KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 111.01
SKEMA DWAR IL-KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI 
JIĠRU LILL-PAJŻANI
8 ta’ Ġunju, 1941
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 372 ta’ l-1941, kif emendat bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 393 ta’ l-1941, 465 ta’ l-1942 u 391 ta’ l-1944;
bl-Ordinanza XXXII ta’ l-1946; bin-Notifikazzjonijiet tal-Gvern 424 ta’ l-
1946 u 284 ta’ l-1948; bl-Atti III ta’ l-1955, XXXVIII ta’ l-1965, X ta’ l-
1971, XXXVI ta’ l-1973, XXIX ta’ l-1974 u XLV ta’ l-1975; u bl-Avviżi
Legali 49 ta’ l-1976, 32 u 145 ta’ l-1977, 115 ta’ l-1981, 3 ta’ l-1987, 19 ta’
l-1991 u 194 ta’ l-1999.
TAQSIMA I
Ġenerali
Titolu.
fil-Persuna li jiġru lill-Pajżani.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944.
Kap. 111.
2. (1) F’dan l-Iskema il-kliem li ġej għandu t-tifsir li ġej:
l-"Ordinanza" jfisser l-Ordinanza dwar il-Korrimenti (Liġi ta’
Emerġenza);
"apprendist" ifisser persuna li tkun għalqet l-erbatax-il sena, iżda
tkun għadha ma laħqitx l-erbgħa u għoxrin sena u illi, fil-waqt li ma
tkunx qed taħdem bi qligħ, tkun qiegħdha titħarreġ f’xi sengħa,
negozju, professjoni, uffiċċju, impieg jew vokazzjoni;
"għaqda ta’ difiża ċivili" ifisser għaqda li hi msemmija fl-
artikolu 3 ta’ dan l-Iskema bħala għaqda ta’ difiża ċivili għall-
iskopijiet ta’ l-Ordinanza, u ta’ din l-Iskema;
"ħaddiem tad-difiża ċivili" dwar dak li hu korriment, ifisser
persuna ċċertifikata minn uffiċjal responsabbli ta’ għaqda ta’ difiża
ċivili li kienet membru ta’ dik l-għaqda fiż-żmien li jiġri l-
korriment;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat maħtur mill-President ta’ Malta
sabiex jamministra l-Iskema;
"disabilità " ifisser telf tal-ħila fiżika jew tal-moħħ;
"grad ta’ disabilità " fit-Taqsima III ifisser grad ta’ disabiltà  kif
stabbilit u ċċertifikat skond l-artikolu 5 ta’ din l-Iskema;
"minuri dipendenti", dwar persuna li korriet, tfisser kull minuri,
imwieled f’xi żmien mhux wara li jkunu għaddew tliet mitt jum
wara l-jum (f’dan il-paragrafu msejjaħ "il-jum li jgħodd") li fih dak
il-korriment ikun ġara, li tkun għadha ma għalqitx l-erbatax-il sena
u illi, jekk mwielda qabel il-jum li jgħodd, kienet f’dak il-jum jew
tgħammar mal-persuna li tkorri jew kienet għal kollox jew l-aktar
mantnuta mill-persuna li tkorri, u illi tkun -
(a) minuri leġittimu tal-persuna li tkorri; jew 
(b) minuri tal-persuna li tkorri li kienet ġiet leġittimata
qabel il-jum li jgħodd;
2 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
(ċ) meta l-persuna li tkorri jkun raġel, minuri ta’
ħaddieħor li ommu armla tkun iżżewġet il-persuna li
tkorri qabel il-jum li jgħodd; jew
(d) minuri adottat kif tgħid il-liġi qabel il-jum li jgħodd.
Iżda meta minuri illi -
(aa) kien fil-jum li jgħodd għalaq l-erbatax-il sena u
kien f’dak il-jum minuri li kien qed jirċievi il-
ħin kollu tagħlim fi skola; jew
(bb) ikun, fil-jum li fih hu jagħlaq erbatax-il sena,
minuri li jkun qed jirċievi tagħlim fi skola,
jista’ jiġi meqjus, għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, bħala minuri li
jkun għadu ma għalaqx l-erbatax-il sena sal-jum li fih huwa ma
jibqax minuri li jirċievi dak it-tagħlim jew inkella sal-wieħed u
tletin ta’ Lulju li jaħbat wara l-jum li fih huwa jagħlaq sittax-il
sena, liema jkun l-eqreb jum;
"persuna li taħdem bi qligħ" ifisser persuna li tkun qed taħdem
f’xi sengħa, negozju, professjoni, uffiċċju, impieg jew vokazzjoni u
tkun għal kollox jew għall-biċċa l-kbira tiddependi minn dak ix-
xogħol għall-għajxien, jew persuna illi, għalkemm għal xi żmien
tkun qiegħdha, normalment tkun qed taħdem;
"korriment li jista’ jkun ikkumpensat fuq l-ogħla grad" ifisser
korriment illi jkun -
(a) korriment ta’ servizz tal-gwerra li jiġri lill-ħaddiem
tad-difiża ċivili; jew 
(b) korriment tal-gerra li jiġri lill-persuna li taħdem bi
qligħ;
"żmien ta’ l-emerġenza li ninsabu fiha" jfisser iż-żmien li beda
fit-tielet jum ta’ Settembru, 1939, u li jintemm f’dak il-jum illi l-
President ta’ Malta ixandar li hu t-tmiem ta’ din l-emerġenza;
"jippreskrivi" ifisser il-President ta’ Malta jippreskrivi
b’regolamenti magħmulin skond l-Ordinanza għall-iskop ta’ din l-
Iskema;
"flus pubbliċi" ifisser flejjes maħruġin mill-Gvern ta’ Malta jew
mill-Gvern Ingliż tal-Maestà  Tagħha;
"korriment li jikkwalifika", dwar persuna ifisser korriment li
tbati dik il-persuna u li minħabba fih jista’ jiġi fissat kumpens
skond din l-Iskema;
"korriment li jikkwalifika u li għandu x’jaqsam", dwar kumpens
iffissat ta’ allowance lill-mara ta’ persuna jew għaliha jew ta’
pensjoni lill-armla ta’ persuna, ifisser korriment li jikkwalifika u li
jiġri lil dik il-persuna wara li tkun iżżewwġet lil dik il-mara jew
armla, u, dwar kumpens iffissat ta’ allowance dwar, jew pensjoni
lil, minuri dipendenti ta’ persuna, ifisser korriment li jikkwalifika u
li jiġri lil dik il-persuna li dwaru dak il-minuri jaqa’ taħt il-
kategorija għall-iskop ta’ din l-Iskema bħala minuri dipendenti ta’
dik il-persuna;
"student" ifisser persuna illi tkun għalqet erbatax-il sena iżda
tkun għadha ma għalqitx erbgħa u għoxrin sena u li tkun qed
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 3
tirċievi tagħlim il-ħin kollu f’università , kulleġġ, skola jew xi
istitut ieħor ta’ tagħlim;
"korriment tal-gwerra" ifisser korriment fiżiku li sar minħabba -
(a) li persuna tintlaqat b’xi ħaġa wkoll jekk ikun likwidu
jew gas; jew
(b) l-użu ta’ xi arma, esplożiv jew xi haġ’oħra li tagħmel
ħsara; jew
(ċ) kull azzjoni li tagħmel ħsara;
sew mill-għadu jew fit-taqbida ma l-għadu jew waqt attakk,
anki suspettat, ta’ l-għadu; jew
(d) li persuna tintlaqat minn xi biċċa ta’ l-ajru kemm ta’ l-
għadu u kemm tal-Maestà  Tagħha jew ta’ l-allejati
tagħha, kif ukoll dak li jaqa’ minn dawn l-inġenji;
"korriment ta’ servizz tal-gwerra", dwar ħaddiem tad-difiża
ċivili, ifisser kull korriment fiżiku illi l-Kumitat jiċċertifika li huwa
sodisfatt li ġara minħabba u fil-kors ta’ l-egħmil ta’ dmirijietu
bħala wieħed mill-għaqda ta’ difiża ċivili li huwa kien fiha fiż-
żmien meta ġara l-korriment u li kien jew korriment tal-gwerra jew
korriment li ġara direttament jew indirettament minn
kundizzjonijiet ġejjin minn attakk ta’ l-għadu mill-ajru jew attakk
ieħor u li ġara fil-ħidma tax-xogħol li fih ir-risku ta’ korriment kien
żdied bil-bosta minħabba attakk ta’ l-għadu mill-ajru jew attakk
ieħor, jew warajhom.
(2) Għall-iskopijiet ta’ din l-Iskema persuna titqies li ma
għandhiex ħila li żżomm lilha nnifisha biss jekk hija qed tbati minn
xi nuqqas fiżiku jew mentali għal tul ħajjitha jew għal żmien twil u
b’hekk hija titlef il-ħila li żżomm lilha nnifisha.
(3) Għall-iskopijiet ta’ din l-Iskema disabilità  li nġiebet minn
korriment li jikkwalifika jew minn tnejn jew iżjed minn dawn il-
korrimenti li jikkwalifikaw titqies bħala serja u mtawla biss jekk
tiġi miżmuma u ċċertifikata skond l-artikolu 5 ta’ din l-Iskema li hi
ta’ grad ta’ mhux inqas minn għoxrin fil-mija, jew illi kieku setgħet
ġiet hekk miżmuma u ċċertifikata ħlief għal xi ħaġa kif hemm
imsemmi fis-subartikolu (3) ta’ dak l-artikolu.
(4) Min ikun f’xi żmien miżmum għal xi raġuni milli għal
kollox jew kważi jgħajjex minuri jew li jgħin kemm hu xieraq għal
għajxien ta’ martu jista’ jekk il-Kumitat jidhirlu xieraq, billi jqis
iċ-ċirkostanzi tal-każ, jiġi meqjus għall-iskop ta’ l-Iskema
daqslikieku kien f’dak il-jum għal kollox jew kważi qed iżomm dak
il-minuri jew jgħinu safejn hu xieraq għall-għajxien ta’ martu.
Għaqdiet ta’ difiża 
ċivili għall-
iskopijiet ta’ l-
Ordinanza u l-
Iskema.
3. Kull għaqda mwaqqfa f’dawn il-Gżejjer għall-għan ta’
difiża ċivili li hi miġjuba jew imsemmija fl-Iskeda li hemm ma’ din
l-Iskema tkun għaqda ta’ difiża ċivili għall-għan ta’ l-Ordinanza u
ta’ l-Iskema.
Korrimenti li 
għalihom jista’ 
jingħata l-kumpens 
taħt l-Iskema.
4. Benefiċċju mogħti skond l-Iskema jista’ jsir dwar xi
korriment li jiġri fiż-żmien li ddum din l-emerġenza illi -
(a) ikun korriment ta’ servizz tal-gwerra li jiġri lill-
ħaddiem tad-difiża ċivili; jew
4 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
(b) ikun korriment tal-gwerra li jiġri lill-persuna li taħdem
bi qligħ; jew
(ċ) filwaqt li ma jkunx korriment kif imsemmi hawn fuq,
ikun korriment tal-gwerra li jiġri lill-persuna li tkun
jew għalqet erbatax-il sena fil-jum tal-korriment jew
tkun għalqithom wara dak inhar.
Aċċertament ta’ 
grad ta’ disabilità .
5. (1) Il-grad ta’ disabilità  kkawżata lill-persuna minn
korriment li jikkwalifika jew minn xi tnejn, jew iżjed, minn dawn
il-korrimenti li jikkwalifikaw jiġi stabbilit u ċċertifikat skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu minn tabib jew bord ta’
tobba maħturin jew magħrufin mill-Kumitat bl-approvazzjoni tal-
President ta’ Malta, għal dak l-iskop.
(2) Il-grad ta’ disabilità  li tkun batiet persuna minn korriment
jew korriment li jikkwalifika jiġi stabbilit billi jsir paragun bejn il-
kundizzjoni ta’ disabilità  li tkun ġrat lil din il-persuna b’dak il-
korriment jew l-effetti kumulattivi ta’ dawk il-korrimenti u l-
kundizzjoni ta’ persuna normalment f’saħħitha u ta’ l-istess età  u
sess mingħajr ma titqies il-ħila ta’ qligħ tal-persuna disabilitata
għax-xogħol, u hekk illi l-grad li għalih dik il-kundizzjoni ta’
disabilità  ġiet aggravata minn fatturi individwali jew ċirkostanzi
barranin ma jidħolx fil-grad li għalih dik id-disabilità  ġiet
stabbilita.
(3) Meta persuna li l-grad tagħha ta’ disabilità  għandu jiġi
stabbilit tkun ingħatatilha pensjoni jew benefiċċju ieħor minn flus
pubbliċi (u li ma tkunx pensjoni mogħtija skond din l-Iskema) dwar
xi disabilità  oħra li hija tkun batiet, dak il-grad ta’ disabilità  jiġi
stabbilit skond kif jistabbilixxi l-Kumitat sabiex jiġi żgurat li meta
tiġi stabbilita dik id-disabilità  din tikkunsidra d-disabilità  l-oħra
skond ma jkun stabbilixxa l-Kumitat.
(4) Il-grad ta’ disabilità  stabbilit taħt dan l-artikolu jiġi
ċċertifikat permezz ta’ perċentaġġ, hekk illi d-disabilità  għal kollox
tkun tidher b’mija fil-mija, u grad inqas ta’ disabilità  jkun jidher
b’dak il-perċentaġġ iżgħar illi, billi hu multiplu ta’ għaxra, għandu
mal-mija fil-mija l-istess proporzjon bħal ma dak il-grad iżgħar ta’
disabilità  għandu mad-disabilità  għal kollox.
TAQSIMA II
Allowance tal-Korrimenti
Skop ta’ din it-
Taqsima.
6. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskema
għandhom jipprovdu sabiex il-Kumitat ikun jista’ jagħmel, skond
dik it-direzzjoni illi minn żmien għal ieħor jidhirlu li l-aktar taqbel
għall-iskop li jsiru ħlasijiet temporanji jew favur xi persuni li jkunu
ġrawlhom xi korrimenti li jikkwalifikaw.
(2) Ebda deċiżjoni tal-Kumitat fuq talba magħmula skond din
it-Taqsima ta’ din l-Iskema dwar korriment ma titqies li
tippreġudika jew tolqot xi deċiżjoni li hu jkollu jagħmel dwar
korriment skond it-Taqsima III ta’ din l-Iskema.
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 5
Iffissar ta’ 
allowances għal 
korrimenti.
Emendat:
N.G. 393 ta’ l-
1941.
7. Meta korriment li jikkwalifika jikkaġuna li l-persuna ma
tistax taħdem għal żmien ta’ mhux inqas minn sebat ijiem wara
xulxin, dik il-persuna jkollha l-jedd li tingħatalha allowance tal-
korriment skond dak li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ din l-Iskema:
Iżda allowance tal-korriment ma tingħatax dwar korriment
li jiġri lil xi persuna -
(a) jekk, fil-jum ta’ dak il-korriment, dik il-persuna kienet
membru ta’ xi waħda mill-qawwiet armati tal-Kuruna,
jew persuna li taħdem fin-nursing service jew xi
servizz ieħor awżiljarju ta’ xi waħda minn dawk il-
qawwiet, u kienet meħtieġa li tagħmel servizz il-ħin
kollu bħala membru jew impjegata; jew
(b) jekk, fil-jum ta’ dak il-korriment, dik il-persuna kienet
membru ta’ xi waħda mill-qawwiet tal-Kuruna, jew
persuna li taħdem fin-nursing service jew xi servizz
ieħor awżiljarju ta’ xi waħda minn dawk il-qawwiet, u
ma kenitx meħtieġa li tagħmel servizz il-ħin kollu
bħala membru jew impjegata, u dak il-korriment kien
direttament ġej mis-servizz tagħha bħala membru jew
impjegata; jew
(ċ) jekk, dak inhar li jiġri l-korriment, dik il-persuna
kienet impjegata ċivili ta’ xi waħda mill-qawwiet tal-
Kuruna, u dak il-korriment kien ġej direttament mis-
servizz tagħha bħala persuna impjegata; jew
(d) jekk jista’ jingħata kumpens lil dik il-persuna dwar
dak il-korriment bis-saħħa ta’ skema skond il-Pensions
(Navy, Army, Air Force and Mercantile Marine) Act,
1939, jew skond xi skema tan-Navy, Army, Air Force u
Mercantile  Marine, kif adottat jew magħmul għal
dawn il-Gżejjer.
Ebda ħaġa f’dan il-proviso ma tneħħi l-jedd għall-
benefiċċju ta’ allowance tal-korriment lil xi impjegat pajżan tal-
qawwiet armati tal-Kuruna, dwar xi korriment tal-gwerra li jiġirilu
fil-waqt li ma jkunx qed jaqdi dmiru, iżda illi ebda impjegat pajżan
ma jista’ f’ħin wieħed ikollu l-jedd tal-benefiċċji taħt din l-Iskema
u għal xi benefiċċju tas-Servizz dwar dak il-korriment.
Kundizzjonijiet ta’ 
ħlas ta’ allowances 
tal-korriment.
8. (1) Kull allowance ta’ korriment għandha titħallas biss
sakemm il-persuna li lilha tkun ingħatat tibqa’ li ma tistax taħdem
minħabba l-korriment li dwaru tkun ġiet mogħtija u, kemm-il darba
l-Kumitat fiċ-ċirkostanzi ta’ xi każ partikolari ma jaqtax xort’oħra,
titħallas biss għal sitta u għoxrin ġimgħa li jibdew jgħoddu meta ma
tkunx tista’ taħdem.
(2) Allowance ta’ korriment mogħtija lil persuna ma titħallasx
dwar xi żmien li dwaru pensjoni mogħtija lil dik il-persuna skond l-
artikolu 11 ta’ din l-Iskema kienet tħallset jew għad titħallas.
(3) Allowance ta’ korriment għandha titħallas fil-ġimgħa jew
f’intervalli ta’ żmien illi l-Kumitat jordna.
6 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Rati ta’ allowances 
ta’ korrimenti.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
III. 1955.3.
9. (1) Allowance ta’ korriment mogħtija lill-persuna għandha
titħallas skond ir-rati ta’ kull ġimgħa speċifikati fit-Tabella li tinsab
fl-aħħar ta’ dan l-artikolu skond il-kwalità  ta’ korriment li jiġri lil
dik il-persuna u li tkun minn żmien għal ieħor xierqa fil-każ ta’ dik
il-persuna.
(2) Meta persuna li lilha tkun ingħatat allowance tal-korriment
li ma jkunx korriment li jista’ jiġi kkumpensat fuq l-ogħla grad,
tkun armla li tinżamm fl-isptar u illi kienet, dakinhar, iżżomm
f’darha u tgħajjex minuri tagħha dipendenti dik l-allowance tal-
korriment tista’ titħallas bir-rata li kienet tkun xierqa li kieku dik l-
armla ma kenitx qiegħda fl-isptar.
(3) Meta raġel li lilu tkun ingħatat allowance tal-korriment
ikun miżżewweġ u dik il-persuna -
(a) tkun iżżewwġet wara dakinhar meta jkun ġara l-
korriment li dwaru dik l-allowance tal-korriment tkun
ingħatat; jew
(b) ma kienx f’dak il-jum, jew mhux, igħammar ma’ martu
jew raġjonevolment jikkontribwixxi għall-għajxien
tagħha,
dik il-persuna tkun, għall-iskopijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu u tat-Tabella li tinsab fl-aħħar ta’ dan l-artikolu, meqjusa
daqslikieku ma kienetx miżżewwġa.
(4) Meta persuna li lilha tkun ingħatat allowance tal-korriment
ma tkunx għalqet it-tmintax-il sena, dik l-allowance tal-korriment
għandha, kemm-il darba hija ma tkunx miżżewwġa fil-jum li fih
ġara l-korriment li dwaru kienet ingħatat lilha, titħallas sakemm
hija tagħlaq it-tmintax-il sena b’nofs ir-rata illi kienet tkun tixraq
fil-każ tagħha.
(5) F’dan l-artikolu u fit-Tabella li tinsab fl-aħħar tiegħu, "fl-
isptar" ifisser fl-isptar bħala marid sabiex jkollu kura għal xi
korriment li jikkwalifika.
TABELLA
Rati fil-ġimgħa ta’ allowances tal-korriment
Korriment
Raġel miżżewweġ Raġel mhux miżżewweġ Nisa
Mhux fl-
isptar Fl-isptar
Mhux fl-
isptar Fl-isptar
Mhux fl-
isptar Fl-isptar
Korrimenti 
li jistgħu 
jkunu 
kkompen-
sati fuq l-
ogħla grad 200ċ 200ċ 160ċ 104ċ2 110ċ 65ċ8
Korrimenti 
oħra 120ċ 60ċ 95ċ8 47ċ9 69ċ2 39ċ6
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 7
Żidiet fl-
allowances tal-
korrimenti dwar 
minuri dipendenti.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
III. 1955.4.
10. (1) Meta xi persuna li lilha tkun ingħatat allowance tal-
korriment li jista’ jiġi kkumpensat bl-ogħla grad ikollha minuri
dipendenti, ir-rata ta’ dik l-allowance tal-korriment tista’ tiżdied
skond ma hemm fid-disposizzjonijiet li ġejjin.
(2) L-ammont fil-ġimgħa li bih ir-rata ta’ allowance tal-
korriment tista’ tiżdied ikun ħamsa u għoxrin ċenteżmu dwar l-
ewwel minuri, ħmistax-il ċenteżmu dwar it-tieni minuri u għaxar
ċenteżmi dwar kull minuri ieħor.
(3) Meta l-ħlas ta’ allowance tal-korriment ikun sar darba
b’rata miżjuda dwar minuri dipendenti, ħlas ta’ dik l-allowance
jibqa’ jsir b’dik ir-rata miżjuda biss sakemm il-minuri ikun joqgħod
mal-persuna li lilha dik l-allowance tal-korriment tkun ingħatat jew
dik il-persuna tkun qegħda tgħin safejn jixraq għall-għajxien tal-
minuri.
(4) Allowance tal-korriment mogħtija lil mara għandha
titħallas b’rata miżjuda dwar minuri tagħha dipendenti biss meta -
(a) hija ma tkunx qiegħda ddaħħal xi ħlas perjodiku dwar
il-minuri mingħand xi ħadd obbligat li jgħin għall-
għajxien ta’ dak il-minuri; u
(b) meta hija tkun mara miżżewġa li tgħix ma’ żewġha, u
żewġha ma jkollux ħila jżomm lilu nnifsu jew inkella
ma jkollux inqas minn sittin sena.
TAQSIMA III
Pensjonijiet u Allowances dwar Korrimenti li jġibu disabilità  serja 
u mtawwla jew mewt
Pensjonijiet lil 
persuni disabilitati.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
III. 1955.5;
XXXVIII. 1965.3;
X. 1971.3;
XXXVI. 1973.3;
XXIX. 1974.3;
XLV. 1975.4;
A.L. 19 ta’ l-1991;
A.L. 194 ta’ l-
1999.
11. (1) Meta korriment li jikkwalifika li jiġri lil xi persuna
ikun qed iġibilha disabilità  serja u perdurata, lil dik il-persuna tista’
tingħatalha skond dan l-artikolu pensjoni skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
(2) Pensjoni skond dan l-artikolu dwar korriment tkun bir-rata
fil-ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) meta l-grad ta’ disabilità  miġjuba b’dak il-korriment
ikun mija fil-mija l-ogħla rata, jew
(b) meta l-grad ta’ disabilità  li tiġri minħabba dak il-
korriment ikun inqas minn mija fil-mija, ir-rata li
jkollha, għall-aqwa rata, l-istess proporzjoni
daqskemm il-grad ta’ disabilità  li ġejja minn dak il-
korriment ikollu għal mija fil-mija, jew ir-rata ta’
tmien ċenteżmi u tliet milleżmi, liema jkun l-ogħla
ammont:
Iżda fil-każ li l-benefiċjarju jkun qiegħed jirċievi pensjoni
akbar li tkun teċċedi l-ammont provdut fil-paragrafu (b) ta’ dan l-
artikolu, huwa għandu jibqa’ jirċievi dik ir-rata ta’ pensjoni akbar.
(3) Meta xi persuna li lilha ingħatat pensjoni jew tista’
tingħatalha skond dan l-artikolu dwar xi korriment tkun persuna li
lilha pensjoni, jew li dwarha allowance għandha titħallas mill-flus
tal-kaxxa pubblika dwar il-mewt ta’ xi ħadd (li ma tkunx pensjoni
jew allowance li titħallas biss f’każijiet ta’ bżonn) ir-rata fil-
ġimgħa tal-pensjoni skond dan l-artikolu ma għandhiex tkun aktar -
8 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
(a) meta l-grad ta’ disabilità  li tiġri minħabba dak il-
korriment ikun mija fil-mija, ir-rata li wieħed jasal
għaliha billi wieħed inaqqas mill-ogħla rata xierqa
somma daqs żewġ terzi tar-rata fil-ġimgħa tal-pensjoni
jew allowance li għandha titħallas mill-flus pubbliċi;
jew
(b) meta l-grad ta’ disabilità  li tiġri minħabba dak il-
korriment ikun inqas minn mija fil-mija, ir-rata li
jkollha mar-rata kkalkolata skond il-paragrafu (a) ta’
dan is-subartikolu l-istess proporzjon bħal ma l-grad
ta’ disabilità  li tiġri b’dak il-korriment ikollu mal-mija
fil-mija:
Iżda meta r-rata fil-ġimgħa ta’ pensjoni kkalkolata skond
id-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan is-subartikolu tkun inqas
minn tmien ċenteżmi u tliet milleżmi, ir-rata fil-ġimgħa ta’ dik il-
pensjoni għandha tkun ta’ tmien ċenteżmi u tliet milleżmi.
(4) F’dan l-artikolu l-kelmiet "l-ogħla rata", dwar pensjoni li
tista’ tingħata lil persuna taħt dan l-artikolu, ifissru liema mir-rati
fil-ġimgħa msemmijin fit-Tabella li tinsab fl-aħħar ta’ dan l-
artikolu dwar ix-xorta ta’ korriment li jiġri lil dik il-persuna tkun
minn żmien għal ieħor tgħodd fil-każ ta’ dik il-persuna;
Iżda, għall-iskopijiet ta’ dik it-Tabella -
(a) meta korriment li jikkwalifika li ma jkunx korriment li
jista’ jkun ikkumpensat fuq l-ogħla grad jiġri lill-
persuna qabel ma tagħlaq erbatax-il sena, jew fi żmien
meta hija kienet student jew apprendist, dak il-
korriment għandu jitqies bħallikieku kien korriment li
jista’ jiġi kkumpensat fuq l-ogħla grad kemm-il darba
dik il-persuna ma kienitx minnufih qabel ma korriet,
tbati minn xi nuqqas fiżiku jew mentali b’mod illi ma
jkun hemm ebda probabilità  li hija qatt ma tkun tista’
iżjed taqla’ l-għajxien tagħha; u
(b) persuna illi kienet miżżewwġa fil-jum li fih ġara l-
korriment li jikkwalifika li dwaru pensjoni skond dan
l-artikolu tingħata, għandha, għalkemm tkun għad ma
għalqietx it-tmintax-il sena, tiġi trattata bħallikieku
hija għalqet dik l-età .
(5) Ma tingħatax pensjoni dwar korriment li ma jistax ikun
ikkumpensat fuq l-ogħla grad, ħlief fil-każ ta’ bżonn.
TABELLA
Kap. 318.
L-ogħla rata fil-ġimgħa ta’ pensjoni għal disabilità  ta’ mija fil-mija 
għandha tkun skond ir-rata li tapplika għall-Ogħla Rata ta’ Pensjoni 
għal Korriment fit-Taqsima III tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Att 
dwar is-Sigurtà  Soċjali
Iżda mill-14 ta’ April, 1975, kull rata ta’ pensjoni skond
dan l-artikolu għandha tiżdied b’disgħin ċenteżmu fil-ġimgħa.
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 9
Allowances lil 
persuni disabilitati 
dwar in-nisa 
tagħhom.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
III. 1955.6;
XXXVIII. 1965.4;
X. 1971.4;
XXXVI. 1973.4;
XXIX. 1974.4;
XLV. 1975.5;
A.L. 49 ta’ l-1976;
A.L. 32 ta’ l-1977;
A.L. 145 ta’ l-
1977;
A.L. 115 ta’ l-
1981;
A.L. 3 ta’ l-1987.
12. (1) Meta korriment li dwaru pensjoni tista’ tingħata taħt l-
artikolu 11 ikun korriment li jikkwalifika u li jista’ jkun
ikkumpensat fuq l-ogħla grad u l-persuna li ġrala l-korriment
ikollha martu, tista’ skond dan l-artikolu dwar dak il-korriment
tingħata allowance dwar dik il-mara skond id-disposizzjonijiet li
ġejjin f’dan l-artikolu.
(2) Meta l-persuna li tkorri tkun toqgħod mal-mara, allowance
tista’ tingħatalha b’rata fil-ġimgħa mhux iżjed mis-somma li
jkollha mas-somma ta’ erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu l-istess
proporzjon bħal ma l-grad ta’ disabilità  li tiġri b’dak il-korriment
ikollu mal-mija fil-mija.
(3) Meta l-persuna li tkorri ma tkunx toqgħod mal-mara,
allowance tista’ tingħata lilha jew lil martu kif il-Kumitat
jiddeċiedi b’dik ir-rata (li ma tkunx aktar mir-rata kkalkolata skond
is-subartikolu (2)) kif il-Kumitat jidhirlu xieraq:
Iżda, kemm-il darba l-Kumitat fiċ-ċirkostanzi speċjali ta’
xi każ partikolari ma jordnax xort’oħra, allowance ma tingħatax
kemm-il darba l-persuna li tkorri tkun qiedha raġjonevolment tgħin
għall-għajxien tal-mara tagħha.
Allowances lil 
persuni disabilitati 
dwar minuri 
dipendenti.
Emendat:
III. 1955.7;
XXXVIII. 1965.5;
X. 1971.5.
13. (1) Meta korriment li dwaru pensjoni tista’ tingħata skond
l-artikolu 11 ta’ din l-Iskema jkun korriment li jikkwalifika u li
jista’ jiġi kkumpensat fuq l-ogħla grad u l-persuna li tkorri jkollha
minuri, dik il-persuna tista’ tingħatalha dwar dak il-korriment
allowance dwar dak il-minuri skond id-disposizzjonijiet li ġejjin
f’dan l-artikolu.
(2) Allowance skond dan l-artikolu dwar minuri dipendenti
tkun b’rata fil-ġimgħa ta’ mhux iżjed mis-somma li jkollha mar-
rata xierqa fil-ġimgħa speċifikata fit-Tabella li tinsab fl-aħħar ta’
dan l-artikolu l-istess proporzjon bħal ma l-grad ta’ disabilità
kkaġunata mill-korriment li jikkwalifika u jkollu mal-mija fil-mija.
(3) Allowance skond dan l-artikolu dwar minuri dipendenti ta’
mara miżżewġa li toqgħod ma żewġha ma tingħatalhiex kemm-il
darba żewġha ikun nieqes mill-flus u jew bla ħila li jżomm lilu
nnifsu jew inkella ma jkollux inqas minn sittin sena.
(4) Allowance taħt dan l-artikolu dwar minuri dipendenti ta’
armla jew ta’ mara miżżewġa li ma tkunx toqgħod ma’ żewġha
titnaqqas b’ammont li jkun daqs il-valur fil-ġimgħa ta’ xi ħlas
perjodiku li hija ddaħħal mingħand xi ħadd li jkollu d-dritt li jgħin
għall-għajxien ta’ dak il-minuri jew illi jkun raġjonevolment
prattikabbli għaliha li tikseb dik l-għajnuna mingħand xi ħadd.
(5) Meta l-valur fil-ġimgħa ta’ l-għajnuna li tkun qed issir
għall-għajxien tal-minuri minn persuna li lilha allowance dwar dak
il-minuri tkun inħarġet jew tista’ tingħata skond dan l-artikolu jkun
inqas mill-ammont ta’ dik l-allowance, dak l-ammont jista’
jitnaqqas b’ammont daqs dak tal-valur ta’ ġimgħa.
TABELLA
L-ogħla rati fil-ġimgħa ta’ allowances dwar minuri dipendenti
Deskrizzjoni tal-minuri L-ewwel minuri It-tieni minuri It-tielet minuri
Kull 
minuri 
ieħor
10 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Pensjonijiet lil 
romol ta’ persuni 
mejta.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
III. 1955.8;
XXXVIII. 1965.6;
X. 1971.6;
XXV. 1971.5;
XXXVI. 1973.5;
XXIX. 1974.5;
XLV. 1975.6;
A.L. 49 ta’ l-1976;
A.L. 32 ta’ l-1977;
A.L. 145 ta’ l-
1977;
A.L. 115 ta’ l-
1981;
A.L. 3 ta; l-1987.
14. (1) Meta persuna tmut bħala riżultat dirett ta’ korriment li
jikkwalifika u li jista’ jiġi kkumpensat fuq l-ogħla grad l-armla ta’
dik il-persuna tista’ tingħatatlha dwar dak il-korriment pensjoni
skond id-disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-artikolu.
(2) Il-pensjoni li tista’ tingħata lill-armla għandha tkun b’rata
fil-ġimgħa mhux iżjed minn -
(a) fil-każ meta hija tilħaq l-erbgħin sena, jew allowance
tkun tista’ tinħarġilha dwar minuri dipendenti ta’
żewġha taħt l-artikolu 15 ta’ din l-Iskema, jew hija ma
tkunx tiflaħ iżżomm lilha nfisha, erbatax-il lira u
ħamsin ċenteżmu;
(b) k’kull każ ieħor, erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu.
(3) Meta fid-data tal-mewt tal-mejjet l-armla kienet separata
minnu, pensjoni tista’ biss tingħatalha -
(a) jekk hija kellha l-jedd għal ħlasijiet perjodiċi
mingħandu skond ordni ta’ manteniment jew ta’
separazzjoni jew b’sentenza li tordna l-manteniment, u
kienet matul is-sitt xhur li jagħalqu dakinhar li jmut
jew f’xi żmien ieħor li l-Kumitat jista’ f’kull każ
speċjali jiddeċiedi, sew billi ddaħħal ħlasijiet li
għalihom hija kellha dak il-jedd billi tagħmel dak li hu
xieraq u meħtieġ ħalli tiksibhom; jew
(b) f’kull każ ieħor, jekk il-mejjet kien f’dak iż-żmien
qiegħed raġjonevolment jikkontribwixxi għall-
manteniment tagħha,
u r-rata ta’ pensjoni fil-ġimgħa għandha tkun dik illi l-Kumitat
jiddeċiedi, u li tkun rata fil-ġimgħa li ma tkunx aktar -
(i) fil-każ imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu, mir-rata (kalkolata fuq bażi ta’
ġimgħa) tal-ħlasijiet perjodiċi; jew
(ii) fil-każ imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu, mill-ammont medju fil-ġimgħa li l-
mejjet kien qed jagħti għall-manteniment ta’ l-
armla matul iż-żmien imsemmi f’dak il-
paragrafu,
u f’ebda każ ma tkun iżjed minn erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu.
(4) Għall-iskop ta’ dan l-artikolu, l-armla illi fil-jum tal-mewt
ta’ żewġha kienet mifruda minnu tista’ titqies bħallikieku ma
kienetx f’dak iż-żmien mifruda minnu jekk il-firda kienet, fil-
fehma tal-Kumitat, ikkaġunata minħabba infermità  mentali, u din l-
Minuri dipendenti ta’:
(a) raġel li dwar martu
ebda allowance m’hi
qiegħda titħallas; jew
(b) mara 53ċ7 25ċ 17ċ5 15ċ
Minuri dipendenti ta’ raġel li
dwar martu qed titħallas
allowance 36ċ3 22ċ5 15ċ 15ċ
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 11
infermità  mentali kienet ġiet ikkaġunata minn korriment li
jikkwalifika.
Allowances lil 
romol ta’ persuni 
mejta dwar minuri 
dipendenti.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
XXXVIII. 1965.7;
X. 1971.7.
15. (1) Meta persuna tmut direttament minħabba korriment li
jikkwalifika u li jista’ jkun hemm kumpens għalih fuq l-ogħla grad
u jkun hemm minuri dipendenti ta’ dik il-persuna li jkun joqgħod
ma’ l-armla tiegħu jew fil-kustodja tagħha, u li tkun armla li kellha
fil-mewt tagħha l-jedd għal pensjoni tar-romol taħt l-artikolu 14 ta’
din l-Iskema, lil dik l-armla tista’ tinħareġ dwar dak il-korriment
allowance dwar dak il-minuri skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16(4),
allowance skond dan l-artikolu għandha tkun b’rata fil-ġimgħa ta’
mhux iżjed minn sitta u tletin ċenteżmu u tliet milleżmi dwar l-
ewwel minuri, tletin ċenteżmu dwar it-tieni minuri, u tnejn u
għoxrin ċenteżmu u ħames milleżmi dwar kull minuri ieħor.
(3) Meta l-valur fil-ġimgħa ta’ l-għajnuna li tkun qiegħda
tingħata għall-għajxien tal-minuri minn armla li lilha allowance
dwar dak il-minuri tkun inħarġet jew tista’ tinħareġ skond dan l-
artikolu jkun inqas mill-ammont ta’ dak l-allowance, l-ammont ta’
dak l-allowance jista’ jitnaqqas sa l-ammont li jkun daqs dak tal-
valur ta’ ġimgħa.
Pensjonijiet lil 
minuri ta’ persuni 
mejta.
Emendat:
N.G. 391 ta’ l-
1944;
XXXII. 1946.3;
III. 1955.9;
XXXVIII. 1965.8;
X. 1971.8.
16. (1) Meta persuna tmut direttament minħabba korriment li
jikkwalifika u li jista’ jkun ikkumpensat fuq l-ogħla grad, u jkun
hemm minuri dipendenti ta’ dik il-persuna, dak il-minuri tista’
tingħatalu taħt dan l-artikolu dwar dak il-korriment pensjoni skond
id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu:
Iżda -
(a) meta l-persuna li tmut tkun raġel, pensjoni tista’ biss
tingħata lil minuri tiegħu dipendenti jekk dak il-minuri
la jkun joqgħod ma’ l-armla u lanqas ma jkun fil-
kustodja tagħha, u li tkun armla li fil-mewt ta’ żewġha
kellha jedd għal pensjoni tar-romol taħt l-artikolu 14
ta’ din l-Iskema;
(b) meta l-persuna mejta tkun mara, pensjoni tista’ biss
tingħata lil minuri tagħha dipendenti jekk ma jkunx
possibbli, jew ma jkunx raġjonevolment prattikabbli, li
għajnuna għal manteniment tittieħed minn xi
individwu obbligat li jgħin għall-manteniment ta’ dak
il-minuri.
(2) Pensjoni maħruġa lil minuri dipendenti ta’ raġel għandha
tkun bir-rata fil-ġimgħa ta’ mhux iżjed minn sitta u tletin ċenteżmu
u tliet milleżmi fil-każ ta’ l-ewwel minuri, tletin ċenteżmu fil-każ
tat-tieni minuri, u tnejn u għoxrin ċenteżmu u ħames milleżmi dwar
kull minuri ieħor.
(3) Meta pensjoni ta’ armla skond l-artikolu 14 ta’ din l-
Iskema ma tkunx qed titħallas jew ma tkunx qiegħda tiġi wżata għal
jew għall-ġid ta’ l-armla tal-persuna mejta, pensjoni maħruġa taħt
dan l-artikolu lil minuri dipendenti ta’ dik il-persuna tista’, jekk il-
Kumitat jidhirlu xieraq, meta jqies il-fatt illi l-minuri jkun bla omm
jew tneħħa mill-kustodja tagħha jew xi ċirkostanzi oħra tal-każ,
12 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
tkun b’rata fil-ġimgħa ta’ mhux iżjed minn mija u tlieta w erbgħin
ċenteżmu u seba’ milleżmi jew, meta jkun hemm iżjed minn minuri
wieħed dipendenti ta’ dik il-persuna mejta li joqgħod fl-istess dar,
mija u erbgħin ċenteżmu u seba’ milleżmi fil-każ ta’ l-ewwel
minuri f’dik id-dar, u sitta u tletin ċenteżmu u tliet milleżmi fil-każ
ta’ kull minuri ieħor f’dik id-dar.
(4) Meta jkun hemm iżjed minn minuri wieħed dipendenti ta’
raġel mejjet u jkun hemm armla ta’ dak ir-raġel li kellha fil-mewt
tiegħu jedd għal pensjoni tar-romol taħt l-artikolu 14 ta’ din l-
Iskema, ir-rati flimkien ta’ pensjonijiet, jew ir-rati flimkien ta’ xi
pensjonijiet minn dawn flimkien mar-rati ta’ xi allowances taħt l-
artikolu 15 ta’ dan l-Iskema, li jistgħu jitħallsu lil jew dwar it-tfal
dipendenti ta’ dak ir-raġel mejjet ma għandhomx ikunu aktar minn
-
(a) fil-każ li tkun qed titħallas pensjoni tar-romol, ir-rati
flimkien ta’ l-allowances li jkunu jistgħu jinħarġu taħt
l-artikolu 15 ta’ din l-Iskema dwar it-tfal dipendenti
kollha ta’ dak ir-raġel jekk kienu kollha tfal li
dwarhom allowances jistgħu jinħarġu; u
(b) f’każ li pensjoni tar-romol ma tkunx qed titħallas, ir-
rati flimkien li bihom dik il-pensjoni kienet tista’
titħallas lilha li ma kienx għad-disposizzjoni li
minħabba fiha mhix qed titħallas u r-rati ta’ l-
allowances li kienu jistgħu jinħarġu taħt l-artikolu 15
ta’ din l-Iskema dwar it-tfal dipendenti kollha ta’ dak
ir-raġel li kieku kienu kollha tfal li dwarhom
allowances taħt dan l-artikolu kienu jistgħu jinħarġu.
(5) Pensjoni skond dan l-artikolu maħruġa lill-minuri
dipendenti ta’ mara għandha tkun b’rata fil-ġimgħa ta’ mhux iżjed
minn mija u tlieta w erbgħin ċenteżmu u seba’ milleżmi jew, meta
jkun hemm iżjed minn minuri wieħed dipendenti ta’ dik il-persuna
li joqgħodu fl-istess dar, sitta u tletin ċenteżmu u tliet milleżmi fil-
każ ta’ kull minuri ieħor f’dik id-dar.
Pensjonijiet lill-
ommijiet u 
missierijiet ta’ 
persuni mejta.
Emendat:
N.G, 391 ta’ l-
1944;
N.G. 284 ta’ l-
1948;
III. 1955.10;
XXXVIII. 1965.9;
X. 1971.9;
XXV. 1971.6;
XXXVI. 1973.6;
XXIX. 1974.6;
XLV. 1975.7;
A.L. 49 ta’ l-1976;
A.L. 32 ta’ l-1977;
A.L. 145 ta’ l-
1977;
A.L. 115 ta’ l-
1981;
A.L. 3 ta’ l-1987.
17. (1) Meta persuna tmut direttament minħabba korriment li
jikkwalifika li jista’ jkun hemm kumpens għalih fuq l-ogħla grad, u
jkun hemm missier jew omm ta’ dik il-persuna -
(a) li fiż-żmien li tiġrilu l-ħsara jkun fil-bżonn, jew li f’xi
żminijiet wara jaqa’ fil-bżonn, dejjem minħabba li ma
jibqax ta’ l-età  ta’ inqas minn sittin sena jew, fil-każ
ta’ omm, li ma tkunx ta’ l-età  ta’ inqas minn ħamsa u
ħamsin sena, jew minħabba xi marda jew xi ħaġ’oħra
ta’ ħsara li ma tkunx ta’ żmien qasir; u
(b) li għall-għajxien ta’ dak il-missier jew omm huwa kien
regolarment jgħin matul is-sena li taħbat sew sew
qabel il-jum ta’ mewtu, jew matul dak iż-żmien l-ieħor
illi l-Kumitat jista’ f’kull każ speċjali jiddeċidi,
il-missier jew l-omm tista’ tingħatalhom dwar dak il-korriment
pensjoni skond id-disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-artikolu.
(2) (a) Biex jinqata’ jekk u safejn missier jew omm jinsabu
fil-bżonn, il-Kumitat għandu jqis l-ammont ta’ l-
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 13
għajnuna għall-għajxien ta’ dak il-missier jew dik l-
omm illi l-persuna mejta kienet qed toħroġ qabel ma
mietet u illi hija kienet, fil-fehma tal-Kumitat, aktarx
tibqa’ toħroġ li kieku ma mietitx.
(b) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikoli li
ġejjin f’dan l-artikolu, lill-omm tista’ tingħata pensjoni
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jekk hija
tkun armla u jekk il-Kumitat jara illi hija kienet
sostanzjalment tiddependi fuq il-persuna mejta u li hija
tassew tinsab fil-bżonn.
(3) Meta jista’ jingħata benefiċċju lill-missier jew lill-omm
skond dan l-artikolu dwar korrimenti li jikkwalifikaw li jiġru lil
tnejn minn persuni mejtin jew iżjed -
(a) pensjoni waħda biss tista’ tinħareġ taħt dan l-artikolu
dwar dawk il-korrimenti; u
(b) is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu japplika
bħallikieku kien jirreferixxi għall-għajnuna ta’ dawk
il-persuni mejtin kollha.
(4) Meta l-kundizzjonijiet għall-pensjoni taħt dan l-artikolu
jiġu mħarsa fil-każ ta’ l-omm u l-missier tal-persuna mejta jew ta’
tnejn jew iżjed minn żewġ persuni mejta, pensjoni waħda biss tista’
tinħareġ skond dan l-artikolu u dik il-pensjoni tista’ tinħareġ lill-
missier jew lill-omm kif jagħżel il-Kumitat:
Iżda meta dak il-missier u dik l-omm ikunu mifrudin il-
pensjoni tista’, jekk il-Kumitat jidhirlu xieraq, tinħareġ lil kull
wieħed minnhom, iżda r-rata flimkien ta’ dawk il-pensjonijiet ma
tkunx iżjed mill-ogħla rata fil-ġimgħa li biha pensjoni skond dan l-
artikolu kienet tista’ tinħareġ li kieku l-missier u dik l-omm ma
kienux mifrudin.
(5) Il-pensjoni skond dan l-artikolu tkun b’dik ir-rata fil-
ġimgħa illi jiddeċiedi l-Kumitat, li tkun rata fil-ġimgħa li ma tkunx
inqas minn ħmistax-il ċenteżmu u, meta jkun hemm l-omm jew il-
missier biss, li ma tkunx iżjed minn erbatax-il lira u ħamsin
ċenteżmu, u, meta jkun hemm il-missier jew l-omm, ma tkunx iżjed
minn erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu:
Iżda meta minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali l-Kumitat
jidhirlu xieraq, pensjoni tista’ tinħareġ b’rata fil-ġimgħa li tkun
iżjed minn erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu, b’ammont li ma
jkunx iżjed minn erbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu.
(6) Għall-iskopijiet ta’ dan l-artikolu, persuna titqies li hija
missier jew omm tal-persuna mejta jekk dik il-persuna mejta kien
minuri li hija kienet adottat skond il-liġi.
Pensjonijiet lill-
minuri ltiema aħwa 
ta’ persuni mejta.
Emendat:
XXXII. 1946.4;
III. 1955.11;
XXXVIII. 1965.10;
X. 1971.10.
18. (1) Meta persuna tmut direttament minħabba korriment li
jikkwalifika li jista’ jkun hemm kumpens għalih fuq l-ogħla grad u
jkun hemm ltiem li jaħbat ħu jew oħt dik il-persuna li tkun fil-
bżonn u li għall-għajxien tagħha dik il-persuna kienet qed tgħin
regolarment matul is-sena li taħbat sew sew qabel il-jum ta’
mewtha jew matul dak iż-żmien l-ieħor illi l-Kumitat jista’ f’xi każ
speċjali jiddeċiedi, lil dawk ħuh jew oħtu tista’ tingħatalhom skond
dan l-artikolu dwar dak il-korriment, pensjoni b’dik ir-rata fil-
14 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
ġimgħa (li ma tkunx aktar minn tnejn u tletin ċenteżmu u ħames
milleżmi) kif il-Kumitat jista’, wara li jqis kemm dak ħuh jew oħtu
għandhom flus jew jaqilgħu flus, jidhirlu li, fiċ-ċirkostanzi tal-każ,
huwa xieraq:
Iżda -
(a) pensjoni skond dan l-artikolu ma għandhiex tinħareġ
dwar korriment jekk pensjoni jew allowance taħt xi
waħda jew iżjed mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq
f’din it-Taqsima ta’ din l-Iskema tkun qed titħallas
dwar dak il-korriment; u
(b) meta iżjed minn pensjoni waħda maħruġa skond dan l-
artikolu dwar l-istess korriment tkun qed titħallas, ir-
rata flimkien ta’ dawk il-pensjonijiet qatt ma taqbeż
sebgħa u ħamsin ċenteżmu u ħames milleżmi.
(2) Mhux iżjed minn pensjoni waħda tista’ titħallas fl-istess
ħin skond dan l-artikolu lill-istess persuna.
(3) F’dan l-artikolu il-kliem "ħu ltiem jew oħt ltiema", dwar
persuna mejta, ifissru ħu jew oħt il-persuna mejta li missierhom u
ommhom ikunu t-tnejn mejta u li ma jkunux għalqu l-età  ta’
erbatax-il sena, u jfissru wkoll aħwa mill-omm biss jew missier
biss:
Iżda ħu jew oħt dik il-persuna illi -
(i) kien jew kienet fil-jum tal-mewt tal-persuna
mejta għalaq jew għalqet l-età  ta’ erbatax-il sena
u kien jew kienet f’dak il-jum qed jieħu jew
tieħu tagħlim fi skola; jew
(ii) ikunu, fil-jum li fih huwa jew hija jagħalqu l-età
ta’ erbatax-il sena, jmorru l-iskola,
jistgħu jitqiesu, għall-iskopijiet ta’ dan is-subartikolu, bħala ħu jew
oħt ta’ dik il-persuna li ma jkunux għadhom għalqu l-età  ta’
erbatax-il sena sal-jum li fih huwa jew hija ma jibgħux persuni li
jmorru l-iskola jew inkella l-wieħed u tletin ta’ Lulju li jaħbat wara
l-jum li fih huwa jew hija jagħalqu l-età  ta’ ħmistax-il-sena, liema
jkun l-ewwel jum.
Pensjonijiet lil 
romol u minuri 
dipendenti ta’ 
pensjonanti mejta, 
eċċ.
19. (1) Meta xi persuna tmut direttament minħabba korriment
li jikkwalifika u li ma jkunx korriment li jista’ jkun ikkumpensat
fuq l-ogħla grad u jkun hemm -
(a) armla ta’ dik il-persuna li magħha dik il-persuna f’jum
mewtha kienet toqgħod jew li għall-għajxien tagħha
dik il-persuna kienet f’dak il-jum raġjonevolment qed
tgħin; jew
(b) meta ma jkunx hemm dik l-armla, minuri dipendenti
ta’ dik il-persuna,
dik l-armla jew minuri dipendenti tista’, jekk fil-bżonn,
tinħarġilhom skond dan l-artikolu dwar dak il-korriment pensjoni
skond id-disposizzjonijiet li ġejjin.
(2) Pensjoni skond dan l-artikolu tingħata biss jekk il-bżonn
ta’ l-armla jew minuri dipendenti jiġu biss mill-fatt illi, minħabba
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 15
l-mewt ta’ dik l-persuna, pensjoni, superannuation allowance,
somma fis-sena jew dħul ta’ flus ieħor li l-persuna mejta kienet
iddaħħal meta mietet jispiċċaw (sakemm mhux b’xi disposizzjoni
tal-mejta) għall-għajxien ta’ l-armla jew minuri dipendenti.
(3) Pensjoni skond dan l-artikolu għandha tkun b’dik ir-rata
fil-ġimgħa kif il-Kumitat jidhirlu li jixraq fiċ-ċirkostanzi ta’ l-
armla jew minuri dipendenti, iżda ma għandhiex tkun -
(a) fil-każ ta’ l-armla, iżjed mir-rata tal-pensjoni u ta’ xi
allowances dwar xi tfal dipendenti tal-mejta; jew
(b) fil-każ ta’ minuri dipendenti, iżjed mir-rata tal-
pensjoni,
li kienet tista’ tinħareġ skond din l-Iskema lil dik l-armla jew lil
dak il-minuri dipendenti, jekk il-korriment li jkun ġara lil dik il-
mejta kien ikun korriment li jista’ jkun ikkumpensat fuq grad
ogħla.
TAQSIMA IV
Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Allowances tal-Korriment, 
Pensjonijiet u Allowances
Avviż ta’ 
korrimenti li jiġru 
lill-minuri.
20. Ħlief meta l-Kumitat f’xi każ speċjali jordna xort’oħra,
benefiċċju skond din l-Iskema dwar korriment li jikkwalifika (li ma
jkunx korriment li jista’ jkun kompensat fuq l-ogħla grad) li jiġri lil
xi ħadd qabel ma jagħlaq l-età  ta’ erbatax-il sena ma jsirx kemm-il
darba, fi żmien tliet xhur mill-jum li fih il-korriment ġara, dak l-
avviż tal-fatt illi huwa ġralu dak il-korriment u tingħata l-
informazzjoni li tiġi mitluba.
Disposizzjonijiet 
dwar talbiet skond 
din l-Iskema.
21. Ħlief meta l-Kumitat f’xi każ speċjali jordna xort’oħra,
benefiċċju skond din l-Iskema dwar xi korriment ma jsirx kemm-il
darba talba għal dak il-benefiċċju ma ssirx kif ordnat u fiż-żmien
imsemmi hawn taħt, jiġifieri -
(a) meta l-korriment jingħad li neħħa lill-persuna korruta
il-ħila għax-xogħol, żmien ta’ tliet xhur minn dakinhar
illi hija tkorri, jew, jekk hija ma tilfietx il-ħila għax-
xogħol bil-korriment sa wara dakinhar, mill-jum li hija
kienet l-ewwel darba tilfet il-ħila għax-xogħol;
(b) meta l-korriment jingħad li ġieb lill-persuna korruta
disabilità  serja u perdurata, żmien ta’ tliet xhur mill-
liema tkun l-aħħar data mill-imsemmi hawn taħt,
jiġifieri -
(i) id-data li fiha hija korriet;
(ii) f’każ li minħabba fil-korriment il-persuna kellha
tittieħed l-isptar, id-data ta’ meta ma baqatx
tieħu iżjed dik il-kura;
(iii) f’każ li fih issir talba dwar korriment (li ma
jkunx korriment li jista’ jkun ikkumpensat fuq l-
ogħla grad) li jiġrilha qabel ma tagħlaq l-età  ta’
erbatax-il sena, id-data li fiha hija tagħlaq dik l-
età ;
(iv) f’każ li hija kienet, dak inhar li korriet, membru
ta’ xi waħda mill-qawwiet armati tal-Gvern tar-
16 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Renju Unit, jew persuna impjegata fin-nursing
service jew xi servizz ieħor awżiljari ta’ xi
waħda minn dawk il-qawwiet, u kien ikollha
tagħmel servizz il-ħin kollu bħala membru jew
bħala persuna impjegata, id-data li fiha hija ma
baqatx membru jew impjegata;
(ċ) meta t-talba ssir dwar xi korriment li jiġri lil xi
persuna li mewtha tingħad li ġrat direttament
minħabba dak il-korriment, żmien ta’ tliet xhur minn
dak inhar li tmut.
Deċiżjoni fuq 
kwistjonijiet 
mediċi.
22. Meta dwar talba għal benefiċċju taħt din l-Iskema tinqala’
xi kwistjoni medika, dik il-kwistjoni ma tinqatax jekk ma jkunx
ħareġ ċertifikat ta’ tabib jew bord ta’ tobba maħtur jew magħruf
mill-Kumitat, bl-approvazzjoni tal-President ta’ Malta.
Disposizzjoni dwar 
membri tal-
qawwiet armati.
23. (1) Meta persuna li lilha jew dwarha l-benefiċċju jista’
jingħata skond din l-Iskema kienet, fil-jum li fih hija ġralha l-
korriment li dwaru l-benefiċċju jista’ jsir, membru tal-qawwiet
armati tal-Gvern tar-Renju Unit, jew persuna impjegata fin-nursing
service jew servizz ieħor awżiljari ta’ xi waħda minn dawk il-
qawwiet, u kien jinħtieġilha tagħmel servizz il-ħin kollu bħala
membru jew bħala impjegata, ebda pensjoni jew allowance skond
din l-Iskema dwar dak il-korriment ma titħallas -
(a) meta l-korriment ikun ġiebilha disabilità  serja u
perdurata, dwar xi żmien li fih hija tibqa’ membru jew
tibqa impjegata; jew
(b) meta l-mewt tagħha tkun ġrat direttament minnħabba
f’dak il-korriment, dwar xi żmien li fih ikunu qed
jitħallsu xi allowances ta’ servizz tal-gwerra:
Iżda meta l-ammont flimkien ta’ xi pensjoni u allowances
dwar tfal dipendenti li seta’ (li ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
hawn fuq f’dan l-artikolu), tħallas taħt din l-Iskema dwar iż-żmien
imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ dan l-artikolu, jkun iżjed mill-
ammont flimkien ta’ dawk l-allowances ta’ servizz tal-gwerra,
ammont daqs dak iż-żejjed jista’ jitħallas.
(2) F’dan l-artikolu il-kliem "allowances ta’ servizz tal-
gwerra", dwar persuna mejta, ifissru kull pensjoni, allowance,
benefiċċju jew ħlas ieħor magħmul mill-flejjes maħruġin mill-
Gvern ta’ l-Ingilterra, jew mill-Gvern ta’ Malta, f’intervalli ta’
ġimgħa jew intervalli perjodiċi oħra lil xi persuna wara l-mewt
tagħha dwar is-servizz tagħha f’xi waħda mill-qawwiet armati tal-
Gvern tar-Renju Unit jew fin-nursing service jew xi servizz ieħor
awżiljari ta’ xi waħda minn dawk il-qawwiet.
Disposizzjonijiet 
dwar traskuraġni 
jew kondotta 
ħażina.
24. Meta korriment, jew meta nuqqas ta’ ħila għax-xogħol,
disabilità  jew mewt li jiġru minn korriment, jingħadu li saru
minħabba t-traskuraġni serja jew nuqqas tal-persuna li tkorri, il-
Kumitat jista’ jżomm jew iħassar kull benefiċċju li jista’ jsir jew li
jkun sar taħt din l-Iskema dwar dak il-korriment, jew jista’ jnaqqas
l-ammont ta’ dak il-benefiċċju.
Disposizzjoni dwar 
għal min igħodd 
din l-Iskema.
25. Benefiċċju mogħti skond din l-Iskema ma jingħatax dwar
korriment li jiġri barra dawk il-Gżejjer lil -
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 17
(a) persuna li soltu tgħix barra minn dawn il-Gżejjer; jew
(b) persuna li soltu toqgħod f’dawn il-Gżejjer fil-waqt li
tkun nieqsa minnhom għal xi skop personali,
domestiku jew għall-pjaċir.
Disposizzjonijiet 
dwar persuni li 
soltu joqgħodu 
barra minn dawn 
il-Gżejjer.
26. Il-Kumitat jista’ jżomm jew iħassar allowance għall-
korriment, pensjoni jew allowance skond din l-Iskema jekk ikun
sodisfatt illi l-persuna li lilha jew dwarha l-allowance tal-
korriment, pensjoni jew allowance tista’ tingħata jew tkun ingħatat
tkun jew ser toqgħod ordinarjament barra minn dawn il-Gżejjer.
Disposizzjonijiet 
dwar għoti f’mewt.
27. Meta f’talba biex tingħata pensjoni jew allowance skond it-
Taqsima III ta’ l-Iskema, il-mewt ta’ persuna tingħad li ġejja
direttament minħabba korriment, ebda benefiċċju ma jingħata fuq
dik it-talba dwar dak il-korriment jekk ġara ’l hemm minn seba’
snin qabel il-jum li fih dik il-persuna tkun mietet.
Disposizzjonijiet 
sabiex ma jkunx 
hemm ħlasijiet 
doppji.
28. (1) Meta l-Kumitat ikun sodisfatt illi ħlas sar jew sejjer
isir skond disposizzjoni dwar korriment (sew minħabba f’disabilità
jew mewt), ebda pensjoni jew allowance dwar dak il-korriment ma
tingħata skond it-Taqsima III ta’ din l-Iskema u kull ħlas bħal dan li
jkun sar għandu jitħassar.
(2) Meta ħlasijiet perjodiċi jkunu qed isiru skond disposizzjoni
jew skond din l-Iskema lil jew dwar persuna dwar korriment li jiġri
lil xi ħadd, il-Kumitat jista’ jqis is-siwi fil-ġimgħa ta’ dawk il-
ħlasijiet b’żieda ma’ l-ammont ta’ xi pensjoni jew allowance lil jew
dwar dik il-persuna li tkun ħarġet jew tista’ tinħareġ taħt it-
Taqsima III ta’ din l-Iskema dwar xi korriment ieħor (li ma jkunx
korriment li jiġri lil xi ħadd li jkun ġralu korriment imsemmi qabel
f’dan is-subartikolu), u jista’, sabiex ikun ċert illi biss daqshekk,
jekk ikun hemm, minn dak l-ammont illi jiżboq dak is-siwi jiġi
mħallas jew ikun tħallas lil jew dwar dik il-persuna, iżomm jew
iħassar dak il-benefiċċju ta’ dik il-pensjoni jew allowance jew
inaqqas l-ammont tagħhom.
(3) Meta -
(a) ħlasijiet perjodiċi minn flus pubbliċi, li ma jkunux
ħlasijiet skond xi disposizzjoni jew skond din l-
Iskema, ikunu qed isiru lil jew dwar minuri; jew
(b) minuri ikun qed jinżamm f’xi istitut għal kollox jew
prinċipalment miżmum minn flus pubbliċi,
l-ammont ta’ xi pensjoni jew allowance li tista’ tinħareġ jew tkun
inħarġet skond it-Taqsima III ta’ din l-Iskema lil jew dwar dak il-
minuri bħala minuri dipendenti jista’ jitnaqqas b’ammont li jkun
daqs l-ammont fil-ġimgħa ta’ dawk il-ħlasijiet jew b’dawk l-
ammonti illi l-Kumitat jidhirlu xierqa wara li jqis il-fatt illi l-
minuri ikun qed hekk jinżamm.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma żżomm il-Kumitat li jagħmel
għoti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(3) ta’ l-Iskema.
(5) Referenzi fis-subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-artikolu għal
ħlasijiet perjodiċi jew għal pensjoni jew allowance ma jinkludux
referenzi għal ħlasijiet perjodiċi jew għal pensjoni jew allowance li
jitħallsu biss f’każ ta’ bżonn, u referenzi f’dawk is-subartikoli għal
18 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
ħlasijiet perjodiċi magħmulin lil persuna ikunu jinkludu referenzi
għal kull ħlas perjodiku li kienu jkunu saru lil dik il-persuna li
kieku ma nbidlux, u għal kull ħlas perjodiku mogħti lil dik il-
persuna u applikat għall-ġid tiegħu.
(6) F’dan l-artikolu l-kelmiet "disposizzjoni xierqa" jfissru
kull liġi, disposizzjoni jew strument imsemmijin hawn taħt,
jiġifieri-
(a) kull skema magħmul taħt il-United Kingdom Personal
Injuries (Emergency Provision) Act, 1939;
(b) kull liġi ta’ l-Ingilterra msemmija fil-paragrafi (a), (b),
(f), (g) u (i) tas-subartikolu (6) ta’ l-artikolu 30 tal-
United Kingdom Personal Injuries (Civilians) Scheme,
1941.
Disposizzjonijiet 
sabiex jitqiesu l-
ħsarat.
29. (1) Meta xi allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance tista’ tinħareġ jew tkun inħarġet lil xi persuna skond din
l-Iskema, dwar korriment,u dik il-persuna tkun ħadet jew irkuprat
kumpens dwar dak il-korriment, jew tkun tħallsitilha xi somma
għal dak il-kumpens, il-Kumitat jista’ jqis l-ammont fil-ġimgħa ta’
kollox jew dak is-sehem, illi l-Kumitat jidhirlu xieraq, ta’ dawk il-
ħsarat jew ta’ dik is-somma in konsiderazzjoni ta’ l-ammont ta’ dik
l-allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance, u jista’ sabiex
jiżgura illi biss dak l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ dak l-ammont ’il
fuq minn dak il-massimu jiġi mħallas jew ikun tħallas lil jew dwar
dik il-persuna, iżomm jew iħassar il-benefiċċju ta’ dik l-allowance
tal-korriment, pensjoni jew allowance jew inaqqas l-ammont
tagħha.
(2) Meta xi persuna -
(a) tirrifjuta jew tonqos milli titlob, jew li tibda jew
tissokta kawża sabiex tirkupra d-danni dwar korriment
li dwaru allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance jista’ jinħareġ, jew ikun inħareġ lil dik il-
persuna; jew
(b) tissokta kawża sabiex tirkupra d-danni; jew
(ċ) tilqa’ kull somma bħala ħlas sħiħ jew b’kumpens tat-
talba tagħha għad-danni,
u l-Kumitat jidhirlu li dan ir-rifjut, traskuraġni, ċessjoni tal-kawża
jew il-kumpens ma jkunx xieraq, il-Kumitat jista’ jżomm jew
iħassar l-allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance jew
inaqqas l-ammont tagħha.
Disposizzjonijiet 
dwar rifjut ta’ kura.
30. Meta tabib jew bord ta’ tobba maħtur mill-Kumitat għal
dan l-iskop, jiċċertifika illi persuna li jkun ġralha korriment li
jikkwalifika jmissha, għall-ġid tagħha nnifsha, toqgħod għall-kura
tat-tabib għal dak il-korriment, u dik il-persuna ma tkunx trid jew
tittraskura li toqgħod għal dik il-kura, il-Kumitat ikun jista’, jekk
jidhirlu illi r-rifjut jew traskuraġni mhumiex raġjonevoli, iżomm
jew iħassar kull allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance li
jkun sar jew jista’ jsir taħt din l-Iskema dwar dak il-korriment, jew
jista’ jnaqqas l-ammont ta’ xi benefiċċju.
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 19
Setgħa li tinħareġ 
somma sħiħa 
f’daqqa bi ħlas, 
minflok pensjoni 
jew allowance.
31. Meta l-Kumitat ikun sodisfatt fil-każ ta’ xi persuna li lilha
tkun inħarġet pensjoni jew allowance, jew li tista’ tinħareġ, taħt it-
Taqsima III ta’ din l-Iskema, illi l-ħlas ta’ somma f’daqqa minflok
dik il-pensjoni jew allowance ikun xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi
tal-każ, il-Kumitat joħroġ lil dik il-persuna dik is-somma f’daqqa
kif imsemmi hawn qabel, li tkun deċiża skond dawk il-prinċipji kif
jiġi preskritt.
Disposizzjoni dwar 
għoti u ħlas ta’ 
pensjonijiet, eċċ.
32. Kull pensjoni jew allowance skond it-Taqsima III ta’ din l-
Iskema tista’ tinħareġ għal xi ftit taż-żmien jew fuq xi bażi oħra, u
għal dak iż-żmien illi l-Kumitat ikun jidhirlu xieraq, u tkun tista’
titħallas fil-ġimgħa bil-quddiem, u kull frazzjon ta’ ċenteżmu
titqies ċenteżmu.
Ri-eżami ta’ l-
għoti.
33. Il-Kumitat ikun jista’ f’kull żmien jirrevedi kull benefiċċju
li hu jagħmel skond din l-Iskema u, jekk jidhirlu illi minħabba xi
żball ta’ fatt, kull tibdil fil-kundizzjoni jew ċirkostanzi tal-persuna
li lilha l-benefiċċju jkun ingħata, jew għal kull raġuni oħra li tkun,
ikun xieraq li jsir hekk, jkun jista’ jżid jew inaqqas ir-rata ta’ xi
pensjoni jew allowance mogħtija, iħassar benefiċċju, jew joħroġ
benefiċċju ieħor, iżda, illi ebda pensjoni jew allowance ma tiżdied
sa rata li tiżboq ir-rata xierqa msemmija fl-artikolu li skontu kienet
inħarġet.
Disposizzjonijiet 
dwar persuni li 
jidħlu l-isptar, eċċ.
34. (1) Meta xi persuna li lilha pensjoni tista’ tinħareġ jew
tkun inħarġet skond din l-Iskema dwar xi korriment tkun qed
tinżamm f’istitut li għalih dan l-artikolu jgħodd sabiex ikollha kura
tat-tabib għal dak il-korriment, il-Kumitat jista’ jnaqqas dik il-
pensjoni b’dak l-ammont kif jidhirlu xieraq, wara li jqis il-fatt illi
dik il-persuna qed tinżamm fl-istitut.
(2) Meta persuna li lilha pensjoni tista’ tinħareġ jew tkun
inħarġet skond din l-Iskema tkun qed jinżamm f’istitut li għalih dan
l-artikolu jgħodd anki jekk mhux biex ikollha kura tat-tabib għal
korriment li jikkwalifika, jew meta mara li lilha allowance tista’
tinħareġ jew tkun inħarġet skond l-artikolu 12(3) ta’ din l-Iskema
tkun qed tinżamm f’dak l-istitut anki mhux għall-kura, il-Kumitat
jista’ jnaqqas minn dik il-pensjoni jew allowance dak l-ammont
dwar il-għajxien ta’ dik il-persuna f’dak l-istitut kif il-Kumitat
jidhirlu xieraq wara li jqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, u jista’
jħallas l-ammont imnaqqas lill-korp jew persuna li jmexxu dak l-
istitut.
(3) Dan l-artikolu jgħodd għal kull istitut li jkun qed jinżamm
għal kollox jew in parti minn flus pubbliċi u jkun dar tax-xjuħ,
sptar, dar tal-konvalexxenza, sptar tal-mard tal-moħħ, istitut ta’ l-
iltiema, infermerija jew xi istitut bħal dawn.
Ħlas ta’ talbiet 
pubbliċi minn 
pensjonijiet, eċċ,
35. Meta l-Kumitat ikun sodisfatt illi xi somma għandha
tingħata lill-Gvern tar-Renju Unit jew dipartiment tal-Gvern minn
xi persuna li lilha allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance
tkun inħarġet skond dan l-artikolu jew illi xi ħlas żejjed ikun sar lil
xi persuna mill-Gvern tar-Renju Unit jew dipartiment tal-Gvern, il-
Kumitat ikun jista’ jnaqqas minn dik l-allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance dawk l-ammonti u f’dawk iż-żminijiet li
jidhirlu xieraq dwar dik is-somma jew ħlas żejjed u jkun jista’ juża
l-ammont hekk imnaqqas fil-ħlas, jew sabiex iħallas jew jerġa’
jħallas dik is-somma jew ħlas żejjed.
20 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Amministrazzjoni 
ta’ pensjonijiet u 
allowances.
36. (1) Kull allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance,
jew kull somma li tingħata f’daqqa minflok ħlasijiet perjodiċi,
mogħtija skond din l-Iskema, tista’ tkun amministrata skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-artikolu jekk il-persuna li lilha
tkun inħarġet -
(a) ma tkunx għad laħqet l-età  ta’ wieħed u għoxrin sena;
jew
(b) tkun, fil-fehma tal-Kumitat, qed tbati minn xi marda
tal-moħħ u ma tkunx tista’ tmexxi l-affarijiet tagħha;
jew
(ċ) tkun qed tinżamm f’istitut li jgħodd għalih l-artikolu
34 ta’ din l-Iskema jgħodd; jew
(d) tkun persuna li fil-każ tagħha allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance tista’ tintilef jew tkun reġgħet
ingħatat taħt l-artikolu 37 ta’ din l-Iskema,
jew f’xi każ ieħor il-Kumitat jidhirlu illi jkun għall-ġid ta’ dik il-
persuna illi għandha tkun hekk amministrata.
(2) Kull allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance, jew
somma f’daqqa mogħtija lil xi persuna li tkun qed tiġi amministrata
skond dan l-artikolu tista’, dwar il-flus kollha jew dak is-sehem
minnhom illi l-Kumitat jidhirlu xieraq u f’dawk iż-żminijiet li
jidhirlu sewwa, titħallas jew tkun applikata mill-Kumitat għall-ġid
ta’ dik il-persuna, jew lil jew għall-ġid tal-mara jew tar-raġel jew
tal-minuri jew dipendenti ta’ dik il-persuna jew titħallas mill-
Kumitat lil xi persuna li l-Kumitat jidhirlu li hi persuna xierqa u
sewwa sabiex titħallas jew tkun applikata kollha jew sehem minn
dik l-allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance, jew somma
f’daqqa.
(3) Meta parti minn allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance li tkun ġiet amministrata skond dan l-artikolu, meta dik
l-allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance ma tibqax hekk
amministrata, ma tkunx ġiet imħallsa jew applikata, ħlas dwar dik
il-parti jista’ jsir sew f’somma f’daqqa jew biċċa biċċa f’dawk l-
ammonti u f’dawk iż-żminijiet illi l-Kumitat jidhirlu xieraq, iżda
b’dan illi somma f’daqqa jew il-ħlasijiet perjodiċi flimkien ma
jaqbżux is-somma ta’ ħamsa u tletin lira.
Telf ta’ 
pensjonijiet u għoti 
mill-ġdid ta’ 
pensjonijiet 
mitlufa.
37. (1) Meta xi persuna li lilha allowance tista’ tinħareġ jew
tkun inħarġet skond din l-Iskema -
(a) tkun, skond sentenza jew ordni ta’ qorti meta tinsab
ħatja, qed tagħmel żmien il-ħabs jew miżmuma
f’riformatorju jew skola approvata; jew
(b) tkun għadu illi bħala hekk ġiet internata jew detenuta,
tkun ġiet mkeċċija minn dawn il-Gżejjer jew mill-
Ingilteraa; jew
(ċ) tkun persuna illi, skond l-Aliens Restriction Act, 1914,
jew regolament maħruġ skond il-Prevention of
Violence (Temporary Provisions) Act, 1939, jew xi
regolamenti magħmulin taħt l-Emergency Powers
(Defence) Acts, 1939 and 1940, jew is-Civil
Authorities (Special Powers) Acts (Northern Ireland),
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 21
1922 and 1923, tkun detenuta, jew tkun ġiet tturufnata
jew mitluba li titlaq jew ipprojbita li tidħol fir-Renju
Unit, il-Gran Brittanja jew l-Irlanda ta’ Fuq, jew tkun
detenuta, jew tkun ġiet tturufnata, mitluba li titlaq jew
ipprojbita li tidħol f’dawn il-Gżejjer skond xi liġi bħal
dawk li tkun fis-seħħ f’Malta,
il-Kumitat ikun jista’ jżomm il-benefiċċju ta’ dik l-allowance tal-
korriment, pensjoni jew allowance, jew, jekk dik l-allowance tal-
korriment, pensjoni jew allowance tkun ingħatat u tkun għada ma
ntilfitx, jordna illi dik l-allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance tintilef minn dak il-jum illi l-Kumitat jidhirlu xieraq.
(2) Meta xi persuna li lilha pensjoni jew allowance tista’
tinħareġ jew tkun inħarġet skond it-Taqsima III ta’ din l-Iskema
dwar korriment li jiġri lil persuna li tmut, ma tkunx, fil-fehma tal-
Kumitat, jixirqilha li jinħarġilha benefiċċju mill-flus pubbliċi, il-
Kumitat jista’ jżomm dik il-pensjoni jew allowance jew jordna illi
tintilef minn dak il-jum illi l-Kumitat ikun jidhirlu xieraq.
(3) Il-Kumitat jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu u skond dawk il-
kundizzjonijiet u minn dak il-jum illi jidhirlu xieraq, jerġa’ joħroġ,
kollha kemm hi jew sehem minnha, xi allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance li skond dan l-artikolu tkun intilfet.
Disposizzjonijiet 
dwar in-nuqqas li 
jinkiseb ħlas ta’ 
pensjonijiet, eċċ.
38. (1) Ebda somma ma titħallas skond xi benefiċċju mogħti
skond din l-Iskema meta l-persuna li lilha ħlas ta’ dik is-somma
kien jista’ jsir tonqos milli tikseb dak il-ħlas fi żmien tliet xhur
minn dak il-jum li fih setgħet l-ewwel tikseb dak il-ħlas.
(2) Meta persuna li lilha pensjoni jew allowance mogħtija
skond it-Taqsima III ta’ l-Iskema tonqos li tieħu l-pensjoni jew
allowance għal żmien kontinwu ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, il-
Kumitat iħassar il-benefiċċju ta’ dik il-pensjoni jew allowance, u
ebda ħlas ta’ flus lura ta’ dik il-pensjoni jew allowance ma ssir.
(3) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq f’dan l-
artikolu, meta n-nuqqas ta’ xi ħadd li jieħu ħlas ta’ somma fi żmien
tlieta jew sitt xhur minn dakinhar illi huwa seta’ jieħu ħlas tagħha,
jew jiġbed pensjoni jew allowance għal żmien kontinwu ta’ mhux
inqas minn sitt xhur, ikun minħabba ċirkostanzi li għalihom dik il-
persuna ma tkunx tista’, fil-fehma tal-Kumitat, ingħad ġustament
responsabbli, il-Kumitat jista’ jordna li titħallas dik is-somma jew
jordna illi l-benefiċċju ta’ dik il-pensjoni jew allowance ma
jitħassarx, jew jekk ikun laħaq tħassar, jordna li dak il-benefiċċju
jerġa’ jingħata u jista’ jordna illi jitħallsu kollha kemm huma jew
biċċa mill-flejjes li jkunu b’lura ta’ dik il-pensjoni jew allowance:
Iżda l-ammont li jista’ jitħallas dwar xi somom li l-ħlas
tagħhom ma jkunx inkiseb fiż-żmien imsemmi qabel ta’ tlieta jew
sitt xhur jew dwar xi flejjes li jkunu b’lura, ma għandux jaqbeż il-
ħamsa u tletin lira.
Meta romol 
jerġgħu jiżżewġu.
39. Meta jkun hemm benefiċċju skond din l-Iskema li jsir lill-
mara bħala armla jew omm ta’ persuna mejta, il-benefiċċju jieqaf
mis-seħħ tiegħu dakinhar illi l-mara terġa’ tiżżewweġ, jew dakinhar
illi l-omm terġa’ tiżżewweġ, jew dakinhar illi dik l-armla u min
ikun, jew dik l-omm u min ikun barra l-missier il-mejjet, jibdew
jgħixu flimkien bħala raġel u martu:
22 L.S.111.01 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Iżda meta benefiċċju lill-armla ta’ persuna mejta jieqaf bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu u jkun hemm minuri dipendenti ta’ dik il-
persuna mejta li dwaru allowance tkun ingħatat lill-armla, il-
Kumitat jista’ jossokta bil-benefiċċju ta’ dik l-allowance għal dak
iż-żmien li jkun jidhirlu xieraq, li ma jkunx iżjed miż-żmien li
għalih dik l-allowance kienet setgħet titħallas li kieku dak il-
benefiċċju ma kienx waqaf.
Disposizzjonijiet 
dwar 
kundizzjonijiet li 
fuqhom jista’ jsir 
għoti.
40. Meta jsir benefiċċju skond xi Taqsima minn din l-Iskema li
kien biss jista’ jsir li kieku xi kundizzjoni speċifikata f’dik il-parti
ta’ l-Iskema kienet titwettaq, dak il-benefiċċju jieqaf mis-seħħ
tiegħu jekk u meta dik il-kundizzjoni ma tibqax titwettaq.
Disposizzjonijiet 
sabiex tkun tista’ 
ma tinfetaħx is-
suċċessjoni.
Kap. 364.
41. Metal- persuna li lilha seta’ jsir ħlas skond din l-Iskema
qabel ma mietet, tmut qabel dak il-ħlas jsir, u l-ammont hekk mhux
imħallas ma jkunx iżjed minn ħamsa u tletin lira, l-apertura tas-
suċċessjoni jew prova oħra ta’ titolu tar-rappresentant personali tal-
mejta u kull waqfien ta’ ħlas taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jistgħu ma jsirux u ma
jinġibux, u l-ammont hekk mhux imħallas jista’ jitħallas jew
jitqassam bejn il-persuni li jidhru quddiem il-Kumitat bħala persuni
benefikament intitolati għall-attiv personali tal-persuna mejta, jew
bejn xi wieħed jew iżjed minn dawk il-persuni, u, meta jinqata’ s-
sehem li fih l-ammont mhux imħallas għandu jitħallas jew
jitqassam, il-Kumitat jista’ jqis kull ħlas magħmul jew merfugħ
minn xi ħadd akkont ta’ l-ispejjeż tal-funeral tal-persuna mejta.
Disposizzjonijiet u 
ċertifikati li jkunu 
jinħtieġu.
42. (1) Kull persuna li lilha pensjoni jew allowance skond it-
Taqsima III ta’ din l-Iskema, jew somma f’daqqa minflokha, tkun
inħarġet, u kull persuna li lilha ħlas ta’ dik il-pensjoni, allowance
jew somma f’daqqa li lilha jsir għandha, jekk u meta tintalab mill-
Kumitat li tagħmel hekk, tiffirma dik id-dikjarazzjoni illi l-Kumitat
jista’ jordna.
(2) Meta dikjarazzjoni tiġi ffirmata skond is-subartikolu (1)
minn xi persuna li ma tkunx il-persuna li lilha pensjoni, allowance
jew somma f’daqqa tkun inħarġet, jkollu jinġieb, hekk u meta
meħtieġ mill-Kumitat, dak iċ-ċertifikat illi l-Kumitat jista’ jordna.
(3) Jekk dikjarazzjoni jew ċertifikati li jkunu ġew meħtieġa
mill-Kumitat skond dan l-artikolu li jiġu ffirmati jew jinġiebu ma
jiġux iffirmati jew ma jinġibux, il-ħlas tal-pensjoni, allowance jew
somma f’daqqa għandu jinżamm sakemm dak li l-Kumitat ikun
talab ikun sar.
Regolamenti. 43. Suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza, il-President
ta’ Malta jkun jista’ jagħmel regolamenti sabiex ġeneralment
titmexxa din l-Iskema, u dawk ir-regolamenti jistgħu
partikolarment jaħsbu sabiex jippreskrivu -
(a) il-persuni minn min, u l-mod u l-għamla li bihom,
talbiet għal benefiċċji ta’ allowance tal-korriment,
pensjonijiet u allowance skond din l-Iskema jistgħu
jsiru;
(b) in-notamenti, dokumenti u tagħrif ieħor li għandhom
jinġiebu lill-Kumitat minn applikanti dwar dawk it-
talbiet dwar xi allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance li tkun inħarġet skond din l-Iskema;
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.01 23
(ċ) kull ħaġa li skond din l-Iskema għandha tkun
preskritta.
Bidu ta’ l-Iskema.
dak il-jum huwa hawnhekk imsemmi bħala l-bidu ta’ l-Iskema.
(2) Ħlasijiet skond din l-Iskema jistgħu jsiru dwar korrimenti
li jiġru qabel ma bdiet l-Iskema kemm-il darba, ħlief kif permess
mis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, ebda ħlas ma jsir għal xi
żmien qabel dik id-data.
(3) Fil-każ ta’ korriment li jiġri qabel il-bidu ta’ l-Iskema,
jekk, minħabba dak il-korriment, xi persuna tmut jew tbati xi
disabilità  serja u perdurata li tissokta wara l-bidu, il-Kumitat jista’,
fid-diskrezzjoni tiegħu, jħallas mhux iktar min-nofs l-ammont li
kien ikollu jitħallas matul iż-żmien minn dakinhar li jiġri l-
korriment sal-bidu ta’ l-Iskema li kieku l-Iskema kienet fis-seħħ
matul dak iż-żmien:
Iżda ebda ħlas ma jsir kemm-il darba l-Kumitat ma jsibx
b’soddisfazzjon tiegħu illi l-persuna, li għaliha jew għall-ġid
tagħha l-ħlas jista’ jsir, batiet serjament fil-flus minħabba dak il-
korriment u tibqa f’dik it-tbatija finanzjarja wara li tibda l-Iskema.
(4) Dwar korrimenti li jiġru qabel il-bidu ta’ l-Iskema kull
limitu ta’ żmien speċifikat fl-artikoli 8(1), 20 u 21 ta’ l-Iskema
jitqies li ġie mtawwal sat-8 ta’ Novembru, 1941.
SKEDA
1. Dipartiment tal-Prekawzjonijiet kontra l-Attakki mill-Ajru.
2. Pulizija (inkluża r-Riżerva tal-Pulizija u l-Kuntistabbli
Speċjali).
3. Is-Servizz Mediku (f’Emerġenza) tad-Dipartiment tas-
Saħħa.
4. Servizz biex iħottu u jbattlu.
5. Is-Servizz (f’Emerġenza) tat-Tiswijiet tad-Dipartiment tat-
Telefon.
6. Is-Servizz (f’Emerġenza) tat-Tiswijiet tad-Dipartiment ta’
l-Ilma u Elettriku.
7. Uffiċjali Reġjonali tal-Protezzjoni, Uffiċjali tal-
Protezzjoni, Kummissarji Distrettwali u l-persunal
awtorizzat tagħhom.
