SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 101.05
REGOLI DWAR SUSTANZI UŻATI
GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA TA’ 
NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
5 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 279 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviżi Legali 301 ta’ l-
2003 u 2 ta’ l-2004.
Titolu.
Emendat:
A.L. 301 ta’ l-
2003.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regoli hu Regoli dwar Sustanzi Użati
għall-Manifattura Illeċita ta’ Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
''Bord ta’ Kontroll Internazzjonali dwar in-Narkotiċi'' tfisser il-
Bord imwaqqaf bil-Konvenzjoni Waħdanijja ta’ l-1961 dwar
Narkotiċi, kif emendata bil-Protokol ta’ l-1972 li jemenda l-
Konvenzjoni Waħdanijja ta’ l-1961 dwar Narkotiċi;
''destinatarju'' tfisser persuna naturali jew ġuridika lil min jiġu
kkunsinnati s-sustanzi skedati fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, u dik il-
persuna tista’ tkun differenti mill-konsumatur aħħari;
''operatur'' tfisser persuna naturali jew ġuridika li tkun topera fil-
manifattura, l-ipprocessar, il-kummerċ jew id-distribuzzjoni ta’
sustanzi skedati jew topera f’attivitajiet oħra relatati bħalma huma
brokering u ħżin ta’ sustanzi skedati;
Kap. 101.
''Suprintendent'' tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
''sustanza skedata'' tfisser sustanza specifikata fit-Tabella I tat-
Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza, inklużi taħlitiet u prodotti
naturali li fihom dawk is-sustanzi. Dan jeskludi medicini,
preparazzjonijiet farmacewtici, taħlitiet, prodotti naturali jew
preparazzjonijiet oħra li jkun fihom sustanzi skedati li jkunu
komposti hekk li dawk is-sustanzi ma jkunux jistgħu jintużaw jew
jiġu rkuprati faċilment b’mezzi li jistgħu jiġu applikati malajr jew
b’mod ekonomiku;
''tqegħid fis-suq'' tfisser kull provvista li ssir bi ħlas jew b’xejn
lil terzi persuni ta’ sustanzi skedati, manifatturati jew imqegħda
f’ċirkolazzjoni libera.
Awtorità  
kompetenti.
3. Is-Suprintendent ikun l-awtorità  kompetenti responsabbli
għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli.
Reġistrazzjoni u 
għoti ta’ liċenzi lil 
operaturi.
4. (1) Il-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, in-
negozju bl-ingrossa, il-kummerċ, id-distribuzzjoni u l-użu tas-
sustanzi skedati fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
għandhom ikunu soġġetti għall-pussess ta’ liċenza maħruġa mis-
Suprintendent. Il-provvista ta’ dawk is-sustanzi tkun awtorizzata
biss meta l-persuni lil min dawn ikunu ser jiġu fornuti jkunu
speċifikament awtorizzati, sew ġeneralment sew individwalment, li
2 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
jiġu fornuti, ikollhom jew imissu dawk is-sustanzi.
(2) Meta s-Suprintendent ikun qed jikkonsidra jekk għandux
jagħti liċenza, huwa għandu b’mod partikolari jqis il-kompetenza u
l-integrità  ta’ l-applikant. Il-liċenza tista’ tkun sospiża jew revokata
mis-Suprintendent kull meta jkun hemm tassew għaliex jaħseb li d-
detentur ma jkunx għadu iktar persuna adatta u idonea li jkollha
liċenza, jew li l-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenza tkun maħruġa
ma jkunux għadhom jgħoddu.
(3) Operatur li jkollu l-liċenza msemmija fis-subregola (1)
għandu jforni sustanzi skedati speċifikati fil-kategoriji kollha tat-
Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza biss lill-persuni
speċifikament awtorizzati li jkunu fornuti, ikollhom jew imissu
dawk is-sustanzi.
(4) Operaturi li jkunu jaħdmu fil-manifattura, l-importazzjoni,
l-esportazzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi skedati fil-
kategoriji kollha tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-
Ordinanza jkunu meħtieġa jirreġistraw u jaġġornaw lis-
Suprintendent bl-indirizzi tal-postijiet mnejn ikunu qegħdin
jimmanifatturaw jew jinnegozjaw dawn is-sustanzi.
Dmirijiet ta’ l-
operaturi.
5. L-operaturi għandhom id-dmir:
(a) li minnufih javżaw lis-Suprintendent b’kull
ċirkostanza, bħal xi ordni u biċċa negozju mhux tas-
soltu li jkunu jinvolvu sustanzi skedati, li jkunu
jissuġġerixxu li dawk is-sustanzi maħsubin għall-
importazzjoni, esportazzjoni jew transitu jistgħu jkunu
divjati għall-manifattura illeċita ta’ narkotiċi jew
sustanzi psikotropiċi;
(b) li jagħtu lis-Suprintendent dak it-tagħrif dwar negozju
bħal dak li jkun jinvolvu sustanzi skedati skond ma s-
Suprintendent ikun jista’ jeħtieġ.
Awtorizzazzjoni li 
ssir esportazzjoni.
6. (1) L-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-
Kategorija 1 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni maħruġa mis-
Suprintendent għal kull sustanza individwali. Id-dikjarazzjoni tad-
dwana dwar l-esportazzjoni għandha ssir skond il-formola stipulata
taħt l-Anness V.
(2) Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet imsemmija fis-
subregola (1) għandu jkun fihom dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur, ta’ l-importatur fil-
pajjiż importatur, ta’ kull operatur ieħor involut fl-
operazzjoni ta’ esportazzjoni jew tagħbija bħala
merkanzija, u tad-destinatarju,
(b) l-isem tas-sustanzi skedati kif mogħtija fil-Kategorija
1 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-
Ordinanza,
(ċ) il-kwantità  u l-piż tas-sustanza skedata u, meta din
tkun tikkonsisti f’taħlita, il-kwantità  u l-piż tat-taħlita
kif ukoll il-kwantità  u l-piż jew il-perċentaġġ ta’ kull
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 3
sustanza jew sustanzi elenkati fit-Tabella I tat-Tielet
Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza li jkun hemm fit-
taħlita,
(d) dettalji dwar l-arranġamenti tat-trasport, u b’mod
partikolari d-data mistennija meta x-xogħol ikun se
jintbagħat, isem l-ufficcju tad-dwana fejn għandha ssir
id-dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-esportazzjoni, u
sakemm dak it-tagħrif ikun disponibbli f’dan l-istadju,
identifikazzjoni tal-mezzi ta’ trasport, l-itinerarju, il-
post ta’ ħruġ li se jkun hemm minn Malta u l-post ta’
dħul ġewwa l-pajjiż importatur.
Fil-każ tas-subregola (7), għandha tinthemeż ma’ l-
applikazzjoni kopja tal-permess ta’ importazzjoni
maħruġ mill-pajjiż ta’ destinazzjoni.
(3) Għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien
ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mid-data meta s-Suprintendent
jikkonsidra l-inkartament komplet. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż
jekk l-awtoritajiet ikunu obbligati jagħmlu iktar riċerki biex
jissodisfaw lilhom innifishom li l-importazzjoni tas-sustanzi tkun
ġiet awtorizzata kif imiss.
(4) Mingħajr preġudizzju għal kull implimentazzjoni possibbli
ta’ miżuri ta’ infurzar, l-awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni hawn
qabel imsemmija għandha tiġi miċħuda, jekk:
(a) ikun hemm tassew għaliex jiġi suspettat li t-tagħrif
mogħti konformement mas-subregola (2) ikun falz jew
inkorrett;
(b) fil-każijiet imsemmija fis-subregola (7) jiġi stabbilit li
l-importazzjoni tas-sustanzi skedati ma tkunx ġiet
awtorizzata kif imiss mill-awtoritajiet kompetenti tal-
pajjiż ta’ destinazzjoni;
(ċ) ikun hemm tassew għaliex jiġi suspettat li s-sustanzi
nvoluti jkunu maħsuba għall-manifattura illeċita ta’
narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
(5) Jekk il-partikolaritajiet li jirrigwardaw l-itinerarju u l-
mezzi ta’ trasport ma jingħatawx fl-applikazzjoni msemmija fis-
subregola (7), l-awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni għandha tkun
tgħid li l-operatur għandu jforni dawn il-partikolaritajiet lid-dwana
jew lil xi awtorità  kompetenti oħra fil-post ta’ ħruġ minn Malta
qabel it-tluq attwali tal-kunsinna. F’każ bħal dan, l-awtorizzazzjoni
dwar l-esportazzjoni għandha tiġi annotata skond dan fil-waqt tal-
ħruġ.
(6) (a) Fil-każijiet kollha, l-awtorizzazzjoni dwar l-
esportazzjoni għandha tintwera għall-ispezzjoni mill-
awtoritajiet tad-dwana meta ssir id-dikjarazzjoni tad-
dwana dwar l-esportazzjoni. Kopja ta’ din l-
awtorizzazzjoni għandha, barra minn hekk, tinthemeż
mal-kunsinna sa l-uffiċċju tad-dwana fil-post ta’ ħruġ
tas-sustanzi skedati minn Malta. Dak l-uffiċċju għandu
jdaħħal, fejn ikun adatt, il-partikolaritajiet imsemmija
fis-subregola (5) flimkien mal-partikolaritajiet kollha
4 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
meħtieġa u għandu jwaħħal it-timbru tiegħu fuq il-
kopja ta’ l-awtorizzazzjoni qabel ma jirritornaha lill-
awtorità  li tkun ħarġitha.
(b) Il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni ma
jipprekludi ebda responsabbiltà  amministrattiva jew
responsabbiltà  oħra possibbli tad-detentur ta’ dik l-
awtorizzazzjoni.
(c) L-awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni tista’ tkun
sospiża jew revokata mis-Suprintendent kull meta
jkollu tassew għaliex jissuspetta li s-sustanzi jistgħu
jiġu devjati għall-manifattura illeċita ta’ narkotiċi jew
sustanzi psikotropiċi.
(d) (i) Kull esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati
fil-Kategorija 1 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ l-Ordinanza għandha tiġi preċeduta
b’avviż bil-quddiem ta’ l-esportazzjoni li
jintbagħat lill-pajjiż ta’ destinazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(10) tal-
Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra t-
Traffiku Illeċitu fin-Narkotiċi u Sustanzi
Psikotropiċi tad-19 ta’ Diċembru, 1988, u mar-
Riżoluzzjoni 20/4 tas-Sessjoni Specjali ta’ l-
1998 fuq il-mediċinali, ta’ l-Assemblea Ġenerali
tal-Ġnus Magħquda. Il-pajjiż ta’ destinazzjoni
għandu jingħata perjodu ta’ żmien ta’ ħmistax-il
ġurnata tax-xogħol li fih għandu jwieġeb, u fi
tmiemu l-operazzjoni ta’ esportazzjoni għandha
tkun awtorizzata mis-Suprintendent, kemm-il
darba ma jingħatax parir kuntrarju.
(ii) Is-Suprintendent għandu, qabel kull
esportazzjoni ta’ sustanzi skedati lill-pajjiż
rikjedenti, jipprovdi t-tagħrif speċifikat fis-
subregola (2) hawn qabel, lill-awtoritajiet
kompetenti ta’ dak il-pajjiż.
(iii) Is-Suprintendent għandu jeħtieġ li l-awtorità  fil-
pajjiż importatur li tkun qed tirċevi t-tagħrif
għandha żżomm bħala konfidenzjali kull sigriet
tas-sengħa, tan-negozju, kummerċjali jew
professjonali jew kull proċess kummerċjali li
jkun imsemmi f’dak it-tagħrif.
(7) Kull meta, taħt ftehim bejn Malta u pajjiż importatur, ma
għandhomx ikunu awtorizzati esportazzjonijiet kemm-il darba ma
jinħariġx permess ta’ importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti
tal-pajjiż importatur dwar is-sustanzi involuti, is-Suprintendent
għandu jiżgura ruħu li kull importazzjoni tkun ġiet awtorizzata kif
imiss, jekk dan ikun meħtieġ billi ssir talba għal konferma
mingħand l-awtorità  kompetenti tal-pajjiż importatur.
Ħtiġiet ta’ 
esportazzjoni 
speċifiċi:
Kategorija 2 
Tabella I.
7. (1) L-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-
Kategorija 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni maħruġa skond is-
subregoli (2) u (3) mis-Suprintendent skond id-disposizzjonijiet li
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 5
jkunu fis-seħħ.
(2) L-esportazzjonijiet imsemmija fis-subregola (1) għandha
tkun soġġetta mutatis mutandis għad-disposizzjonijiet tar-regola 6,
kull meta dawn jidhru li jkunu maħsubin, direttament jew
indirettament, għal xi pajjiż importatur li jkun ġie identifikat bħala
pajjiż imħasseb dwar il-manifattura illeċita ta’ dawk in-narkotiċi
jew sustanzi psikotropiċi bl-użu ta’ dawk is-sustanzi skedati. Dik l-
identifikazzjoni għandha tkun bażata, b’mod partikolari, fuq talba
motivata li ssir minn dak il-pajjiż importatur li jkun imħasseb. Id-
disposizzjonijiet tar-regola 6 għandhom ukoll japplikaw kull meta
awtorizzazzjoni individwali miftuħa ma tkunx tista’ tiġi maħruġa
taħt is-subregola (3):
Iżda d-disposizzjonijiet tar-regola 6 għandhom ukoll
japplikaw kull meta sustanza elenkata fl-Anness 1 tintbagħat għand
operatur li jkun stabbilit f’pajjiż elenkat fl-istess anness.
(3) Fil-każijiet l-oħra kollha, l-esportazzjoni ta’ sustanzi
skedati elenkati fil-Kategorija 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ l-Ordinanza tista’ tkun awtorizzata fuq talba ta’ l-
operaturi involuti fuq bażi globali bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni
individwali miftuħa. Id-deċiżjoni li tinħareġ awtorizzazzjoni bħal
dik għandha tqis il-kompetenza u l-integrità  ta’ l-applikant flimkien
max-xorta, il-volum u l-iskema ta’ l-involviment tiegħu f’dawn is-
sustanzi. F’każijiet bħal dawn, id-detentur għandu jimla d-dettalji
ta’ dik l-awtorizzazzjoni fid-dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-
esportazzjoni rilevanti. Skond id-disposizzjonijiet stipulati mis-
Suprintendent, li ssir bis-saħħa ta’ l-awtorità  li toħroġ
b’awtorizzazzjoni tiegħu, id-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni
għandu jagħti t-tagħrif dwar l-esportazzjonijiet.
(4) Awtorizzazzjoni individwali miftuħa msemmija fis-
subregola (3) tista’ tkun sospiża jew revokata kull meta jkun hemm
tassew għax wieħed jaħseb li d-detentur tagħha ma jkunx għadu
persuna adatta u idonea li jkollha awtorizzazzjoni, jew li l-
kondizzjonijiet li taħthom kienet maħruġa l-awtorizzazzjoni ma
għadhomx aktar validi.
Ħtiġiet ta’ 
esportazzjoni 
speċifiċi:
Kategorija 3 
Tabella I.
8. (1) Ikun fejn ikun il-pajjiż importatur li lejh tkun maħsuba
li ssir l-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3
tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza, sew
direttament sew indirettament -
(a) li l-awtorità  kompetenti tiegħu tkun ħarġet permess ta’
importazzjoni dwar il-kunsinna involuta; jew
(b) li jkun ġie identifikat bħala pajjiż imħasseb bil-
manifattura illeċita ta’ erojina jew kokajina fuq it-
territorju tiegħu jew bħala pajjiż sensittiv għar-rigward
tad-diverżjoni possibbli ta’ dawk is-sustanzi,
dik l-esportazzjoni għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni
maħruġa skond is-subregoli (2) u (3) mis-Suprintendent skond id-
disposizzjonijiet li jkunu fis-seħħ.
(2) L-esportazzjonijiet ta’ sustanzi msemmija fis-subregola (1)
għandha tkun mutatis mutandis soġġetta għad-disposizzjonijiet tar-
regola 6 , kull fejn, taħt arranġamenti specifici maqbula mal-pajjiżi
6 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
importaturi involuti, ikunu meħtieġa awtorizzazzjoni dwar l-
esportazzjoni u avviż minn qabel dwar l-esportazzjoni, għal kull
operazzjoni. Id-disposizzjonijiet tar-regola 6 għandhom ukoll
japplikaw kull meta ma tkunx tista’ tiġi maħruġa awtorizzazzjoni
individwali miftuħa skond is-subregola (3):
Iżda d-disposizzjonijiet tar-regola 6 għandhom ukoll
japplikaw kull meta sustanza elenkata fl-Anness II tintbagħat lil
operatur li jkun stabbilit f’pajjiż elenkat fl-istess anness.
(3) F’ċirkostanzi adatti, l-esportazzjoni ta’ sustanzi fil-
Kategorija 3 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
tista’ tkun awtorizzata fuq bażi globali bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni
individwali miftuħa. Id-deċiżjoni li jiġu maħruġa, sospiżi jew
revokati awtorizzazzjonijiet bħal dawk għandha tittieħed mis-
Suprintendent wara li l-applikant ikun ta:
(a) dettalji tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali li
jkollu fil-qasam ittrattat b’dawn ir-regoli u, fil-każ ta’
persuna ġuridika, l-isem, il-kwalifiki u l-esperjenza
professjonali rilevanti tad-direttur jew tal-persuna
responsabbli biex tiżgura li l-esportazzjonijiet ta’
sustanzi skedati jsiru konformement mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli;
(b) dettalji fil-qosor ta’ kull biċċa negozju ta’
esportazzjoni tas-sustanzi skedati involuti li huwa jkun
għamel fit-tnax-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni,
fejn jiġi speċifikat fil-każ ta’ kull sustanza, l-għadd
totali ta’ kull biċċa negozju u l-ammonti esportati lejn
kull pajjiż li dwarhom tkun meħtieġa awtorizzazzjoni
dwar l-esportazzjoni;
(ċ) dettalji dwar il-prekawzjonijiet li jkun ħa biex
jipprevjeni d-diverżjoni ta’ sustanzi skedati għall-
manifattura illeċita ta’ narkotiċi u sustanzi
psikotropiċi, u b’mod partikolari, l-arranġamenti biex
titħares ir-regola 5.
(4) L-awtorizzazzjoni għandha tkun sospiża jew revokata jew
miċħuda, b’mod partikolari, jekk:
(a) ikun hemm tassew għaliex wieħed jissuspetta li t-
tagħrif ma jkunx korrett;
(b) ikun hemm tassew għaliex wieħed jissuspetta li l-
prekawzjonijiet li jittieħdu ma jkunux biżżejjed biex
jipprevjenu d-diverżjoni ta’ sustanzi skedati għall-
manifattura illeċita ta’ narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
jew biex wieħed jissuspetta li l-operatur jew il-persuna
responsabbli fil-każ ta’ persuna ġuridika, ma jkunux
qegħdin jipprovdu ħarsien biżżejjed kontra r-riskju ta’
diverżjoni.
(5) Minkejja li jkun hemm dik l-awtorizzazzjoni, jistgħu jkunu
projbiti mill-awtoritajiet kompetenti operazzjonijiet ta’
esportazzjoni individwali li jsiru bis-saħħa ta’ l-awtorità  mogħtija
permezz ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 7
(6) Mingħajr preġudizzju għal kull obbligu li joriġina taħt ir-
regola 4, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija fis-subregola
(1) hawn qabel għandu jħares kull obbligu li ġej:
(a) jimla n-numru ta’ din l-awtorizzazzjoni f’kull
dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-esportazzjoni rilevanti;
(b) idaħħal reġistrazzjoni fir-records ta’ l-iktar tard meta
l-kunsinna titlaq mill-post tal-fornitur għall-
esportazzjoni;
(ċ) kull meta l-ħruġ ta’ qabel ta’ awtorizzazzjoni ta’
importazzjoni mill-pajjiż ta’ destinazzjoni jkun ħtieġa
biex isir il-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni dwar l-
esportazzjoni, ir-reġistrazzjoni għandha jkun fiha n-
numru, jekk ikun hemm, u l-post u d-data tal-ħruġ tal-
permess ta’ importazzjoni maħruġ mill-pajjiż ta’
destinazzjoni; għandha tinżamm kopja ta’ dan il-
permess;
(d) jiżgura li mal-kunsinna tinthemeż kopja ta’ l-
awtorizzazzjoni f’kull waqt matul it-trasport;
(e) jagħti, sa tmiem kull tliet xhur, tagħrif fil-qosor fuq l-
operazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jkunu saru taħt l-
awtorizzazzjoni. Il-kontenut tat-tagħrif fil-qosor li jiġi
stabbilit fid-dettall mis-Suprintendent għandu jkun
fihom, bħala minimu, tagħrif fuq l-għadd ta’
operazzjonijiet, sustanzi, kwantitajiet, u l-pajjiżi ta’
destinazzjoni involuti. F’każ li dan it-tagħrif ma
jingħatax, l-awtorizzazzjoni tista’ tkun sospiża jew
revokata;
(f) jgħarraf lis-Suprintendent b’kull bidla li tiġri għar-
rigward tat-tagħrif mogħti, jew daqstant minnu skond
ma jista’ jkun specifikat mill-awtorità  għal dan l-għan.
(5) Il-formola ta’ l-awtorizzazzjoni individwali miftuħa
msemmija fis-subregola (1) għandha tkun konformi ma’ l-
ispecifikazzjonijiet li hemm fl-Anness VI. Iktar minn hekk, tkun
kondizzjoni għall-ħruġ ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet li, għal
finijiet ta’ kontroll, id-detentur għandu jżomm għall-ispezzjoni
mis-Suprintendent, meta jkun adatt u dwar kull esportazzjoni,
kopja tal-permess ta’ importazzjoni maħruġ mill-awtoritajiet tal-
pajjiż importatur. F’każijiet ta’ dubju, is-Suprintendent jista’
jagħmel kuntatt ma’ l-awtoritajiet li jkunu ħarġu l-permess ta’
importazzjoni.
Setgħat ta’ l-
awtorità  
kompetenti.
9. (1) Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-
regoli 6, 7, 8 u 11, kull persuna awtorizzata bil-miktub mis-
Suprintendent kif imiss għandha, meta turi l-awtorizzazzjoni jew il-
kredenzjali tiegħu, f’kull waqt ikollha d-dritt li -
(a) jkollha aċċess tispezzjona, tikseb u żżomm tagħrif u
informazzjoni bil-mitlub, f’liema għamla tkun fuq is-
sustanzi skedati jew operazzjonijiet li jkunu jinvolvu
sustanzi skedati;
(b) jidħol f’kull post bil-għan li jaccerta ruħu jekk ikunx
hemm jew kienx hemm jew x’aktarx ikun hemm xi
8 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-miżuri stipulati fir-regoli 6, 7 u
8 u fis-subregola (1) ta’ din ir-regola, is-Suprintendent jista’
jipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ sustanzi skedati ġewwa Malta jew
it-tluq tagħhom minn Malta, jekk ikun hemm tassew għaliex
wieħed jissuspetta li s-sustanzi jkunu maħsuba għall-manifattura
illeċita ta’ narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
Kontrolli effettivi 
f’żoni liberi.
10. Għall-iskop li ma jitħallewx isiru riskji speċifiċi ta’
diverżjoni f’żoni liberi kif ukoll f’żoni sensittivi oħra bħal xi
bonded store, l-operaturi għandhom jiżguraw li l-kontrolli fuq l-
operazzjonijiet li jsiru f’dawn iż-żoni jkunu effettivi f’kull stadju
ta’ dawn l-operazzjonijiet u mhux inqas iebsin minn dawk li jsiru
f’partijiet oħra tat-territorju tad-dwana.
Tiżmim ta’ 
records.
11. (1) Kull biża negozju li twassal għat-tqegħid fis-suq ta’
sustanzi skedati fil-Kategoriji 1 u 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ l-Ordinanza għandha tkun msejjsa hemm fuq dokumenti
magħmulin minn records miktubin hemm fuq dawk elettronici.
(2) (a) Ir-records kollha għandhom ikunu miftuħa għall-
ispezzjon tas-Suprintendent jew ta’ kull uffiċċjal li
jkun qed jagħmilha minfloku u, b’mod partikolari,
dokumenti kummercjali bħalma huma fatturi, manifesti
tal-merkanzija, dokumenti amministrattivi, dokumenti
tad-dwana, dokumenti tat-trasport u ta’ l-ivvjaġġar
oħra għandu jkun fihom tagħrif biżżejjed biex
jidentifikaw pożittivament:
(i) l-isem tas-sustanza skedata kif mogħtija fil-
Kategoriji 1 u 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ l-Ordinanza,
(ii) il-kwantità  u l-piż tas-sustanza skedata u, meta
din tkun tikkonsisti f’taħlita, il-kwantità  u l-piż
tat-taħlita kif ukoll il-kwantità  u l-piż jew il-
perċentaġġ ta’ kull sustanza jew sustanzi
speċifikati fil-Kategoriji 1 u 2 tat-Tabella I tat-
Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza li jkunu
qegħdin fit-taħlita, u
(iii) l-isem u l-indirizz tal-fornitur, id-distributur u d-
destinatarju.
(b) Dawk id-dokumenti għandhom iktar minn hekk ikun
fihom dikjarazzjoni mingħand il-klijent li jkunu juru
kull użu speċifiku tas-sustanzi. Tkun meħtieġa
dikjarazzjoni separata, kif speċifikata fl-Anness III,
għal kull sustanza fil-Kategoriji 1 jew 2 tat-Tabella I
tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza.
(ċ) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi ta’ hawn aktar
qabel, klijent regolari l jikseb mingħand fornitur
sustanza skedata specifikata fil-Kategorija 2 tat-
Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
jista’ jipprovdi dikjarazzjoni unika, kif speċifikat fl-
Anness IV, li tkun tkopri kull biċċa negozju li tinvolvi
dik is-sustanza tul żmien sena, iżda:
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 9
(i) il-klijent irid ikun wieħed li jkun fornih bis-
sustanza għal mill-inqas tliet darbiet matul it-
tnax-il xahar li jiġu qabel,
(ii) il-fornitur ma jkollux għaliex jissoponi li s-
sustanza tkun se tintuża għal finijiet illeciti, u
(iii) il-kwantitajiet ordnati jkunu konsistenti mal-
konsum tas-soltu ta’ dak il-klijent.
(3) Kull obbligu taħt is-subregola (1) ma għandux, madankollu,
jkun japplika għal biċċiet ta’ negozju li jirrigwardaw sustanzi
skedati fil-Kategorija 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’
l-Ordinanza meta l-kwantitajiet involuti ma jkunux jeċċedu dawk
indikati fl-Anness VII.
(4) L-operaturi għandhom jiżguraw li jitwaħħlu tikketti mas-
sustanzi skedati fil-Kategoriji 1 u 2 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ l-Ordinanza qabel ma dawn jitqegħdu fis-suq. Dawk it-
tabelli għandhom juru l-ismijiet tas-sustanzi kif mogħtija fit-
Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza. L-operaturi
jistgħu wkoll iwaħħlu t-tikketti tagħhom tas-soltu.
(5) L-operaturi għandhom iżommu dawk ir-records dettaljati
ta’ l-attivitajiet tagħhom skond ma jkunu meħtieġa biex jitħares
kull obbligu li għandhom taħt is-subregola (1).
(6) Id-dokumenti msemmija fis-subregoli (1) u (5) għandhom
jinżammu għal żmien mhux inqas minn tliet snin minn tmiem is-
sena kalendarja li fiha tkun saret l-operazzjoni msemmija fis-
subregola (1), u s-Suprintendent għandu jkun jista’ jispezzjonahom
meta jitlob li jagħmel dan mingħajr ebda xkiel.
10 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
ANNESS I
ANNESS II
Sustanza Destinazzjoni
Sustanza Destinazzjoni
Methylethyl ketone (MEK) Arġentina 
Toluene Bolivja
Sulphuric acid1 Brażil
Kolumbja
Ekwador
Gwatemala
Peru
Acetone Arġentina 
Ethyl ether  Bolivja
Hydrochloric acid1 Brażil
Kolumbja
Ekwador
Gwatemala
Lebanon
Iran
Mijanmar
Peru
Singapor
Turkija
1 Huwa inkluż ukoll il-melħ ta’ dawn is-sustanzi ħlief għal sulphuric acid u hydrochloric acid kull meta jkun
posibbli li jeżisti dan il-melħ.
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 11
ANNESS III
Formola ta’ dikjarazzjoni għal biċċiet ta’ negozju individwali f’sustanzi ta’ Kategorija 1 
jew 2 kif speċifikati fit-Tabella I fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
DIKJARAZZJONI MILL-KLIJENT TA’ KULL UŻU SPEĊIFIKU TA’ SUSTANZA
SKEDATA TAL-KATEGORIJA 1 JEW 2 (BIĊĊIET TA’ NEGOZJU INDIVIDWALI)
Jien/Aħna,
Isem ...........................................................................................................
Indirizz .......................................................................................................
Awtorizzazzjoni/Liċenza/Nru. ta’ reġistrazzjoni jew riferenza (1) ......................
Maħruġ fi ............................... minn ...........................................................
(isem u indirizz ta’ l-awtorità )
u valida sa/bla ebda limitu ta’ żmien (imla kif meħtieġ) ....................................
ordnajt/na mingħand:
Isem ...........................................................................................................
Indirizz .......................................................................................................
din is-sustanza li ġejja: (isem u kodiċi NK) (2) .................................................
(kwantità ) .....................................
Is-sustanza se tintuża unikament għal ..............................................................
Nikkonfermaw li s-sustanza msemmija hawn qabel se terġa’ biss tinbiegħ jew xort’oħra tiġi
fomuta lil klijent bil-kondizzjoni li l-klijent jagħti dikjarazzjoni dwar l-użu skond dan il-mudell
jew għal sustanzi tal-Kategorija 2, dikjarazzjoni li tkun tirreferi għal biċċiet ta’ negozju multipli.
Firma ........................................... Isem ................................................
(f’ittri kbar)
Kariga .......................................... Data ................................................
(1) Imla kif imiss.
(2) Kodiċi ta’ Nomenklatura Kombinata.
12 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
ANNESS IV
DIKJARAZZJONI MILL-KLIJENT TA’ KULL UŻU SPEĊIFIKU TA’ SUSTANZA
SKEDATA TAL-KATEGORIJA 2 (BIĊĊIET TA’ NEGOZJU MULTIPLI)
Jien/Aħna,
Isem ...........................................................................................................
Indirizz .......................................................................................................
Nru. ta’ reġistrazzjoni jew riferenza ................................................................
Reġistrat fi ............................... minn .........................................................
(isem u indirizz ta’ l-awtorità )
u validu sa/mingħajr ebda limitu ta’ żmien (imla kif meħtieġ) ............................
bi ħsiebi/na nordna/w mingħand:
Isem ...........................................................................................................
Indirizz .......................................................................................................
din is-sustanza li ġejja: (isem u kodiċi NK) (1) .................................................
(kwantità ) .....................................
Is-sustanza se tintuża unikament għal ........................................................ u din hija provvista
li l-aħjar li nistgħu nikkalkolaw se sservi għal ............. xhur (mhux iżjed minn 12-il xahar)
Nikkonfermaw li s-sustanza msemmija hawn qabel se terġa’ biss tinbiegħ jew xort’oħra tiġi
fomuta lil klijent bil-kondizzjoni li l-klijent jagħti dikjarazzjoni dwar l-użu skond dan il-mudell
jew dikjarazzjoni li tkun tirreferi għal biċċiet ta’ negozju individwali.
Firma ........................................... Isem ................................................
(b’ittri kbar)
Kariga .......................................... Data ................................................
(1) Kodiċi ta’ Nomenklatura Kombinata.
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 13
ANNESS V
1. KOPJA GĦALL-AWTORITÀ  LI TAWTORIZZA
Awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi wżati fil-manifattura illeċita ta’
narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
1. Esportatur (isem u indirizz) 2. AWTORIZZAZZJONI
Numru: ...........................................................
Maħruġa (data): ................ (post) ....................
3. Data meta l-kunsinna mistennija li tintbagħat: 
4. Importatur fil-pajjiż ta’ destinazzjoni (isem
u indirizz)
5. Awtorità  li tawtorizza (isem u indirizz)
6. Operatur/aġent ieħor (isem u indirizz) 7. Uffiċċju tad-dwana fejn tkun se ssir id-
dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni (isem u indirizz)
8. Destinatarju (isem u indirizz) 9. Post ta’ ħruġ 10. Post ta’ dħul
ġewwa l-pajjiż
importatur
11. Mezz ta’ trasport 12. Itinerarju
13a. Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14a.  Kodiċi NK
15a.  Piż nett
16a.  % tat-taħlita
17a.  Numru tal-fattura
13b.Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14b. Kodiċi NK
15b. Piż nett
16b. % tat-taħlita
17b. Numru tal-fattura
18. Dikjarazzjoni li jagħmel l-applikant 20. (Għandha timtela mill-uffiċċju tad-dwana
fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni)
Isem: ........................................................... Numru tad-dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-
esportazzjoni ...................................................
Li jirrappreżenta: ....................... (applikant) Timbru
Firma: ..........................................................
Data: ...........................................................
19. (Għandha timtela mill-awtorità  li tawtorizza)
Kaxxa 17 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Kaxxi 9, 10, 11, 12 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Firma: .......................................................... Timbru
Kariga: ........................................................
Data: .................................
14 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
2. KOPJA LI GĦANDHA TINTEHMEŻ MA’ L-OĠĠETTI
Awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi wżati fil-manifattura illeċita ta’
narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
1. Esportatur (isem u indirizz) 2. AWTORIZZAZZJONI
Numru: ...........................................................
Maħruġa (data): ................ (post) ....................
3. Data meta l-kunsinna mistennija li tintbagħat: 
4. Importatur fil-pajjiż ta’ destinazzjoni (isem
u indirizz)
5. Awtorità  li tawtorizza (isem u indirizz)
6. Operatur/aġent ieħor (isem u indirizz) 7. Uffiċċju tad-dwana fejn tkun se ssir id-
dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni (isem u indirizz)
8. Destinatarju (isem u indirizz) 9. Post ta’ ħruġ 10. Post ta’ dħul
ġewwa l-pajjiż
importatur
11. Mezz ta’ trasport 12. Itinerarju
13a. Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14a.  Kodiċi NK
15a.  Piż nett
16a.  % tat-taħlita
17a.  Numru tal-fattura
13b.Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14b. Kodiċi NK
15b. Piż nett
16b. % tat-taħlita
17b. Numru tal-fattura
18. Dikjarazzjoni li jagħmel l-applikant 20. (Għandha timtela mill-uffiċċju tad-dwana
fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni)
Isem: ........................................................... Numru tad-dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-
esportazzjoni ...................................................
Li jirrappreżenta: ....................... (applikant) Timbru
Firma: ..........................................................
Data: ...........................................................
19. (Għandha timtela mill-awtorità  li tawtorizza)
Kaxxa 17 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Kaxxi 9, 10, 11, 12 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Firma: .......................................................... Timbru
Kariga: ........................................................
Data: .................................
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 15
3. KOPJA GĦALL-ESPORTATUR
Awtorizzazzjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi wżati fil-manifattura illeċita ta’
narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
1. Esportatur (isem u indirizz) 2. AWTORIZZAZZJONI
Numru: ...........................................................
Maħruġa (data): ................ (post) ....................
3. Data meta l-kunsinna mistennija li tintbagħat: 
4. Importatur fil-pajjiż ta’ destinazzjoni (isem
u indirizz)
5. Awtorità  li tawtorizza (isem u indirizz)
6. Operatur/aġent ieħor (isem u indirizz) 7. Uffiċċju tad-dwana fejn tkun se ssir id-
dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni (isem u indirizz)
8. Destinatarju (isem u indirizz) 9. Post ta’ ħruġ 10. Post ta’ dħul
ġewwa l-pajjiż
importatur
11. Mezz ta’ trasport 12. Itinerarju
13a. Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14a.  Kodiċi NK
15a.  Piż nett
16a.  % tat-taħlita
17a.  Numru tal-fattura
13b.Isem sħiħ tas-sustanza li għandha tiġi
esportata
14b. Kodiċi NK
15b. Piż nett
16b. % tat-taħlita
17b. Numru tal-fattura
18. Dikjarazzjoni li jagħmel l-applikant 20. (Għandha timtela mill-uffiċċju tad-dwana
fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni)
Isem: ........................................................... Numru tad-dikjarazzjoni tad-dwana dwar l-
esportazzjoni ...................................................
Li jirrappreżenta: ....................... (applikant) Timbru
Firma: ..........................................................
Data: ...........................................................
19. (Għandha timtela mill-awtorità  li tawtorizza)
Kaxxa 17 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Kaxxi 9, 10, 11, 12 tagħrif li għadu meħtieġ Iva Le
Firma: .......................................................... Timbru
Kariga: ........................................................
Data: .................................
16 L.S.101.05 ħ
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI
NOTI
1. Il-Kaxxi 1, 3, 4 u 6 sa 18 inklużi għandhom jimtlew mill-applikant fil-waqt
meta ssir it-talba; madankollu dak it-tagħrif skond ma hu meħtieġ fil-kaxxi 9
sa 12 u 17 jista’ jingħata fi stadju ulterjuri, jekk it-tagħrif ma jkunx magħruf
fil-waqt meta ssir it-talba. F’każ bħal dan, it-tagħrif għal kaxxa 17 għandu
jiġi supplimentat sa mhux aktar tard minn meta ssir id-dikjarazzjoni dwar l-
esportazzjoni u t-tagħrif supplimentari fil-kaxxi 9 sa 12 għandu jiġi mogħti
lill-awtorità  tad-dwana jew lil xi awtorità  oħra fil-post ta’ ħruġ qabel ma l-
oġġetti attwalment jitilqu.
2. Il-Kaxxi 1, 4, 6 u 8: Niżżel l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ kif ukoll l-ismijiet
tad-ditta.
3. Il-Kaxxa 6: Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ xi operatur ieħor involut fl-
operazzjoni ta’ esportazzjoni bħal xi trasportatur, broker, aġent tad-dwana.
4. Il-Kaxxa 8: Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija li
lilhom jiġu kkunsinnati l-oġġetti fil-pajjiż ta’ destinazzjoni (mhux bilfors il-
konsumatur aħħari).
5. Il-Kaxxi 9 u 10: Agħti l-isem tal-port, ajruport jew post fuq il-fruntiera
skond ma jkun jgħodd.
6. Il-Kaxxa 11: Speċifika kull mezz ta’ trasport li jkun se jiġi użat (bħal lorry,
bastiment, ajruplan, tren, eċċ.).
7. Il-Kaxxa 12: Agħti kemm tista’ dettalji tar-rotta li tkun se tittieħed.
8. Il-Kaxxi 13 u 14: Niżżel kemm l-isem tas-sustanzi kemm il-Kodiċi NK, kif
stipulat fit-Tabella 1 tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordiaanza.
9. Il-Kaxxi 13a, 13b: Identifika bi preċiżjoni kemm pakketti kemm sustanzi
(eż. 2 laned kull waħda ta’ 5 litri). Fil-każ ta’ taħlitiet, indika l-isem
kummerċjali u t-tagħrif kwantitativ involut.
10. Il-Kaxxa l8: Indika b’ittri kbar l-isem ta’ l-applikant jew, meta jkun adatt,
tar-rappreżentant awtorizzat minnu li jiffirma din l-applikazzjoni
Il-firma ta’ l-applikanl jew tar-rappreżentant awtorizzat minnu għandha tindika li
l-persuna involuta tkun qegħda tiddikjara li l-partikolaritajiet kollha mogħtija fl-
applikazzjoni mtlew b’mod korrett u sħiħ. Mingħajr preġudizzju għal kull
provvediment penali li jista’ jiġi applikat, din id-dikjarazzjoni għandha tkun
tekwivali għat-teħid ta’ kull responsabbiltà  dwar:
- L-eżattezza tat-tagħrif mogħti fid-dikjarazzjoni;
- l-awtentiċità  ta’ kull dokument li hemm mehmuż, u
- l-osservanza ta’ kull obbligazzjoni li toħroġ mill-esportazzjoni ta’
sustanzi skedati elenkati f’dawn ir-regoli.
Kull meta l-awtorizzazzjoni tkun maħruġa permezz ta’ proċedura komputerizzata,
dik l-awtorizzazzjoni mhux ta’ bilfors li jkun fiha l-firma ta’ l-applikant f’din il-
kaxxa, jekk f’tali applikazzjoni għandu jkun hemm dik il-firma.
SUSTANZI UŻATI GĦALL-MANIFATTURA ILLEĊITA
TA’ NARKOTIĊI U SUSTANZI PSIKOTROPIĊI ġ L.S.101.05 17
ANNESS VI
Awtorizzazzjoni individwali miftuħa għall-esportazzjoni ta’ sustanzi elenkati
fil-Kategoriji 2 u 3 tat-Tabella I tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza
1. Il-formola ta’ awtorizzazzjoni individwali miftuħa hi l-istess bħal dik
msemmija fl-Anness V.
2. Għandu jkollha mifruxa fuq il-paġna kollha, dawn il-kliem li ġejjin:
"Awtorizzazzjoni individwali miftuħa għall-esportazzjoni".
3. Huma biss il-kaxxi 1, 2, 5, 13 u 19 li għandhom jimtlew. Il-Kaxxa 13
għandha timtela mill-lista ta’ sustanzi skedati u pajjiżi ta’ destinazzjoni awtorizzati.
ANNESS VII Sostitwit:A.L. 2 ta’ l-2004.
Sustanza Limitu
Acetic anhydride 100 l
Potassium permanganate
Anthranilic acid and its salts
100 kg
1 kg
Phenylacetic acid and its salts
Piperidine and its salts
1 kg
0.5 kg
