KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 101.02
REGOLI GĦALL-KONTROLL INTERN FUQ 
ID-DROGI PERIKOLUŻI
1 ta’ Settembru, 1939
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 292 ta’ l-1939, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 449 ta’ l-1942 u 545 ta’ l-1957; u bl-Avviżi
Legali 4 ta’ l-1974, 40 ta’ l-1984, 23 ta’ l-1985, 64 ta’ l-1986 u 33 ta’ l-
1989.
Titolu.
fuq id-Drogi Perikolużi.
Tifsir.
tat-test ma jfissirx xort’oħra -
"tabib", "kirurgu dentist", "dentist", "kirurgu veterinarju",
"spiżjar" ifissru, kull wieħed minnhom, persuna li għandha liċenza
li taħdem f’Malta il-professjoni msemmija;
Kap. 101.
"reġistru" ifisser ktieb illegat u ma jfisser ebda għamla ta’
reġistru b’folji sfużi jew indiċi b’sistema ta’ biljetti.
(2) Id-drogi milqutin b’dawn ir-Regoli huma dawk li lilhom
tolqot it-Taqsima V ta’ l-Ordinanza, kemm-il darba s-sens tat-test
ma jfissirx xort’oħra.
Projbizzjoni.
proċess fil-manifattura ta’ xi droga -
(a) kemm-il darba hija ma jkollhiex liċenza mill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa jew ma tkunx awtorizzata
b’dawn ir-Regoli jew minn awtorità  mogħtija mill-
Ministru responsabbli għas-Saħħa;
(b) ħlief f’postijiet bil-liċenza apposta mogħtija mill-
Ministru responsabbli għas-Saħħa;
(ċ) ħlief skond il-pattijiet u kundizzjonijiet ta’ dik il-
liċenza jew awtorità .
Projbizzjoni jekk 
ma jkunx hemm 
awtorizzazzjoni.
4. Ħadd ma għandu jforni jew jipprokura, jew joffri li jforni
jew jipprokura, d-drogi lil xi persuna jew għal xi persuna u sew
jekk f’dawn il-Gżejjer kemm jekk xi mkien ieħor, jew javża d-drogi
għall-bejgħ -
(a) kemm-il darba ma jkollux liċenza mill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa jew ma jkunx awtorizzat
b’dawn ir-Regoli jew minn xi awtorità  apposta
mogħtija mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa li
jforni d-drogi, jew jekk huwa ma jkunx fil-pussess ta’
awtorizzazzjoni għall-importazzjoni jew
awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni maħruġa mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern skond id-disposizzjonijiet
tat-Taqsima VI ta’ l-Ordinanza, jew jekk huwa ma
jkollux liċenza jew xort’oħra awtorizzat li
2 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
jimmanifattura d-droga, jew (iżda biss għal dak li
jipprokura) jekk huwa ma jkollux liċenza li
jipprokurahom;
(b) xort’oħra milli skond il-pattijiet u kundizzjonijiet ta’
dik il-liċenza jew awtorità .
Drogi mogħtijin 
fuq riċetta skond il-
liġi lil xi persuna li 
għandha liċenza 
jew hija 
awtorizzata.
5. Ħlief meta d-drogi huma skond il-liġi mogħtijin fuq riċetta
ta’ tabib, kirurgu dentist, dentist, jew kirurgu veterinarju, skond il-
kundizzjonijiet hawnhekk iżjed il quddiem imsemmijin, ebda
persuna ma għandha tforni jew tipprokura, jew toffri li tforni jew li
tipprokura, xi droga lil xi persuna jew għal xi persuna f’dawn il-
Gżejjer li ma jkollhiex liċenza jew xort’oħra awtorizzata li jkollha
l-pussess tad-droga u lanqas lil xi persuna bil-liċenza jew
awtorizzata ħlief skond il-pattijiet u kundizzjonijiet ta’ dik il-
liċenza jew awtorità :
Iżda d-droga li tingħata minn jew taħt is-sorveljanza diretta
personali ta’ tabib, jew minn kirurgu dentist jew minn dentist fil-
kura tas-snien, jew minn jew taħt is-sorveljanza diretta personali
ta’ kirurgu veterinarju fil-kura ta’ xi bhima, ma jitqisx li dak li jkun
qed iforni droga skond it-tifsira ta’ dawn ir-Regoli.
Riċetta għall-
provvista tad-
drogi.
Emendat:
N.G. 448 ta’ l-
1942;
N.G. 545 ta. l-
1957.
Sostitwit:
A.L. 40 ta’ l-1984.
6. (1) Ir-riċetta għall-provvista tad-drogi għandha tkun
miktuba bl-inka jew b’materjal ieħor li ma jitħassarx fuq il-formula
murija fl-Ewwel Skeda.
(2) It-tabib li joħroġ riċetta għad-drogi huwa obbligat li jimla
b’kitba ċara u li tinqara t-Taqsima A tal-formula murija fl-Ewwel
Skeda, u li jagħti d-dettalji kollha u t-tagħrif kollu (inkluż tagħrif
addizzjonali fil-każ ta’ riċetti għall-methadone jew għal xi melħ
jew ester tiegħu); it-tabib għandu wkoll jniżżel il-firma tiegħu
sħiħa u d-data meta jkun ħareġ ir-riċetta:
Kap. 31.
Iżda fil-każ ta’ tabib awtorizzat taħt l-artikolu 4 ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha biex jaħdem fil-professjoni medika
iżda li ma jkunx għadu ġie reġistrat mal-Kunsill tas-Saħħa, dak it-
tabib għandu jniżżel in-numru mogħti lilu mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika minflok in-numru tar-reġistrazzjoni tal-Kunsill tas-
Saħħa fuq l-imsemmija riċetta.
(3) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għall-provvista tad-
drogi kemm-il darba ir-riċetta ma tkunx taqbel mad-
disposizzjonijiet tas-sub-regoli (1) u (2), u kemm-il darba d-drogi
ma jkunux meħtieġa għall-fini ta’ kura medika:
Iżda tabib jista’ joħroġ riċetta għall-użu professjonali
għall-ammont ta’ mhux iżjed minn għaxar fjali għall-injezzjoni jew
għoxrin pillola jew kapsula:
Iżda wkoll -
(i) fil-każ ta’ kirurgu dentist jew dentist, riċetta
tista’ tinħareġ biss għall-finijiet ta’ kura dentali
u dik ir-riċetta għandha tiġi markata "Għal kura
dentali biss"; u
(ii) fil-każ ta’ veterinarju, riċetta tista’ tinħareġ biss
għall-finijiet tal-kura ta’ annimali u tkun
markata "Għal kura ta’ l-annimali biss".
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 3
(4) Kull tabib li jikseb id-drogi għal użu professjonali kif
jipprovdi l-ewwel proviso tas-sub-regola (3), għandu jżomm, skond
id-disposizzjonijiet tar-regola 11, notament f’reġsitru xieraq ta’ l-
isem u tal-kunjom, l-età  u l-indirizz tal-pazjent li lilu tkun inġħatat
id-droga u d-data meta ngħatat u l-indikazzjoni medika għall-għoti
tal-mediċina.
(5) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għad-drogi lil xi persuna
kemm-il darba dik il-persuna ma jkunx jafha sewwa jew kemm-il
darba t-tabib ikun żgura l-identità  ta’ dik il-persuna permezz tal-
Karta ta’ l-Identità .
(6) Ebda tabib ma għandu joħroġ riċetta għad-drogi lil xi
persuna kemm-il darba dak it-tabib ma jkunx ħa l-passi suffiċjenti
sabiex jiżgura li dik il-persuna ma kenitx, fiż-żmien meta tinħareġ
dik ir-riċetta, tingħata kura minn tabib ieħor dwar dipendenza minn
xi droga jew xort’oħra, u li dik il-persuna ma tkunx provduta b’xi
waħda minn dawk id-drogi fuq riċetta maħruġa minn dak it-tabib l-
ieħor.
L.S. 31.18
(7) Kull tabib għandu juża formula separata dwar kull droga
preskritta minnu u ma tista’ tiġi preskritta ebda droga li mhix droga
li għaliha japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza jew
mediċinali li għaliha japplikaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-
Mediċini fuq dawk il-formuli.
(8) Tabib għandu meta jippreskrivi d-drogi, juża biss formuli
ta’ riċetta minn ktejjeb tal-formuli li jkollu numru tas-serje maħruġ
lilu mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fuq talba magħmula fuq
il-formula murija fl-Ewwel Skeda u kull tabib għandu, sew għall-
fini tal-prattika privata tiegħu jew biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu
f’kapaċità  uffiċjali minħabba l-impieg tiegħu mal-Gvern, bil-għan
li jaqdi l-ħtiġiet tal-pazjenti tiegħu, li jagħmel kull talba għal dak
il-ktejjeb ta’ riċetti fuq l-imsemmija formula; dik il-formula għat-
talba għandha timtela tajjeb f’kollox u għandha tkun iffirmata mit-
tabib, u għandha jew tingħata bl-idejn minn dak it-tabib
personalment lill-Ispiżjar Ewlieni fl-iStores Mediċi tal-Gvern fi
Gwardamangia jew tintbagħat bil-posta, lis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika fid-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt Valletta; meta
jintbagħat bil-posta l-invilopp jista’ jkun immarkat
"Notifikazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika" għall-fini ta’ eżenzjoni
minn pustaġġ.
(9) Kull tabib għandu jirrapporta minufih bil-miktub lis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kull każ ta’ serq jew telf tal-
ktejjeb u tabib ma jkunx jista’ juża xi formula ta’ ricetta minn xi
ktejjeb ta’ formuli maħruġ lil xi tabib ieħor.
(10) Għall-fini  ta’ din ir-regola, l-espressjoni "tabib" tinkludi
kirurgu dentist, dentist u veterinarju.
(11) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regoli (1), (2), (7), (8) u (9) ma
għandhomx japplikaw meta jingġataw drogi għall-użu tal-pazjenti
fi swali fi sptarijiet tal-Gvern, u dan ikun ikkontrollat bir-regoli
interni ta’ l-isptar.
4 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
Kondizzjonijiet 
biex jingħataw 
drogi fuq riċetta.
Emendat:
N.G. 545 ta’ l-
1947.
Sostitwit:
A.L. 40 ta’ l-1984.
7. (1) Ebda persuna barra minn spiżjar ma tista’ tagħti d-
drogi fuq riċetta.
(2) Spiżjar ma jistax jagħti droga fuq riċetta -
(a) ma jkunx jagħraf il-firma tal-persuna li mingħandha
tkun tidher li nħarġet, u ma jkollux raġuni biex jaħseb
li ma tkunx ġenwina u ma jkunx ħa passi xierqa biex
jiżgura lilu nnifsu li tkun ġenwina; u
(b) ir-riċetta ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tar-
regola 6.
(3) Id-drogi ma jistgħux jiġu provduti iktar minn darba fuq l-
istess riċetta.
(4) Spiżjar li jagħti droga b’riċetta għandu jimla b’kitba ċara u
li tinqara, bl-inka jew b’materjal ieħor li ma jitħassarx, it-Taqsima
Ċ tal-formula murija fl-Ewwel Skeda, jagħti d-dettalji kollha u t-
tagħrif kollu li jkun fiha. L-ispiżjar għandu wkoll iniżżel il-firma
tiegħu sħiħa u d-data, u għandu, wara li jagħti r-riċetta, iżommha.
(5) Għall-finijiet tas-subregola (4) l-ispiżjar li jkun qed jagħti
droga fuq riċetta huwa obbligat li jitlob il-karta ta’ l-identità  tal-
persuna li dwarha r-riċetta tkun inħarġet, u l-persuna li jkun fi
ħsiebha takkwista d-drogi, sew jekk għaliha jew għall-persuna li
lilha jkunu ġew preskritti d-drogi, hija obbligata li tippreżenta l-
imsemmija karta ta’ l-identità  kif ukoll il-karta ta’ 1-identità  tagħha
stess flimkien mar-riċetta:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ din is-sub-regola, u l-parti
relattiva tad-disposizzjonijiet tas-subregola (4) ma japplikawx dwar
persuna li ma tkunx għadha nħarġitilha karta ta’ l-identità .
(6) Kull spiżjar diriġent ta’ spiżerija liċenzjata huwa obbligat
li jibgħat lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika f’invilopp issiġillat
fl-ewwel jum ta’ kull xahar ir-riċetti kollha għad-drogi li jkunu ġew
mogħtija minn dik l-ispiżerija matul ix-xahar ta’ qabel; l-imsemmi
invilopp għandu jkun indirizzat "Suprintendent tas-Saħħa Pubblika,
Dipartiment tas-Saħħa, il-Belt Valletta" u jista’ jkun immarkat
"Notifikazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika" għall-fini ta’ eżenzjoni
minn pustaġġ.
Dokument ta’ 
kontroll.
Miżjud:
A.L. 64 ta’ l-1986.
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-1989.
8. (1) (a) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għal xi mediċina
lil xi persuna ħlief lil min ikollu dokument ta’ kontroll, bħal ma
jidher fil-Ħames Skeda, li jinħareg għal dan l-iskop mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(b) Meta tinħareġ riċetta għal xi mediċina lil xi persuna,
min joħroġ ir-riċetta għandu jikteb b’mod ċar, li ma jitħassarx u li
jinqara dawk id-dettalji kollha indikati fil-kolonni minn 1 sa 4 tad-
dokument ta’ kontroll, u mbagħad jagħti lura dan id-dokument lil
dik il-persuna flimkien mar-riċetta:
Iżda tabib jista’, meta jkun qiegħed japplika f’isem persuna
fuq il-formula tat-talba kif indikata fis-Sitt Skedai, joħroġ ukoll
riċetta għal provvista ta’ mediċina lil dik il-persuna u jista’ jehmeż
ir-riċetta ma’ dik il-formula tat-talba:
Iżda wkoll dik ir-riċetta ssir biss tiswa meta d-
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 5
disposizzjonijiet tal-proviso għas-subregola (2) jkunu twettqu.
(2) Is-Suprintendent għandu joħroġ dan id-dokument ta’
kontroll lill-persuna interessata wara li ssir talba minn tabib għal
dan l-iskop, fuq il-formula indikata fis-Sitt Skeda:
Iżda fil-każ ta’ riċetta għall-provvista ta’ mediċina kif
provdut fil-provisi għas-subregola (1), is-Suprintendent għandu
jniżżel id-dettalji tar-riċetta relattiva fil-kolonni 1 sa 4 tad-
dokument ta’ kontroll.
(3) Ebda dokument ta’ kontroll ma’ jibqa’ jiswa wara sena
minn meta jkun inħareġ, ħlief jekk dan ma jiġġeddidx mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika wara li ssir talba minn tabib fuq
il-formula indikata fis-Sitt Skeda.
(4) Ebda spiżjar ma għandu jservi xi droga lil xi ħadd li ma
jkollux dokument ta’ kontroll kif indikat fis-subregola (1).
(5) Meta spiżjar iservi droga huwa għandu, minbarra l-obbligi
l-oħra speċifikati b’dawn ir-Regoli jew b’xi liġi oħra, iniżżel b’mod
ċar, li ma jitħassarx u li jinqara sew, dawk id-dettalji kollha li
hemm indikati fil-kolonni minn 5 sa 8 fuq id-dokument, u mbagħad
għandu jibgħat lura d-dokument lil min ikun ippreżentalu r-riċetta.
(6) (a) Tabib jista’ joħroġ riċetta għal xi droga f’każijiet
urġenti lill-pazjent li ma jkollux dokument ta’ kontroll
sakemm:
(i) ir-riċetta jkollha tikketta li tindika li hi
"URĠENTI";
(ii) l-ammont imniżżel fir-riċetta ma jkunx għall-
bżonnijiet ta’ iktar minn sebat ijiem;
(iii) tkun taqbel ma’ ħtiġijiet oħra ta’ dawn ir-regoli;
u
(iv) min joħroġ ir-riċetta jinforma lis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika fi żmien tmienja u erbgħin
siegħa minn meta joħroġ ir-riċetta billi jagħti l-
partikolaritajiet kollha tal-pazjent, l-isem, forma
u doża u l-kwantità  ta’ droga li għaliha tkun
ħarġet ir-riċetta u r-raġuni għal din l-urġenza.
(b) Spiżjar ikun jista’ iservi din ir-riċetta sakemm din tkun
taqbel ma’ dak li hemm fis-subparagrafi (i), (ii) u (iii)
tal-paragrafu (a).
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola ma japplikawx għar-
riċetti għal xi droga minn tabib li jkun jaħdem fi sptar tal-Gvern,
biex din tingħata lil pazjenti fis-swali ta’ l-isptar filwaqt li dawn
ikunu taħt il-kura tiegħu f’dan l-isptar, u din ir-riċetta tkun regolata
mir-regoli interni ta’ l-isptar.
(8) Kull talba jew notifikazzjoni li jsiru skond din ir-regola
jistgħu jsiru mill-persuna nnifisha jew jintbagħtu bil-posta
f’invilopp siġillat li jkun indirizzat lis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, Dipartiment tas-Saħħa, Valletta, u li jinkiteb fuqu
"Notifikazzjoni dwar Saħħa Pubblika - Konfidenzjali" sabiex dan
jiġi eżentat mill-ħlas tal-posta.
(9) Għall-iskop ta’ dan ir-regolament, il-kelma "tabib" tinkludi
6 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
wkoll kirurgu dentist u dentist iżda ma tinkludix kirurgu
veterinarju.
(10) Is-Suprintendent jista’ jirtira d-dokument ta’ kontroll ta’
persuna li tkun suspettata li qiegħda tabbuża minn mediċina li
għaliha tkun inħarġitilha riċetta, jew li tkun qiegħda b’xi mod ieħor
tabbuża mis-sistema tad-dokument ta’ kontroll.
(11) Is-Suprintendent jista’ jinkludi fuq id-dokument ta’
kontroll dawk id-direttivi li jqis li jkunu meħtieġa dwar il-ħruġ ta’
riċetti għal xi mediċini.
Pussess ta’ drogi. 9. Ħadd ma għandu jkun fil-pussess jew jittanta li jippossjedi
xi droga kemm-il darba -
(a) huwa ma jkunx awtorizzat għall-importazzjoni jew
għall-esportazzjoni maħruġa mit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima VI ta’ l-
Ordinanza; jew
(b) huwa ma jkunx bil-liċenza jew xort’ohra awtorizzat li
jimmanifattura jew iforni din id-droga; jew
(ċ) huwa ma jkunx b’xi mod ieħor bil-liċenza mogħtija
mill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-
Saħħa jew mhux awtorizzat b’dawn ir-Regoli jew
b’awtorità  mogħtija mill-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa li jkollu d-droga fil-pussess
tiegħu; jew
(d) huwa ma jippruvax illi d-droga kienet fornuta għall-
użu tiegħu skond dik ir-riċetta kif imsemmi qabel:
Iżda, l-kwalifika li tinsab fil-paragrafu (d) ma tkunx
tgħodd fil-każ ta’ xi droga, fornuta lill-persuna għall-użu tagħha
skond riċetta jekk dik il-persuna f’dak iż-żmien li lilha ngħatat id-
droga kienet qiegħda taħt kura ta’ tabib ieħor dwar li kienet tieħu bi
drawwa xi drogi jew xort’oħra, u kienet fornuta b’xi drogi fuq
riċetta maħruġa minn dak it-tabib u ma semmietx dik il-ħaġa lit-
tabib imsemmi l-ewwel  qabel ma d-droga kienet fornuta lilha.
Qartas jew flixkun 
għandu jkun 
immarkat ċar.
Emendat:
N.G. 449 ta’ l-
1942.
10. (1) Ħadd ma għandu jforni ebda droga kemm-il-darba l-
qartas jew flixkun li ġo fih tkun tinsab ma jkunx immarkat ċar, bil-
linka jew b’xi mod ieħor li ma jitħassrux, bix-xorta u kwantità  tad-
droga li tkun tinsab fih.
(2) Ħadd ma għandu jforni preparat, mistura, estratt jew oġġett
ieħor li jkun fih xi droga kemm-il darba l-qartas jew flixkun ma
jkunx immarkat ċar bil-linka jew b’xi mod ieħor li ma jitħassrux -
(a) fil-każ ta’ trab, soluzzjoni jew ungwent, bl-ammont
kollu tagħhom fil-qartas jew flixkun u l-perċentaġġ
tad-droga fit-trab, soluzzjoni jew ungwent; u
(b) fil-każ ta’ pastilji jew oġġetti oħra, bl-ammont tad-
droga f’kull oġġett u n-numru ta’ l-oġġetti fil-qartas
jew flixkun:
Iżda din ir-regola ma tgħoddx għal ebda preparat fornut
skond ir-riċetta ta’ tabib, kirurgu dentist, dentist jew kirurgu
veterinarju.
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 7
Tħaris tar-regoli.
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) huwa għandu jniżżel jew jordna li jitniżżel f’reġistru,
miżmum għal dan l-iskop biss, il-provvisti kollha
mixtrija jew xort’oħra li jkun kiseb u kull negozju fid-
droga li jsir minnu (u ma’ dawn il-bejgħ u l-fornituri
lil persuni barra minn dawn il-Gżejjer) skond il-
formula, b’dak it-tibdil illi ċ-ċirkostanzi jitolbu, u li
fiha d-dettalji li jidhru fit-Tieni Skeda;
(b) huwa għandu jniżżel id-dħul dwar id-drogi mixtrija
jew li jikseb b’xi mod dak in-nhar li d-droga tasal, u
dwar xi bejgħ jew fornitura minnu tad-droga dak in-
nhar li jsir in-negozju; jew, jekk dan bir-raġun ma
jistax isir, l-għada tal-ġurnnta li fiha tasal id-droga jew
isir in-negozju;
(ċ) meta huwa jkollu n-negozju f’iktar minn post wieħed
huwa għandu jżomm reġistru jew reġistri għalihom
għal kull post;
(d) huwa għandu jżomm ir-reġistru jew reġistri xi mkien
fil-post li għalih jirreferixxi, sabiex dak jew dawk
ikunu jistgħu f’kull ħin jiġu spezzjonati skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza;
(e) huwa ma għandux iħassar, jingassa jew ibiddel xi
reġistrazzjoni fir-reġistru jew jagħmel xi tibdil li ma
jkunx eżatt f’xi dettall; xi żball jista’ jissewwa b’nota
fil-marġni jew f’qiegħ il-faċċata li fiha jingħataw id-
dettalji kif għandhom ikunu u bid-data;
(f) kull ma jinkiteb għandu jsir bil-linka jew b’mod ieħor
li ma jistax jitħassar;
(g) huwa għandu jforni lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern
dawk id-dettalji illi l-imsemmi Tabib Prinċipali tal-
Gvern jista’ jitlob dwar xi xiri minnu tad-drogi, il-
ħażniet kollha ta’ drogi li jkollu, u n-negozju kollu li
huwa jkun għamel fid-drogi.
(2) Droga jew preparat mogħtija minn tabib jew minn kirurgu
dentist jew minn dentist, jew taħt is-sorveljanza diretta tiegħu jew
quddiemu ma għandhomx jitqiesu li ġew fornuti minnu.
(3) Bl-approvazzjoni tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern jistgħu
jinżammu reġistri għalihom għal dipartimenti differenti ta’
negozju.
Spiżjar.
(a) li jimmanifattura preparat, mistura jew estratt ta’ xi
droga fil-kors ordinarju tan-negozju tiegħu bl-imnut; u
(b) li jbiegħ bl-imnut drogi u taħlit ta’ drogi, iżda dejjem
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.
(2) Kull droga fil-kustodja attwali ta’ persuna awtorizzata bis-
saħħa ta’ din ir-regola għandha tinżamm f’xi ħaġa msakkra li tista’
tinfetaħ biss minnu.
(3) Meta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(2) ta’ l-
8 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
Ordinanza, awtorizzazzjoni bħal din tkun ittieħdet lura, għandu
joħroġ avviż ta’ dan fil-Gazzetta tal-Gvern.
Persuni 
awtorizzati.
13. B’dak kollu li hemm imsemmi kuntrarju f’dawn ir-Regoli,
kull tabib, kirurgu dentist, dentist, tabib veterinarju, jew spiżjar,
jew kull persuna inkarigata minn laboratorju użat għar-riċerka jew
tagħlim u li huwa parti minn sptar pubbliku jew istituzzjoni oħra
approvata mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa għal dan l-iskop
huwa awtorizzat, sa fejn jista’ jkun meħtieġ għax-xogħol tal-
professjoni jew impieg tiegħu f’dik il-posizzjoni u skond id-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi li għandha x’taqsam ma’ din il-
professjoni jew impieg, li jkollu fil-pussess tiegħu d-droga jew li
jforni d-droga.
Persuna li tinstab 
ħatja ta’reat.
14. (1) Jekk persuna awtorizzata minn dawn ir-Regoli jew
minn awtorità  mogħtija mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa li
timmanifattura, tforni jew li jkollha fil-pussess tagħha d-drogi jew
xi waħda minn dawn id-drogi tinsab hatja ta’ reat kontra l-
Ordinanza jew dawn ir-Regoli, il-Ministru responsabbli għas-Saħħa
jista’, jekk jidhirlu illi dik il-persuna m’għandhiex tibqa’
timmanifattura, tforni jew ikollha fil-pussess tagħha d-drogi, jieħu
lura l-awtorità  ta’ din il-persuna u għandu jiġi pubblikat avviż ta’
dan fil-Gazzetta:
Iżda ebda ħaġa f’din ir-regola ma għandha tittieħed li
tnaqqas ebda setgħa li b’xi mod ieħor hija mogħtija lill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa li jieħu lura kull awtorità  minnu qabel
mogħtija.
(2) Meta l-persuna illi l-awtorità  tagħha tittieħed lura taħt is-
sub-regola (1) ta’ din ir-regola huwa tabib, kirurgu dentist, dentist
jew kirurgu veterinarju, jekk il-Ministru responsabbli għas-Saħħa
jordna hekk, dik il-persuna ma tkunx tista’ skond il-liġi tagħti
riċetti għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli, u għandu jingħata avviż ta’
dan l-ordni lill-persuna milquta minnu u jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
(3) Jekk il-Ministru responsabbli għas-Saħħa jkollu għalfejn
jissospetta illi tabib jew kirurgu dentist jew dentist qiegħed iforni
jew jippreskrivi drogi għalih innifsu jew lil jew għal persuna oħra
milli skond ma hu meħtieġ għall-iskop ta’ kura medika jew tas-
snien tiegħu nnifsu jew ta’ persuna oħra, il-Ministru responsabbli
għas-Saħħa jista’ jirreferixxi din il-ħaġa lit-Tribunal kostitwit
skond ma hemm imfisser fit-Tielet Skeda, u, jekk it-Tribunal hekk
jirrakkomanda, il-Ministru responsabbli għas-Saħħa jista’ jirrevoka
l-awtorità  tat-tabib jew kirurgu dentist jew dentist li jforni,
jipprokura jew li jkollu fil-pussess tiegħu d-drogi u joħroġ ordni
skond is-subregola (2), u għandu jingħata avviż tar-revoka jew
ordni lill-persuna milquta u dan jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
Konsenja u 
fornitura ta’ drogi.
Emendat:
N.G. 449 ta’ l-
1942.
15. (1) Ebda persuna ma għandha tikkunsinna ebda droga lil
persuna bla liċenza jew b’xi mod ieħor mhux awtorizzata li jkollha
fil-pussess tagħha d-drogi u li tidher mibgħuta minn persuna jew
flok persuna li tkun liċenzjata jew awtorizzata kemm-il darba din
il-persuna ma turix awtorità  miktuba bil-linka jew b’xi mod ieħor li
ma titħassarx, iffirmata mill-persuna liċenzjata jew awtorizzata,
biex tirċievi d-droga flokha, u kemm-il darba l-persuna li tforni d-
droga ma tkunx żgura illi l-awtorità  hija vera. Din ir-regola ma
titqisx li tgħodd għall-mediċini mogħtijin skond id-
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 9
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.
(2) Kull persuna li lilha skond il-liġi tkun ikkunsinnata droga
fiċ-ċirkostanzi msemmijin fis-subregola (1) għandha titqies li hi
persuna awtorizzata li jkollha fil-pussess tagħha din id-droga, iżda
għal dak iż-żmien biss li fiċ-ċirkostanzi tal-każ huwa
raġjonevolment biżżejjed sabiex tista’ ssir il-kunsinna.
Pussess ta’ droga.
persuna titqies li qiegħda fil-pussess tagħha.
Preparati.
msemmijin fir-Raba’ Skeda, lanqas għal preparati bħal dawn meta
mħalltin ma’ sostanza inerti meħtieġa sabiex il-medikament ikun
kif meħtieġ.
Riċetti, notamenti, 
eċċ.
18. Riċetti, notamenti, reġistri jew dokumenti oħra meħtieġa li
jibqgħu jew jinżammu skond l-Ordinanza jew skond dawn ir-Regoli
għandhom jintrefgħu għal mhux inqas minn sentejn mid-data tar-
riċetta jew dokument jew ta’ l-aħħar dħul fir-reġistru tan-
notamenti, kif jista’ jkun il-każ, u għandhom jinżammu biex jistgħu
f’kull ħin jiġu spezzjonati skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza.
10 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
Miżjuda:
N.G. 545 ta’ l-1957.
Sostitwita:L-EWWEL SKEDA
A.L. 40 ta’ l-1984.
Emendata:
A.L. 23 ta’ l-1985.(Regoli 6 u 7)
PRESCRIPTION FOR NARCOTIC AND PSYCHOTROPIC DRUGS
(Only one item may be prescribed on this Form)
Serial No.
A. TO BE FILLED BY PRESCRIBER C. TO BE FILLED BY 
DISPENSING APOTHECARYPATIENT
Name and Surname ................................................................. PATIENT
Address ................................................................................... Surname Name
ITEM Quantity
(incl. Form& Dose) I.D
Directions for use
Additional information in respect of Prescriptions for METHADONE Male Female
ITEM
Expected Duration of Treatment .................... Quantity Supplied
Medical Indication ........................................ Total Quantity
in Units ...............................................................
PRESCRIBER Med Council Reg. No. Total Quantity
in Weight/Measure ...............................................
Name and Surname .......................................................... PRESCRIPTION ORIGIN
Address .......................................................................... Hospitals .............................................................
Signature ............................................... Date .................... Govt. Clinics .......................................................
..
Private .......................................................
..
B. FOR OFFICIAL USE ONLY DISPENSER
To be filled by Government Dispenser Signature................................................................
.
PRESCRIPTION TYPE Pharmacy Board Reg. No
Pink Form Schedule III  Others Dispensary Address
Direct Postal .........................................................................
LOCATION DISPENSER Dispensary 
To be filled by Coder DH Licence No.
Item No. Prescription Origin Date
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 11
REQUEST FOR PRESCRIPTION FORMS FOR NARCOTIC AND 
PSYCHOTROPIC DRUGS 
I request .................... booklet/s by .................. prescription forms.
Name and surname of prescriber ....................................................
( IN BLOCK LETTERS)
Private address ..................................................................................................... 
( IN BLOCK LETTERS)
.......................................................................................................
Supplied ................... booklet/s by ................... prescription forms.
Serial No. ........................ to ........................
( a ) If withdrawn personally by prescriber.
........................................... ...................................
Signature of Prescriber  Date
( b ) If forwarded by mail.
Forwarded by .................................... on ...........................
A.R. Card to be attached.
Signature ..................Med. Council Reg. No.
FOR OFFICIAL USE
12 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
Emendata:
A.L. 40 ta’ l-1984;
A.L. 23 ta’ l-1985. 
(Regola 11)
A. Reġistru tad-Drogi li lilhom tolqot it-Taqsima V ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi
Mixtrixin jew akkwistati
B. Reġistru tad-Drogi li lilhom tolqot it-Taqsima V ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi
Mibjugħin jew fornuti
Isem is-
sustanza 
mixtrija jew 
akkwistati
Data li fiha l-
provvista 
waslet
Isem il-persuna, 
korp jew ditta 
mingħand min 
ittieħdet
Indirizz tal-
persuna, korp jew 
ditta mingħand 
min ittieħdet
F’liema 
għamla 
ittieħdetl-ammont akkwistat
Isem is-
sustanza 
mibjugħa jew 
fornuta
Data li fiha 
sar in-
negozju
Isem il-
persuna, 
korp jew 
ditta li lilha 
ġiet mibjigħa 
jew fornuta
Indirizz 
tal-
persuna, 
korp jew 
ditta li 
lilha ġiet 
mibjigħa 
jew 
fornuta
Awtorita tal-
persuna, korp 
jew ditta li 
jkollha s-
sustanzi fil-
pussess 
tagħha
Ammont 
mibjugħ 
jew fornut
F’liema 
għamla 
ġiet 
mibjugħa 
jew 
fornuta
Meta l-bejgħ 
isir fuq riċetta, 
fisser l-
ingredjenti jew 
ir-riċetta u 
daħħal in-
numru tas-
serje uffiċjali 
stampat fuq il-
formula tar-
riċetta
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 13
IT-TIELET SKEDA Sostitwita:
A.L. 4 ta’ l-1974.
(Regola 14)
Il-Kunsill Mediku mwaqqaf skond l-artikolu 20 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa għandu jkun it-Tribunal għall-iskopijiet
imsemmija fir-regola 14(3) ta’ dawn ir-Regoli
Ir-RABA’ SKEDA
(Regola 17) 
Preparati li għalihom ir-Regoli ma japplikawx
Cereoli Idoformi et Mophineae, B.P.C. ’23
Elixir Diamorph. et Terpin. c. Apomorph., B.P.C.
Emp. Opii, B.P. ’98.
Linctus Diamorph. Camph., B.P.C.
Linctus Diamorph. c. Ipecac., B.P.C.
Linctus Diamorph. et Scill., B.P.C.
Lin. Opii, B.P. ’14.
Lin. Opii Ammon., B.P.C. ’23.
Pasta Arsenicals, B.P.C.
Pil. Digitalis et Opii Co., B.P.C. ’23.
Pil. Hydrarg. c. Cret. et Opii, B.P.C.
Pil. Hydrag. c. Opio, B.P.C. ’23.
Pil. Ipecac. c. Scill., B.P. ’14.
Pil. Plubi c.Opio. B.P. ’14.
Pulv. Cret. Aromat. c. Opio, B.P.
Pulv. Ipecac. et Opii, B.P (Dover’s Powder).
Pulv. Kino Co. B.P., ’14.
Suppos. Plumbi c. Opio, B.P.
Tabellae Plumbi c Opio, B.P.C. 
Ung. Gallae c. Opio, B.P.C. (Ung. Gallae Co.).
Taħlitiet ta’ Emp. Opii, B.P. ’98 ma’ impjastri oħra tal-British Pharmacopoeia 1914
u 1932, u tal-British Pharmaceutical Codex.
Taħlitiet ta’ Lin. Opii, B.P. ’14 ma’ linimenti oħra tal-British Pharmacopoeia 1914 u
1932, u tal-British Pharmaceutical Codex.
Taħlitiet ta’ Pulv. Ipecac. Co., B.P. ’14 u ta’ Pulv. Ipecac. et Opii, B.P. flimkien ma’
xi waħda minn dawn:
Hydrarg. c. Cret., B.P.
14 L.S.101.02 ħ KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI
Acetysalicylic Acid.
Phenacetin.
Quinine and its Salts.
Sodium Bicarbonate
Taħlitiet ta’ Ung. Gallae c. Opio, B.P.C. (Ung. Gallae Co.) b’ungwenti u impjastri
oħra tal-British Pharmacopoeia 1914 u 1932, u tal-British Pharmaceutical
Codex.
Taħlitiet ta’ Lin. Opii Ammon., B.P.C. ’23 b’linimenti oħra tal-British
Pharmacopoeia 1914 u 1932, u tal-British Pharmaceutical Codex.
Miżjuda:
A.L. 64 ta’ l-1986.
Emendata:
A.L. 33 ta’ l-1989.
IL-ĦAMES SKEDA
(Regola 8)
DEPARTMENT OF HEALTH
DRUGS (CONTROL) REGULATIONS AND DANGEROUS DRUGS (INTERNAL CONTROL) RULES 
CONTROL CARD FOR NARCOTIC/PSYCHOTROPIC DRUGS
Name and Surname of Patient ....................................
Identity Card No. (where available, or Passport No.,
in case of non-Maltese citizens who do not hold an
Identity Card):
................................................
Address ................................................
.............................................................
Date of Issue of Card .......... Valid till ........................ .............................................................
Superintendent of Public Health
(Columns 1 - 4 to be filled by Prescriber) (Columns 5 - 8 to be filled by Dispensing Apothecary)
Date of 
Prescription
Name of 
Drug.
Form and 
Dose
Amount 
Prescribed
Signature of 
Medical 
Practitioner 
and Medical 
Council Reg. 
No.
Amount 
Dispensed
Date of 
Dispensing
Signature of 
Apothecary
D.H. Licence 
No. of 
Dispensary
KONTROLL INTERN FUQ ID-DROGI PERIKOLUŻI ġ L.S.101.02 15
IS-SITT SKEDAMiżjuda:
A.L. 64 ta’ l-1986.
(Regola 8)
DRUGS (CONTROL) REGULATIONS AND DANGEROUS DRUGS 
(INTERNAL CONTROL) RULES
REQUEST FOR THE ISSUE/RENEWAL OF A CONTROL CARD FOR 
NARCOTIC AND PSYCHOTROPIC DRUGS
Superintendent of Public Health
I hereby request that Mr/Ms ................................... aged .............
I. D. No.  * ............................... residing at ....................................
.......................................................................................................
(i) be issued with a control card for narcotic/psychotropic drugs (§)
(ii) have the control card for narcotic/psychotropic drugs renewed.(§)
(§) Delete whatever is inapplicable.
Signature of Medical Practitioner ...................................................
Name and Address of 
Medical Practitioner ...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
Medical Council Reg. No. ...............................................
Date .......................................
* In case of non-Maltese citizens not holding an I.D. Card, the Passport No., is to be inserted; in the
case of a minor the particulars inserted are to be in relation to the I. D. Card or passport of the father,
mother or guardian.
