipprokura li
xi drogi awtorizzati skond il-liġi ta’ pajjiż barrani, li joħorġu minn
dak il-pajjiż, jinġiebu f’dawn il-Gżejjer biex imorru band’oħra.
(2) Għall-finijiet ta’ din ir-Regola l-post awtorizzat biex għalih
xi drogi jiġu esportati għandu jitqies li hu l-post imsemmi fl-
awtorità  ta’ l-esportazzjoni tagħhom mill-pajjiż ta’ l-esportazzjoni.
Reġistri.
huma miżmumin, maħruġin jew magħmulin skond il-bżonnijiet jew
għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli għandhom jintrefgħu għal żmien
sentejn mid-data li fiha tkun tniżżlet l-aħħar partita ta’ dħul fihom,
u fil-każ ta’ kull dokument ieħor għal żmien ta’ sentejn mid-data li
fiha d-dokument ikun ħareġ jew sar.
4 L.S.101.01 ħ OPPJU MHUX MAĦDUM
SKEDA
FORMULA TAR-REĠISTRU
(Artikolu 8)
A. Dħul fir-Reġistru li għandu jsir meta jinkisbu d-drogi
Ix-xorta ta’ droga li għaliha jirreferixxi d-dħul għandha tissemma 
fir-ras ta’ kull paġna fir-Reġistru.
B. Dħul fir-Reġistru li għandu jsir meta jiġu fornuti d-drogi
Ix-xorta ta’ drogi li għalihom jirreferixxi d-dħul għandha tissemma 
fir-ras ta’ kull paġna fir-Reġistru.
Data li fiha daħlet il-
provvista
Isem Indirizz Ammont li 
ttieħedtal-persuna jew ditta mingħand min ittieħdet
Data li fiha n-
negozju jsir
Isem Indirizz Awtorità  ta’ 
persuna jew 
ditta fornuta li 
jkollha l-
pussess
Ammont 
fornut
tal-persuna jew ditta 
fornuta
