RIĊETTI U GĦOTI TA’ METHADONE ġ L.S.101.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 101.03
REGOLI DWAR RIĊETTI U GĦOTI TA’ 
METHADONE
17 ta’ Awissu, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 41 ta’ l-1984, kif emendat bl-Avviż Legali 99 ta’ l-
1996.
Titolu.
ta’ Methadone.
Tifsir.
xort’oħra -
"klinika nominata" tfisser klinika fi sptar jew klinika tal-Gvern
nominata mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għall-kura bil-
methadone ta’ dipendenti tad-drogi jew persuni oħra li jkunu
jeħtieġu dik il-mediċina għal iktar minn ġimgħatejn;
"tabib nominat’ tfisser kull tabib jew kirurgu dentist awtorizzat
mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika biex jaħdem fi klinika
nominata;
"methadone" tinkludi kull salt u ester tagħha.
Riċetti ristretti.
għal methadone f’xi forma għal pazjent li jkun dipendenti jew li
riċentement ikun ġie ikkurat b’din il-mediċina għal iktar minn
ġimgħatejn kemm-il darba dak it-tabib jew kirurgu dentist, skond
il-każ, ma jkunx tabib nominat u kemm-il darba dik ir-riċetta ma
tinħariġx minn klinika nominata.
Forma ta’ 
methadone.
Emendat:
A.L. 99 ta’ l-1996.
4. Ebda methadone ma jista’ jiġi preskritt jew provdut minn
klinika nominata jekk mhux f’forma ta’ taħlita jew linctus: 
Iżda f’ċirkostanzi speċjali, it-tabib nominat jista’ bil-
miktub jawtorizza li tingħata jew tiġi provduta dik il-mediċina f’xi
forma oħra kif jiġi ndikat għall-pazjent taħt il-kura tiegħu.
Reġistru u persuni 
taħt kura.
5. Għandu jinżamm f’kull waħda minn dawk il-kliniki -
(a) reġistru ta’ persuni li jkunu bil-kura tal-methadone fi
klinika nominata kif provdut taħt ir-regoli 2 sa 4, u
(b) records individwali li fihom jidħlu dettalji ta’ kull
riċetta u provvista, l-ammont tal-mediċina u l-isem tat-
tabib nominat li jippreskrivi l-mediċina, u li jkun
kontrosenjat mill-persuna li tkun responsabbli għall-
provvista tal-mediċina.
Responsabbiltà  
għal ħażna.
Emendat:
A.L. 99 ta’ l-1996.
6. Tabib nominat huwa obbligat li jiżgura li jkunu qed jiġu
nfurzati proċeduri stretti dwar sigurtà  u r- responsabbiltà  ta’
preparati ta’ methadone li jkunu maħżunin f’dik il-klinika.
lmportazzjoni, eċċ. 
ristretta.
7. Ebda persuna ħlief l-Ispiżjar Ewlieni mpjegat mad-
Dipartiment tas-Saħħa ma tista’ timporta, taħżen jew tipprovdi xi
methadone.
Formula għar-
riċetta.
8. (1) Meta xi tabib jew kirurgu dentist joħroġ riċetta għal
2 L.S.101.03 ħ RIĊETTI U GĦOTI TA’ METHADONE
methadone lill-pazjent dan għandu joħroġ ir-riċetta fuq il-formula
murija fl-Iskeda.
(2) It-tabib jew il-kirurgu dentist li jippreskrivi methadone kif
provdut f’din ir-regola għandu jimla b’mod li jinqara d-dettalji
kollha li jinsabu fit-Taqsima A ta’ l-imsemmija formula.
(3) L-ispiżjar li jagħti methadone fuq riċetta għandu jimla
b’mod li jinqara d-dettalji kollha li jinsabu fit-Taqsima Ċ ta’ l-
imsemmija formula skond l-istruzzjonijiet li jinsabu fiha.
Għoti ta’ riċetta. 9. (1) Kull methadone b’riċetta msemmija fir-regola 8 jista’
jingħata biss minn spiżerija tal-Gvern awtorizzata għal hekk mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Ebda methadone ma jista’ jingħata kemm-il darba r-riċetta
ma tinħariġx skond id-disposizzjonijiet tar-regola 8:
Iżda meta r-riċetta ma tinhariġx skond id-disposizzjonijiet
tar-regola 8 jew meta d-doża preskritta tkun iktar mid-doża
terapewtika normali għal methadone, l-apotekarju nkarigat minn
dik l-ispiżerija jista’, jekk jidhirlu li l-każ ikun ta’ emerġenza u
wara li jiżgura l-identità  tal-pazjent bil-mezz tal-karta ta’ l-identità ,
joħroġ provvista għal jumejn biss u għandu jgħarraf b’dan lil min
joħroġ ir-riċetta minnufih.
Riċetta għal 
pethidine.
10. Kull tabib jew kirurgu dentist li jippreskrivi pethidine jew
xi salt tiegħu lil pazjent li jkun beda jew li jkun ser jibda l-kura
b’dik il-mediċina għal iktar minn erba’ ġimgħat, għandu jgħarraf
lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fejn jagħti partikolaritajiet
dwar l-isem, l-età  u l-indirizz tal-pazjent, in-numru tal-karta ta’ l-
identità  tal-pazjent u r-raġuni għall-kura fit-tul b’dik il-mediċina.
Fejn ma 
japplikawx ir-
regoli mit-2 sas-6.
11. Id-disposizzjonijiet tar-regoli mit-2 sas-6 ma japplikawx
dwar methadone preskritt f’każijiet terminali ta’ mard malinn,
kemm-il darba min joħroġ ir-riċetta jindika dan il-fatt fuq ir-riċetta.
RIĊETTI U GĦOTI TA’ METHADONE ġ L.S.101.03 3
SKEDA
(Regola 8)
PRESCRIPTION FOR NARCOTIC AND PSYCHOTROPIC DRUGS
(Only one item may be prescribed on this Form)
Serial No.
A. TO BE FILLED BY PRESCRIBER C. TO BE FILLED BY 
DISPENSING APOTHECARYPATIENT
Name and Surname ................................................................. PATIENT
Address ................................................................................... Surname Name
ITEM Quantity
(incl. Form& Dose) I.D
Directions for use
Additional information in respect of Prescriptions for METHADONE Male Female
ITEM
Expected Duration of Treatment .................... Quantity Supplied
Medical Indication ........................................ Total Quantity
in Units ...............................................................
PRESCRIBER Med Council Reg. No. Total Quantity
in Weight/Measure ...............................................
Name and Surname .......................................................... PRESCRIPTION ORIGIN
Address .......................................................................... Hospitals .............................................................
Signature ............................................... Date .................... Govt. Clinics .......................................................
Private .......................................................
B. FOR OFFICIAL USE ONLY DISPENSER
To be filled by Government Dispenser Signature................................................................
.
PRESCRIPTION TYPE Pharmacy Board Reg. No
Pink Form Schedule III  Others Dispensary Address
Direct Postal .........................................................................
LOCATION DISPENSER Dispensary 
To be filled by Coder DH Licence No.
Item No. Prescription Origin Date
