KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ L-ILMA TA’ TAĦT L-ART ġ L.S.117.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.01
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGĦ 
TA’ L-ILMA TA’ TAĦT L-ART
20 ta’ Awissu, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 486 ta’ l-1948.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ ta’ l-Ilma ta’ Taħt l-Art.
Tifsir. 
jitlobx xort’oħra -
Kap. 355.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma;
Kap. 355.
"Korporazzjoni" ifisser il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-Ilma
mwaqqfa bl-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma;
"bejgħ" ifisser kull trasferiment skond kull xorta ta’ titolu;
"bir" ifisser kull toqba mħaffra fl-art li minnha jittieħed ilma ta’
taħt l-art jew bil-ħsieb li jittieħed minnha dak l-ilma;
Kap. 355.
"art ikkontrollata għall-ilma" ifisser kull art iddikjarata li hi art
ikkontrollata għall-finijiet ta’ u skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ilma.
3. (1) Ħadd ma jista’ jbigħ ilma ppumpjat jew xort’oħra
meħud minn bjar li jkunu f’art ikkontrollata għall-ilma. Meta jagħti
liċenza, il-Bord jista’ jagħmel dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu
xierqa u jista’ ukoll jiffissa l-ogħla prezzijiet li bihom ix-xirjiet
jistgħu jsiru, sew għal dak li hu ilma meħud fil-post tal-bir kemm
jekk l-ilma hu kkonsenjat f’xi post, u f’dan l-aħħar każ, jista’ ukoll
jiffissa r-rata li għandha titħallas għat-trasport ta’ dan l-ilma.
(2) Il-għoti ta’ liċenza bħal din tista tiġi rifjutata u kull liċenza
li tkun ingħatat qabel tista’ titbiddel jew titħassar mill-Bord f’kull
żmien, f’kull każ mingħajr ma tingħata ebda raġuni għal dak li sar.
Ksur ta’ dawn ir-
regolamenti.
Kap. 355.
4. (1) Jekk il-Bord ikollu xi raġunijiet li bihom għandu
jaħseb, fuq informazzjoni li hu jidhirlu biżżejjed, illi xi persuna
tkun biegħet ilma b’kontravvenzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti jew
bi prezz ’il fuq mill-ogħla prezz stabbilit, huwa jista’, bl-
approvazzjoni minn qabel tal-Ministru responsabbli għas-servizzi
ta’ l-ilma, iħassar jew iwaqqaf kull liċenza mogħtija lil dik il-
persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni
għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
(2) It-tħassir jew it-twaqqif ta’ liċenza taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan ir-regolament ma għandhomx ikunu ta’ impediment biex
jittieħdu proċeduri kriminali kontra l-ħati.
Multi.
ir-Regolamenti jew ibigħ ilma bi prezz ogħla mill-ogħla prezz
iffissat mill-Bord, jekk jinstab ħati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), jista’ jeħel multa ta’
mhux inqas minn għoxrin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira jew
2 L.S.117.01 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ L-ILMA TA’ TAĦT L-ART
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew għal dik
il-multa u priġunerija flimkien.
