KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 111.02
REGOLAMENTI DWAR IL-KORRIMENTI FIL-
PERSUNA LI JIĠRU LILL-PAJŻANI
8 ta’ Ġunju, 1941
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 386 ta’ l-1941.
Titolu.
Korrimenti fil-Persuna li jiġru lill-Pajżani.
Tifsir.
darba l-kuntest ma jeħtieġx xort’oħra, it-tifsira li ġejja -
"allowance" tfisser allowance skond it-Taqsima III ta’ l-Iskema; 
"applikant", dwar allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance, ifisser il-bniedem li tingħatalu dik l-allowance;
"min tingħatalu għajnuna", dwar allowance tal-korriment,
pensjoni, allowance jew somma f’daqqa, jfisser il-bniedem li tkun
ingħatatlu dik l-allowance tal-korriment, pensjoni, allowance jew
somma f’daqqa;
"tutur" ifisser il-missier jew l-omm, tutur jew min jieħu ħsieb
minuri li ma għalaqx l-erbatax-il sena;
"allowance tal-korriment" ifisser allowance tal-korriment skond
it-Taqsima II ta’ l-Iskema;
"tibgħat" ifisser twassal bl-idejn jew bil-posta lis-segretarju tal-
Kumitat;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat maħtur mill-President ta’ Malta
skond l-Iskema;
"pensjoni" jfisser pensjoni skond it-Taqsima II ta’ l-Iskema;
L.S. 111.01
jiġru lill-Pajżani;
u l-espressjonijiet l-oħra kollha li għalihom hemm tifsira fl-Iskema
għandhom, kemm-il darba s-sens tat-test ma jeħtieġx li tfisser
xort’oħra, l-istess tifsira f’dawn ir-Regolamenti.
Mili ta’ formuli.
Kumitat għall-iskopijiet ta’ l-Iskema jew dawn ir-Regolamenti,
hawnhekk imsejħa "formula", dik il-formula tintuża għal dak l-
iskop biss, kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeċidix xort’oħra.
(2) Formula approvata għandha timtela’ qabel ma tintbagħat u
ma titqiesx li hi mimlija sakemm ma jingħatax it-tagħrif kollu
meħtieġ mill-formula.
Min jagħmel it-
talba.
4. (1) Ħlief għal dak li jingħad iżjed ’il quddiem f’dan ir-
regolament, it-talba għal għoti ta’ allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance għandha ssir mill-applikant.
(2) Talba biex tingħata allowance tal-korriment tista’ ssir minn
bniedem awtorizzat mill-applikant bil-miktub sabiex jagħmel dik
it-talba f’ismu.
2 L.S.111.02 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
(3) Talba biex tingħata pensjoni lil applikant li jkun għadu ma
għalaqx l-età  ta’ erbatax-il sena għandha ssir mit-tutur ta’ l-
applikant.
(4) Meta l-Kumitat ikun sodisfatt illi l-applikant ma għandux
ħila jagħmel talba jew, fil-każ ta’ talba biex tingħata allowance tal-
korriment, li jawtorizza lil xi ħadd bil-miktub li jagħmel it-talba
f’ismu, il-Kumitat jista’ jippermetti li talba ssir f’isem l-applikant
mill-mara jew mir-raġel jew minn xi ħaddieħor tal-familja ta’ l-
applikant jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, minn dik il-persuna l-
oħra illi l-Kumitat jidhirlu li hu bniedem xieraq li jagħmel hekk, u
li jkun tabilħaqq qed jagħmel f’isem l-applikant.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar it-
talbiet.
5. Talba għall-allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance issir billi tinbagħat il-formula ta’ talba għal hekk, u
titqies li tkun saret dakinhar illi l-formula tintbagħat.
Ċertifikati ta’ 
nuqqas ta’ ħila, 
ħruġ mill-isptar, 
eċċ.
6. (1) It-talba għall-għoti ta’ allowance tal-korriment dwar
korriment għandha ssir fuq formula u għandu jkollha magħha
ċertifikat illi -
(a) meta l-applikant ikun qiegħed taħt kura għal dak il-
korriment bħala marid fi sptar, għandu jkun ċertifikat
iffirmat minn uffiċjal responsabbli ta’ dak l-isptar li
jiċċertifika illi l-applikant qiegħed taħt dik il-kura;
(b) f’kull każ ieħor, għandu jkun ċertifikat iffirmat minn
tabib tal-Gvern li jiċċertifika illi l-applikant mhux
kapaċi għax-xogħol minħabba dak il-korriment.
(2) It-talba għall-għoti ta’ pensjoni jew allowance dwar
korriment li jingħad li jkun qed iġib lil xi ħadd disabilità  serja u fit-
tul, għandha tkun fuq il-formula u għandu jkollha ċertifikat illi -
(a) f’każ meta l-bniedem disabilitat kien ġie kkurat għal
dak il-korriment fi sptar, għandu jkun ċertifikat minn
tabib ta’ dak l-isptar dwar ix-xorta u effetti ta’ dak il-
korriment;
(b) f’kull każ ieħor, għandu jkun ċertifikat, fuq formula
mgħoddija, ta’ tabib tal-Gvern dwar ix-xorta u l-effetti
ta’ dak il-korriment.
(3) It-talba biex tingħata pensjoni jew allowance dwar
korriment li jintqal li kellu bħala riżultat dirett il-mewt ta’ xi ħadd,
għandu jkun fuq formula u għandu jkollu magħha -
(a) meta dak il-bniedem imut f’dawn il-Gżejjer, b’kopja
jew estratt iċċertifikat, bil-firma tad-Direttur tar-
Reġistru Pubbliku, taċ-ċertifikat tal-mewt ta’ dak il-
bniedem jew b’kopja, ċċertifikata, tar-reġistrazzjoni
fir-Reġistru tal-parroċċa tal-mewt ta’ dak il-bniedem
jew, jekk dawn iċ-ċertifikati ma jistgħux jinġiebu u
jekk il-Kumitat hekk jordna, dak iċ-ċertifikat jew
xiehda oħra illi l-Kumitat jista’ jitlob sabiex jiżgura
ruħu illi dak il-bniedem miet;
(b) meta dak il-bniedem imut x’imkien ieħor, b’dawk iċ-
ċertifikati jew xiehda oħra illi l-Kumitat jitlob sabiex
jiżgura ruħu illi dak il-bniedem miet.
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.02 3
Ċertifikati għal 
nuqqas ta’ ħila li 
tissokta.
7. Dwar allowance tal-korriment li tista’ tingħata, jew tkun
ingħatat, għandu jintbagħat, f’dak iż-żmien illi l-Kumitat jordna,
ċertifikat, fuq il-formula, ta’ tabib tal-Gvern illi l-bniedem, li lilu
dik l-allowance tal-korriment tista’ tingħata, jew tkun ingħatat,
matul iż-żmien li dwaru ħlas ta’ dik l-allowance tal-korriment
tintalab, ma kienx tajjeb għax-xogħol minħabba l-korriment li
dwaru tista’ tingħata jew tkun ingħatat.
Xiehda ta’ xogħol 
bi qligħ.
8. Dwar talba għall-għoti ta’ allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance dwar korriment tal-gwerra li jingħad li kien
korriment li jista’ jkun ikkumpensat fuq l-ogħla grad għaliex il-
bniedem li ġralu l-korriment kien bniedem li jaħdem bi qligħ,
għandha tintbagħat dik il-prova b’dokumenti illi l-Kumitat jista’
jitlob sabiex jiżgura ruħu illi dak il-bniedem kien bniedem li
jaħdem bi qligħ.
Ċertifikati u 
rapporti f’każijiet 
ta’ korriment ta’ 
servizz ta’ ħbit.
9. (1) It-talba għall-għoti ta’ allowance tal-korriment,
pensjoni jew allowance dwar korriment li jingħad li kien korriment
ta’ servizz tal-gwerra li jiġri lil bniedem tad-difiża ċivili għandha
ssir fuq il-formula u għandu jkollha magħha -
Kap. 111.
(a) ċertifikat illi l-bniedem li ġralu dak il-korriment kien
membru ta’ għaqda tad-difiża ċivili meta korra w illi l-
korriment kien korriment ta’ servizz tal-gwerra skond
it-tifsira ta’ "korriment ta’ servizz tal-gwerra" li hemm
fl-artikolu 9 ta’ l-Ordinanza dwar il-Korrimenti (Liġi
ta’ Emerġenza);
(b) rapport dwar il-korrimenti in kwistjoni.
(2) Dan iċ-ċertifikat u dan ir-rapport għandhom isiru fuq il-
formula ffirmata minn uffiċjal responsabbli ta’ l-għaqda ta’ difiża
ċivili li tagħha l-bniedem li ġralu l-korriment kien membru meta
korra.
Xiehda ta’ nuqqas 
ta’ ħila li wieħed 
iżomm lilu nnifsu.
10. Meta dwar talba biex tingħata jew tkompli tingħata
allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance, il-Kumitat jkun
irid prova illi l-bniedem ma għandux ħila jżomm lilu nnifsu,
għandu jintbagħat, f’dak iż-żmien illi l-Kumitat jordna, ċertifikat
fuq il-formula ffirmata minn tabib tal-Gvern dwar il-marda fil-
ġisem jew tal-moħħ li minħabba fiha dak il-bniedem ikun bla ħila li
jżomm lilu nnifsu.
Xiehda ta’ 
kontribuzzjonijiet 
għall-għajxien jew 
għajnuna ta’ 
bniedem.
11. Meta dwar talba biex tingħata jew tkompli tingħata
allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance il-Kumitat ikun
irid prova illi kontribuzzjonijiet kienu saru jew ikunu qed isiru
għall-għajnuna jew għajxien ta’ bniedem, għandha tintbagħat,
f’dawk iż-żminijiet illi l-Kumitat jordna, dik il-prova b’dokumenti
li jkunu saru jew ikunu qed isiru għall-għajnuna jew għajxien ta’
dak il-bniedem.
Xiehda illi tifel ’l 
fuq minn erbatax-il 
sena ikun l-iskola.
12. Meta dwar talba biex tingħata jew tkompli tingħata
allowance tal-korriment, pensjoni jew allowance, il-Kumitat ikun
irid prova illi tifel li jkun laħaq l-età  ta’ erbatax-il sena jkun tifel li
jkun qed jieħu tagħlim fi skola, għandha tintbagħat, f’dawk iż-
żminijiet illi l-Kumitat jordna, dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata
minn uffiċjal prinċipali ta’ l-iskola fejn ikun hemm imniżżel dak it-
tagħrif illi l-Kumitat jista’ jitlob dwar it-tifel f’dik l-iskola.
4 L.S.111.02 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
Xiehda ta’ twelid, 
żwieġ, mewt, eċċ.
13. Dwar talba biex tingħata pensjoni jew allowance għandha
tintbagħat dik il-prova b’dokumenti illi l-Kumitat jista’ jitlob
sabiex jiżgura ruħu dwar -
(a) jum it-twelid, l-omm u l-missier, żwieġ jew mewt ta’
xi ħadd li dwaru l-Kumitat jitlob dik il-prova għall-
iskopijiet ta’ l-Iskema;
(b) il-leġittimazzjoni jew adozzjoni ta’ xi tifel li dwaru l-
Kumitat jitlob dik il-prova għall-iskopijiet ta’ l-
Iskema;
(ċ) il-fatt illi l-applikant huwa t-tutur ta’ l-applikant.
Xiehda ta’ bżonn. 14. Meta dwar talba biex tingħata jew tkompli tingħata
pensjoni jew allowance il-Kumitat jitlob prova illi l-applikant jew
min jingħatalu benefiċċju jew xi ħaddieħor ikun fil-bżonn, għandha
tintbagħat, f’dawk iż-żminijiet illi l-Kumitat jordna, dikjarazzjoni
bil-miktub fuq il-formula li fiha jkun hemm imniżżel iċ-ċirkostanzi
finanzjarji tal-bniedem li jingħad li jkun fil-bżonn, u dik il-prova
b’dokumenti dwar dawk iċ-ċirkostanzi finanzjarji illi l-Kumitat
jitlob sabiex jiżgura ruħu illi dak il-bniedem jinsab fil-bżonn.
Ċertifikati dwar 
studenti u 
apprendisti korruti.
15. Dwar talba biex tingħata pensjoni dwar korriment tal-
gwerra li jingħad li għandu jitqies bħallikieku kien korriment li
jista’ jkun hemm kumpens għalih fuq l-ogħla grad il-għaliex ġrat
lil-applikant fi żmien li fih huwa kien student jew apprendist,
għandha tintbagħat dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata minn uffiċjal
prinċipali ta’ università , kulleġġ, skola jew stabbiliment ieħor ta’
tagħlim, jew minn bniedem responsabbli għat-tagħlim għal xi
sengħa, negozju, professjoni, uffiċċju, impieg jew vokazzjoni, li
tkun dikjarazzjoni li fiha jkun hemm imniżżel dak it-tagħrif illi l-
Kumitat jitlob dwar l-attendenza ta’ l-applikant f’dak l-
istabbiliment ta’ tagħlim jew għal dak it-tagħlim.
Tagħrifa ta’ 
korriment 
f’każijiet ta’ tfal 
korruti.
16. Meta korriment tal-gwerra jiġri lil xi ħadd li jkun għadu ma
għalaqx l-età  ta’ erbatax-il sena, it-tagħrif mitlub mill-artikolu 20
ta’ l-Iskema għandu jingħata billi jintbagħat fil-formula ffirmata
mit-tutur ta’ dak il-bniedem fejn ikun hemm imniżżel dak it-tagħrif
dwar il-bniedem korrut, ix-xorta tal-korriment, iċ-ċirkostanzi li
fihom il-korriment ġara u ħwejjeġ oħra kif jitlob il-Kumitat.
Dokumenti oħra, 
eċċ.
17. Minbarra jew minflok xi dokument li jista’ jintalab skond
dawn ir-Regolamenti, għandha tintbagħat dikjarazzjoni, ċertifikat,
rapport, formula jew prova oħra b’dokumenti jew tagħrif ieħor illi
l-Kumitat jitlob għall-iskopijiet ta’ l-Iskema jew ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Id-dokumenti ma 
jintbagħtux 
darbtejn.
18. Meta dokument ikun intbagħat dwar xi talba, ma jkunx
hemm għalfejn, kemm-il darba l-Kumitat ma jordnax xort’oħra, li
jintbagħat dak id-dokument dwar xi talba li ssir wara.
Eżami tat-tabib. 19. Kull min jiġrilhu korriment li għalih jista’ jingħata jew
ikun ingħata benefiċċju jew jintalab tagħrif skond ir-regolament 16,
u kull min jingħad f’xi talba li ma jistax iżomm lilu nnifsu, għandu,
jekk u meta l-Kumitat jgħidlu li jagħmel hekk, joqgħod, meta u fejn
jordnalu l-Kumitat, għal vista tat-tabib minn tabib jew bord ta’
tobba nominati jew indikati mill-Kumitat għal dak l-iskop.
Dikkjarazzjonijiet 
eċċ.
20. (1) Dak li jingħad f’dan ir-regolament għandu jibda jseħħ
KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI ġ L.S.111.02 5
dwar id-dikjarazzjoni li tista’ tintalab mill-Kumitat li għandha tkun
iffirmata, u ċ-ċertifikat li jista’ jintalab mill-Kumitat li għandu
jinġieb, skond dak li hemm fl-artikolu 42 ta’ l-Iskema.
(2) Id-dikjarazzjoni għandha tkun fuq il-formula u għandu
jkun fiha illi min jagħmilha għandu l-jedd li jdaħħal il-flus tal-
pensjoni, allowance jew somma f’daqqa li tkun ingħatat, u għandu
jkun fiha -
(a) l-isem sħiħ, l-età  jew jum it-twelid u fejn joqgħod min
jinħariġlu l-benefiċċju u, jekk min jagħmel id-
dikjarazzjoni ma jkunx min jinħariġlu l-benefiċċju, l-
isem sħiħ ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni u fejn
joqgħod;
(b) dik l-informazzjoni dwar xi ħadd li għalih l-allowance
tkun inħarġet kif jitlob il-Kumitat;
(ċ) f’każ li fih il-pensjoni jew allowance jieqfu minħabba
fiż-żwieġ ta’ xi bniedem, jekk dak il-bniedem
iżżewweġ jew le;
(d) dak it-tagħrif l-ieħor li l-Kumitat jitlob.
(3) Id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn min
jagħmilha quddiem xhud illi -
(a) għandu jkun bniedem li jkollu dawk il-kwalifiki li
jkunu msemmijin fuq il-formula ta’ dikjarazzjoni;
(b) għandu jgħid sewwa l-kwalifiki li għandu li jagħtuh il-
jedd li jkun xhud; u
(ċ) għandu jiċċertifika illi d-dikjarazzjoni kienet iffirmata
quddiemu u illi huwa jidhirlu illi min għamel id-
dikjarazzjoni huwa dak il-bniedem li jgħid li hu:
Iżda x-xhud ma għandux ikun min jinħariġlu l-benefiċċju
jew il-bniedem li lilu titħallas il-pensjoni, allowance jew somma
f’daqqa jew qarib ta’ min jinħariġlu benefiċċju jew ta’ dak il-
bniedem.
(4) Id-dikjarazzjoni għandha, jekk hekk mitlub mill-Kumitat,
tkun iffirmata quddiem xhud magħżul mill-Kumitat għall-iskop jew
xhud li jkollu dawk il-kwalifiki li jkunu msemmijin mill-Kumitat u
li jkun fiż-żewġ każijiet bniedem li jkollu kwalifika speċifikata fuq
il-formula tad-dikjarazzjoni.
(5) Iċ-ċertifikat għandu jkun iffirmat minn bniedem li jkollu
kwalifika li tagħtih il-jedd li jagħmel xhud għal dikjarazzjoni skond
dak li hemm fis-sub-regolament (3) ta’ dan ir-regolament, u għandu
jiċċertifika meta dak il-bniedem l-aħħar ra’ ħaj ’l min jinħariġlu
benefiċċju.
Ħlas.
allowance għandu, ħlief għal dak lil-i hemm fl-Iskema u f’dawn ir-
Regolamenti, isir lil min jinħariġlu benefiċċju.
(2) Meta l-bniedem li lilu, skond dak li jingħad fl-Iskema jew
f’dawn ir-Regolamenti, jista’ jsir xi ħlas ta’ allowance tal-
korriment, pensjoni jew allowance jista’, li ma kienx għal dak li
hawn f’dan is-subartikolu, jawtorizza lil bniedem ieħor bil-miktub
6 L.S.111.02 ħ KORRIMENTI FIL-PERSUNA LI JIĠRU LIL PAJŻANI
sabiex idaħħal il-ħlas f’ismu, u dak il-ħlas jista’, jekk il-Kumitat
jidhirlu xieraq, isir lil dak il-bniedem l-ieħor:
Iżda -
(a) kull ħlas ta’ allowance tal-korriment maħruġa lil raġel
li jkun miżżewweġ jista’, fil-waqt li dak ir-raġel ikun
l-isptar, isir lil martu mingħajr il-kunsens tiegħu bil-
miktub;
(b) meta l-Kumitat jara sew illi l-bniedem li lilu l-ħlas
jista’, li ma kienx għal dak li hemm f’dan is-sub-
regolament, isir, ma jistax, minħabba xi marda fil-
ġisem jew fil-moħħ, jagħti l-kunsens tiegħu bil-miktub
sabiex ħaddieħor idaħħal il-flus minfloku, il-ħlas jista’
jsir lil min il-Kumitat jidhirlu li huwa bniedem li
jixraqlu li jsirlu dak il-ħlas f’isem il-bniedem li jkun
ibati b’dik il-marda.
(3) Meta xi ħlas ta’ allowance tal-korriment, pensjoni jew
allowance isir skond dak li jingħad fl-Iskema jew f’dawn ir-
Regolamenti lil xi bniedem li ma jkunx min jinħariġlu l-benefiċċju,
l-irċevuta ta’ dak il-bniedem tkun tgħodd biżżejjed quddiem il-
Kumitat għal dak il-ħlas.
Setgħa li jingħata l-
ġurament.
22. Il-Kumitat, jew kull membru tal-Kumitat, hawnhekk
tingħatalu s-setgħa li jagħti l-ġurament lil min irid sabiex iwettaq
jekk dak li hemm f’xi dikjarazzjoni meħtieġa taħt dawn ir-
Regolamenti.
Setgħa li ma 
jitħarsux dawn ir-
regolamenti.
23. Il-Kumitat jista’ jeżenta mill-osservanza ta’ xi ħaġa li
tingħad f’dawn ir-Regolamenti jekk huwa jidhirlu li għandu jsir
hekk.
