ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ L.S.104.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 104.01
REGOLAMENTI DWAR L-ASSIGURAZZJONI 
TA’ VETTURI TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI 
TA’ TERZI PERSUNI
1 ta’ Awissu, 1947
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 611 ta’ l-1939, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 221 ta’ l-1947 u bl-Avviż Legali 6 ta’ l-1985.
Titolu.
Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni.
Tifsir.
ieħor -
Kap. 104.
tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni; 
"assiguratur" jfisser assiguratur awtorizzat skond kif imfisser fl-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza;
Kummissarju" jfisser il-Kumnissarju tal-Pulizija jew xi uffiċjal
tal-Forza tal-Pulizija imqabbad minnu sabiex jaqdi id-dmirijiet illi
skond l-Ordinanza jew skond ir-regolamenti jaqgħu fuqu;
"polza" tfisser dik il-polza ta’ sigurtà  li taqbel mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u li tkun maħruġa minn
assiguratur għar-riskji ta’terzi persuni li jiġu mill-użu ta’ vetturi
bil-mutur;
"cover note" tfisser dik il-polza ta’ sigurtà  li taqbel mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u li tkun maħruġa minn
assiguratur f’forma ta’ cover note provviżorja għar-riskji ta’ terzi
persuni li jiġu mill-użu ta’ vetturi bil-mutur;
"ċertifikat ta’ sigurtà " jfisser ċertifikat ta’ sigurtà  maħruġ skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(4) ta’ l-Ordinanza;
"uffiċjal responsabbli" jfisser, għal dawk li huma vetturi bil-
mutur illi huma għad-disposizzjoni ta’ dipartiment tal-gvern, il-kap
tad-dipartiment, u għal dawk il-vetturi bil-mutur illi huma għad-
disposizzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-uffiċjal li jikkmanda l-
unità , jew dik il-parti tas-servizz li għandha kontroll tal-vetturi;
"vetturi bil-mutur" jfisser skond dak li jingħad fl-artikolu 2 ta’ l-
Ordinanza.
Assiguratur 
għandu jagħti 
ċertifikat ta’ 
sigurtà.
3. (1) Assiguratur għandu jagħti lill kull min ikollu polza
maħruġa minnu ċertifikat ta’ sigurtà  bħall-Formula A kif tidher fl-
Iskeda.
(2) Meta polza bħal din tkun għal vettura speċifika jew għal
vetturi speċifiċi, ċertifikat separat ta’ sigurtà  għandu joħroġ għal
kull vettura. Meta l-polza ma tkunx għal vettura jew vetturi
speċifiċi għandhom joħorġu ċertifikati ta’ sigurtà  daqs kemm jkun
meħtieġ sabiex id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-prova
illi vettura bil-mutur mhiex qed tiġi misjuqa b’kontravenzjoni
tagħha jiġu osservati.
2 L.S.104.01 ħ
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI
(3) Kull cover note maħruġa minn assiguratur għandu ikollha
stampat fuqha ċertifikat ta’ sigurtà  bħall-Formula B kif tidher fl-
Iskeda.
Ċertifikat ieħor ta’ 
sigurtà.
4. Meta taħt il-kundizzjonijiet ta’ polza dwar vettura bil-
mutur speċifika, min għandu l-polza huwa ntitolat li jsuq xi vettura
bil-mutur barra minn dak speċifikat mingħajr kontravenzjoni ta’ l-
Ordinanza, l-assiguratur li jkun ħareġ il-polza jista’, u għandu meta
jkun mitlub minn min għandu l-polza, joħroġlu ċertifikat ieħor ta’
sigurtà  bħall-Formula A li tidher fl-Iskeda.
Ċertifikat għandu 
jkun awtentikat.
5. (1) Kull ċertifikat ta’ sigurtà  għandu jkun awtentikat minn
jew f’isem l-assiguratur li jkun ħareġ dak iċ-ċertifikat.
(2) Kull ċertifikat ta’ sigurtà  għandu jinħareġ mhux aktar tard
minn erbat ijiem wara d-data li fiha tkun ħarġet u ġiet imġedda l-
polza.
Ċertifikat għandu 
jkun b’kulur iswed 
fuq karta bajda.
6. (1) Kull ċertifikat ta’ sigurtà  għandu jkun stampat u lest
b’kulur iswed fuq karta bajda jew materjal bħalha.
(2) L-ebda ċertifikat li jkun hekk maħruġ ma għandu jkun fih
xi reklam sew naħa kemm f’oħra, iżda l-isem u l-indirizz ta’ l-
assiguratur li jkun ħareġ iċ-ċertifikat jew riproduzzjoni tas-siġill
tiegħu jew xi monogramm jew oġġett ieħor, jew l-isem u l-indirizz
ta’ sensal ta’ sigurtà , ma jitqisux bħala oġġett ta’ reklam għall-
finijiet ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu stampati jew
ittimbrati isfel nett jew wara ċ-ċertifikat.
Persuna li tapplika 
għal liċenza.
7. Kull persuna li tapplika għal liċenza jew biex tiġġedded
liċenza għal vettura bil-mutur għandha tipproduċi lill-Kummissarju
cover note jew ċertifikat ta’ sigurtà  li juri illi fid-data meta l-
liċenza tibda tgħodd tkun qiegħda sseħħ polza dwar il-persuna li
tkun qiegħda tuża l-vettura bil-mutur minn min japplika jew minn
persuni oħra bl-ordni jew bil-permess tagħha, u din il-cover note
jew ċertifikat jikkostitwixxi għall-finijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ l-
Ordinanza prova illi fid-data meta l-liċenza jew it-tiġdid jibda
jgħodd ikun hemm isseħħ il-polza meħtieġa:
Iżda flok dawn jista’ jinġieb -
(i) fil-każ ta’ vettura bil-mutur illi għaliha jgħodd l-
artikolu 3(4)(a) ta’ l-Ordinanza (jiġifieri vettura
bil-mutur li hi tal-Gvern użata u mħaddma
eklusivament għas-servizz tal-Gvern) ċertifikat
iffirmat minn uffiċjal responsabbli bħal Formula
Ċ kif tidher fl-Iskeda;
(ii) fil-każ meta vettura bil-mutur tkun waħda jew
aktar minn għaxar vetturi bil-mutur li sidhom
hija l-istess persuna li għalihom ikollha polza
jew poloz maħruġa mill-istess assiguratur,
dikjarazzjoni awtentikata kif imiss mill-
assiguratur fejn juri illi fid-data meta l-liċenza
tibda sseħħ polza, skond ma teħtieġ l-Ordinanza
tkun fis-seħħ dwar il-vettura bil-mutur;
(iii) fil-każ ta’ vetturi bil-mutur intiżi sabiex jiġu
użati biss għalbiex jingħataw b’kiri u jinsaqu
mill-persuna li tikri il-vettura bil-mutur jew
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ L.S.104.01 3
minn persuni taħt il-kontroll tagħha,
dikjarazzjoni bħal Formula D ta’ l-Iskeda.
Ċertifikat ittimbrat 
mill-Kummissarju.
8. (1) Meta taħt id-disposizzjonjiet tar-regolament 7,
ċertifikat iffirmat minn uffiċjal responsabbli fuq il-Formula Ċ ta’ l-
Iskeda jkun miġjub lill-Kummissarju, l-Kummissarju jindika fuqu
permezz ta’ timbru tal-lastiku jew xi oġġett ieħor bħalu, jew bil-
kitba, illi huwa ra dan iċ-ċertifikat.
(2) Meta xi persuna li tkun qiegħda ssuq fi triq xi vettura bil-
mutur li għaliha jgħodd l-artikolu 3(4)(a) ta’ l-Ordinanza tkun
mitluba minn xi membru tal-Forza tal-Pulizija skond l-artikolu 8 ta’
l-Ordinanza biex tipproduċi ic-ċertfikat tas-sigurtà  tagħha, hija
għandha tipproduċi minfloku ċ-ċertifikat imsemmi qabel (jiġifieri
ċ-ċertifikat bħall-Formula Ċ ta’ l-Iskeda).
(3) Kull ċertifikat bħal dan għandu jinqered mill-uffiċjal
responsabbli qabel ma l-vettura bil-mutur li għandha x’taqsam
miegħu tinbiegħ jew inkella jiddisponu minnha mod ieħor.
Record taċ-
ċertifikati.
9. (1) Kull assiguratur illi jkun ħareġ polza għandu jżomm
record taċ-ċertifikati kollha li jinħarġu għal dan l-iskop u tal-
partikolaritajiet relativi -
(a) l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna li għaliha tkun
ħarġet il-polza;
(b) fil-każ ta’ polza illi għandha x’taqsam ma’ vettura bil-
mutur speċifika, in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-
vettura bil-mutur;
(ċ) id-data li fiha l-polza tibda sseħħ u data meta tagħlaq;
(d) il-kundizzjonijiet illi huma soġġetti għalihom il-
persuni jew klassijiet ta’ persuni speċifikati fil-polza
sabiex ikunu identifikati.
Dawn ir-records għandhom jinżammu għal perijodu ta’
sena wara li tagħlaq il-polza.
(2) Kull uffiċjal responsabbli għandu jżomm record tal- vetturi
bil-mutur tal-Gvern li dwarhom ma nħarġitx polza, u ta’ xi
ċertifikati maħruġa minnu skond dawn ir-Regolamenti għal dawn
il-vetturi bil-mutur, u ta’ meta jiġu rtirati jew inqerdu ċ-ċertifikati.
(3) Kull assiguratur illi għandu jżomm records ta’ dokumenti
meħtieġa skond dawn ir-Regolamenti għandu jagħti mingħajr ħlas
lill-Kummissarju tal-Pulizija, meta jkun mitlub, il-partikolaritajiet
kollha relativi.
(4) F’dan ir-regolament il-kelma "polza" tinkludi cover note.
Avviz lill-
Kummissarju.
10. Meta assiguratur jaf illi polza jew cover note li nħarġet
minnu ma tibqax effettiva mingħajr il-kunsens tal-persuna li
għaliha kienet inħarġet jekk mhux għax għadda ż-żmien jew inkella
minħabba l-mewt tagħha, l-assiguratur għandu minnufih javża lill-
Kummissarju bid-data ta’ meta l-polza jew cover note ma baqgħetx
effettiva.
Cover note 
trasferita, sospiża 
jew li ma tibqax 
effettiva.
11. (1) Meta bil-kunsens ta’ persuna li għaliha tkun inħarġet
polza jew cover note tkun trasferita jew sospiża jew ma tibqax
effettiva jekk mhux minħabba li għadda ż-żmien, dik il-persuna
4 L.S.104.01 ħ
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI
għandha minnufih tagħti lura kull ċertifikat tas-sigurtà  lill-
assiguratur li minnu kienu nħarġu u polza ġdida jew cover note ma
għandhomx jinħarġu lil dik il-persuna, l-anqas ma għandha din il-
polza jew cover note tkun trasferita lil xi persuna oħra, jekk u
sakemm iċ-ċertifikati jiġu mogħtija lura lill-assiguratur, jew dan
ikun soddisfatt illi huma ntilfu jew inqerdu.
(2) Meta xi assiguratur li minn għandu kien inħareġ xi
ċertifikat ta’ sigurtà  jidhirlu li ċ-ċertifikat imbarax jew tħassar
inkella ntilef jew inqered, huwa għandu jekk ikun mitlub biex
jagħmel hekk mill-persuna li għaliha kien inħareġ iċ-ċertifikat,
joħroġ għaliha ċertifikat ġdid, iżda fil-każ ta’ ċertifikat li mbarax
jew tħassar, iċ-ċertifikat ġdid ma għandux jinħareġ jekk u sakemm
iċ-ċertifikat imħassar jew mibrux ma jiġix mogħti lura lill-
assiguratur.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament l-ebda assiguratur ma
għandu jkun soddisfatt illi ċertifikat intilef jew inqered jekk il-
persuna li għaliha kienet inħarġet polza jew cover note tagħmel u
tikkonsenja lill-assiguratur dikjarazzjoni bil-ġurament fejn
tiddikjara li ċ-ċertifikat intilef jew inqered b’dak il-mod.
Multa. 12. Jekk xi persuna taġixxi b’kontravvenzjoni ta’ jew tonqos li
tobdi dawn ir-Regolamenti hija għal kull reat tkun suġġetta għal
multa ta’ mhux iżjed minn għaxar liri.
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ L.S.104.01 5
SKEDASostitwita:
A.L. 6 ta’ l-1985.
FORMULA A
ĊERTIFIKAT TA’ ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURA
BIL-MUTUR
Isem l-assigurat Numru tal-Polza
Numru taċ-Ċertifikat
Data meta tibda l-assigurazzjoni fi a.m./
p.m.
Data meta tagħlaq
Isem tad-detentur tal-polza
Indirizz
Numru tad-dokument ta’ l-identità JEW Nru. tal-Passaport Post u Data meta nħareġ
VETTURA BIL-MUTUR
Nru. ta’ Reġistrazzjoni Għamla Sena tal-manifattura
Nru. tal-Makna Tip tal-Body Kemm tesa’ bilqiegħda
Nru. tax-Chassis Makna c.c Kulur
Limitazzjonijiet għall-użu (*)
Aħna niċċertifikaw li l-Polza ta’ Sigurtà  li
tkopri r-responsabbiltajiet li għandhom ikunu
assigurati skond l-Ordinanza dwar l-
Assikurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-
Riskji ta’ Terzi Persuni inħarġet kif intqal
hawn fuq.
(*) Limitazzjonijiet li jiġu bla effet bl-artikolu
12 ta’ l-imsemmija Ordinanza m’għandhomx
jissemmew.
6 L.S.104.01 ħ
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR 
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI
FORMULA B
ĊERTIFIKAT TA’ SIGURTÀ
Niċċertifikaw illi din il-cover note inħarġet skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza u r-Regolamenti dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji
ta’ Terzi Persuni.
...........................................
Assiguratur Awtorizzat
FORMULA Ċ
ĊERTIFIKAT TA’ PROPRJETÀ  TAL-GVERN TA’ MALTA
Niċċertifika illi l-vettura li n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha huwa .......................
hija proprjetà  tal-Gvern ta’ Malta u qiegħdha taħt il-kontroll ta’ *..................... u hi
użata u mħaddma esklużivament għas-servizz tal-Gvern.
............................................
Firma u Uffiċċju
ta’ l-Uffiċjal Responsabbli
*  L-isem tad-dipartiment jew (fil-każ ta’ vetturi tal-Forzi Armati) l-unità  jew il-fergħa tas-
servizz li tkun.
FORMULA D 
Niddikjara illi jiena naf x’jgħidu d-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-
Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni u illi jiena
mgħarraf li jekk nippermetti lill-vettura bil-mutur fuq imsemmija li tiġi wżata fi triq
mingħajr polza ta’ sigurtà  dwar riskji ta’ terzi persuni skond ma titlob l-Ordinanza,
jiena inkun suġġett għal pieni preskritti fl-Ordinanza. Barra minn dan jiena
nirrealizza illi kull kontravenzjoni minni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza jew
tar-regolamenti jistgħu jġibu, barra minn pieni oħra, is-sospensjoni jew it-taħsir tal-
liċenza mogħtija lili għan-negozju tal-kiri ta’ vetturi bil-mutur.
Solennement niddikjara illi ma nippermettix il-vettura bil-mutur fuq imsemmija li
tiġi użata b’kontravvenzjoni ta’ l-imsemmija Ordinanza u Regolamenti.
............................................
Firma ta’ min japplika għal liċenza
