KONTROLL TA’ L-ESPORTAZZJONI ġ L.S.117.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.02
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’
L-ESPORTAZZJONI
29 ta’ Ottubru, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 668 ta’ l-1948, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 621 ta’ l-1955, 655 ta’ l-1956 u 298 ta’ l-
1958; u bl-Avviżi Legali 34 ta’ l-1959, 48 ta’ l-1961, 15 ta’ l-1964, 29 u 80
ta’ l-1967, 105 ta’ l-1969, 62 u 105 ta’ l-1970, 22 ta’ l-1973, 114 ta’ l-
1974, 70 ta’ l-1976, 55 ta’ l-1979, 44 ta’ l-1985, 107 ta’ l-1988, 126 ta’ l-
1990, 42 u 154 ta’ l-1991, 42, 44, 45 u 117 ta’ l-1992, 105 ta’ l-1998, 82
ta’ l-1999, 51 u 230 ta’ l-2000, u 196 ta’ l-2003.
Titolu.
Kontroll ta’ l-Esportazzjoni.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 621 ta’ l-
1955;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964.
2. F’dawn ir-Regolamenti -
"Direttur" ifisser id-Direttur tal-Kummerċ u jinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tal-Kummerċ li lilu d-Direttur minn żmien għal
żmien jista’ jagħti xi setgħa jew dmir skond dawn ir-Regolamenti;
"esportazzjoni" tfisser u tinkludi li tibgħat, tieħu jew iġġorr xi
merkanzija minn dawn il-Gżejjer għal xi post ieħor, b’kull xorta ta’
mezz li bih isir it-trasport; u "tesporta" għandu jiftiehem fl-istess
sens.
Projbizzjoni ta’ 
esportazzjoni.
Emendat:
N.G. 621 ta’ l-
1955;
N.G. 655 ta’ l-
1956;
N.G. 298 ta’ l-
1958.
Sostitwit:
A.L. 34 ta’ l-1959.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1964;
A.L. 29 ta’ l-1967;
A.L. 55 ta’ l-1979;
A.L. 126 ta’ l-
1990;
A.L. 42 ta’ l-1991;
A.L. 117 ta’ l-
1992;
A.L. 82 ta’ l-1999;
A.L. 51 ta’ l-2000;
A.L. 230 ta’ l-
2000.
3. (1) Salvi d-disposizzjonijiet tas-subregolament (3) ta’ dan
ir-regolament u tar-regolament 5, l-esportazzjoni ta’ kull
merkanzija minn dawn il-Gżejjer hija projbita ħlief skond liċenza
maħruġa mid-Direttur u skond dawk il-kundizzjonijiet, jekk ikun
hemm, li jkunu speċifikati fil-liċenza.
(2) Id-Direttur jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jiċħad l-għoti ta’
kull liċenza jew, meta jagħtiha, jagħmel dawk il-kundizzjonijiet li
jidhirlu xierqa, inkluż il-prezz li għandu jitħallas għax-xiri ta’
oġġetti, f’kull wieħed mill-każijiet mingħajr ma jagħti ebda raġuni.
(3) Qiegħda hawn tingħata liċenza ġenerali għall-esportazzjoni
minn dawn il-Gżejjer, minbarra għall-esportazzjoni lejn l-Iraq ta’
oġġetti ta’ kull xorta mhux inklużi fl-Iskeda.
Projbizzjoni 
ġenerali.
Miżjud:
A.L. 42 ta’ l-1992.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1992;
A.L. 45 ta’ l-1992.
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull regolament ieħor,
l-esportazzjoni ta’ oġġetti minn dawn il-Gżejjer lejn xi
destinazzjoni, meta l-esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti lejn dik id-
destinazzjoni tkun projbita b’riżoluzzjoni tas-Security Council tan-
Nazzjonijiet Uniti bis-saħħa tal-Kapitlu VII taċ-Charter tan-
Nazzjonijiet Uniti, hija projbita u ma għandha tinħareġ ebda
liċenza għal dik l-esportazzjoni.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), id-Direttur għandu
b’avviż fil-Gazzetta jippubblika minn żmien għal żmien referenza
2 L.S.117.02 ħ KONTROLL TA’ L-ESPORTAZZJONI
għal kull riżoluzzjoni li għaliha japplika l-imsemmi subregolament.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom
japplikaw ukoll għal oġġetti msemmija fis-subregolament (1), li
joriġinaw barra minn dawn il-Gżejjer u li jitniżżlu biss fuqhom bl-
iskop ta’ trasbord.
Artikoli bi ksur 
tad-drittijiet ta’ l-
awtur.
Miżjud:
A.L. 117 ta’ l-
1992.
5. L-esportazzjoni ta’ xi artikolu jew ħaġa oħra magħmula,
manifatturata, duplikata jew mod ieħor riprodotta jew ikkupjata bi
ksur tal-jeddijiet li joħorġu mid-drittijiet ta’ l-awtur li persuna
jkollha u protetti bil-liġi ta’ Malta hija projbita u ebda liċenza ma
tinħareġ għal dik l-esportazzjoni.
Permess għall-
esportazzjoni qabel 
ma titgħabba l-
merkanzija.
L.S. 37.05
6. Min jiesporta jew min jgħabbi xi merkanzija maħsuba
għall-esportazzjoni jew bħala ħażniet ta’ bastimenti għandu, qabel
ma jgħabbi, jagħmel dikjarazzjoni u jiddobba l-permess għall-
esportazzjoni tal-merkanzija billi jikkonsenja lill-uffiċjal tad-
Dwana l-liċenza li tkun ingħatat skond dawn ir-Regolamenti u d-
dokumenti kollha meħtieġa mir-Regolamenti tad-Dwana.
Applikazzjonijiet 
għal liċenzi.
Emendat:
N.G. 621 ta’ l-
1955;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964.
7. L-applikazzjonijiet kollha għall-liċenzi ta’ esportazzjoni
għandhom jsiru fuq formula li tittieħed mid-Dipartiment tal-
Kummerċ u fihom għandu jkun hemm il-partikolaritajiet ta’ l-
ismijiet u indirizzi ta’ min jibgħat u ta’ min jirċievi l-merkanzija u
tal-post fejn l-aħħar għandha tasal l-merkanzija flimkien ma’
dikjarazzjoni mill-persuna li tagħmel l-applikazzjoni fejn jingħad
illi l-partikolaritajiet li hemm fl-applikazzjoni huma veri u
mogħtijin sewwa.
Prova. 8. Kull min jesporta jew jgħabbi merkanzija esportata minn
dawn il-Gżejjer skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti
għandu, jekk ikun hekk meħtieġ mill-Kontrullur tad-Dwana, jagħti,
fiż-żmien li jkun iffissat, prova tajba illi l-merkanzija waslet fil-
post fejn kellha tasal u fejn kienet awtorizzata li tkun esportata bis-
saħħa ta’ dik il-liċenza, u, jekk dan ma jisirx, il-persuna li tesporta
jew tgħabbi tkun ħatja li kisret dawn ir-Regolamenti, sakemm dik
il-persuna ma tippruvax illi ma kenitx tat il-kunsens tagħha u
lanqas ma għamlet ta’ bir-ruħha li ma tafx illi l-merkanzija wasluha
f’post li ma kienx il-post awtorizzat għall-esportazzjoni fil-liċenza.
Dikjarazzjonijiet 
foloz, eċċ.
9. Jekk, sabiex tittieħed liċenza għall-esportazzjoni jew
tagħbija ta’ merkanzija bħala ħażniet ta’ bastimenti, persuna
tagħmel dikjarazzjoni jew tagħti dokument jew informazzjoni illi
hija taf li huma foloz f’xi partikolarità  mportanti jew bi traskuraġni
tagħmel dikjarazzjoni li hija falza f’xi partikolarità  mportanti, din
tkun ħatja li kisret dawn ir-Regolamenti, u kull liċenza li tkun
ingħatat ma tkun ta’ ebda effett.
Id-Direttur jista’ 
jħassar jew ibiddel 
liċenza.
Emendat:
N.G. 621 ta’ l-
1955;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
N.G. 15 ta’ l-1964.
10. Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, iħassar jew
ibiddel mingħajr ma jagħti raġuni kull liċenza li qabel ġiet mogħtija
minnu.
Liċenza ma tibqax 
isseħħ.
11. Liċenza mogħtija għall-esportazzjoni ta’ merkanzija ma
tibqax isseħħ -
(a) jekk il-bejgħ tal-merkanzija ma jkunx ikkonfermat fi
KONTROLL TA’ L-ESPORTAZZJONI ġ L.S.117.02 3
żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha tkun ħarġet
il-liċenza jew f’dak il-perjodu ta’ żmien li jiġi stabbilit
fil-liċenza; jew
(b) jekk il-merkanzija li għaliha tirriferixxi ma tiġix
esportata fi żmien tletin ġurnata mid-data li fiha l-
liċenza tkun ħarġet jew f’dak il-perjodu ta’ żmien li
jiġi stabbilit fil-liċenza; jew
(ċ) jekk ma jiġux osservati l-kondizzjonijiet li jkun hemm
fil-liċenza.
Il-perijodi jistgħu 
jittawlu.
Emendat:
N.G. 621 ta’ l-
1955;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964.
12. Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, u wara li tkun
saret applikazzjoni għal hekk, itawwal xi perijodu ta’ żmien
imsemmi jew impost f’dawn ir-Regolamenti.
Liċenzi maħruġin 
taħt dawn ir-
Regolamenti.
13. Il-liċenzi maħruġin skond dawn ir-Regolamenti ma
jeħilsux lil min għandu dawn il-liċenzi jew lil kull persuna oħra
milli tagħmel dak li hu meħtieġ minn liċenza skond kull liġi oħra.
Applikazzjoni 
għandha jkollha 
fuqha bolli.
14. Kull applikazzjoni skond dawn ir-Regolamenti għandha
jkollha fuqha bolli tal-valur ta’ żewġ ċenteżmi u ħames milleżmi.
Merkanzija 
għandha jkollha 
liċenza ta’ 
esportazzjoni.
15. Ebda kaptan jew persuna nkarigata minn bastiment ma
għandha tirċievi abbord ebda merkanzija li ma jkollhiex liċenza ta’
esportazzjoni. Il-liċenza għandha titwaħħal mal-kopja tal-polza tat-
tagħbija dwar il-merkanzija, li tkun għand il-kaptan.
Il-bank għandu 
jingħata l-kopja 
doppja tal-liċenza.
16. Ebda bank ma għandu jħallas jew jirranġa għall-ħlas ta’
ebda flus għal merkanzija esportata kemm-il darba ma tinġiebx l-
kopja doppja tal-liċenza tagħha. Il-kopja doppja tal-liċenza
jżommha l-bank.
Permess mill-
Kontrullur.
17. Ħadd ma jista’ jġib jew iġiegħel li tittieħed fuq mol jew
post ieħor ebda merkanzija mingħajr permess mingħand il-
Kontrullur tad-Dwana, u kull merkanzija maħsuba għall-
esportazzjoni jew bħala ħażniet ta’ bastimenti għandha titgħabba
biss minn dak il-post fejn ikun hemm imfisser fl-imsemmi permess.
Regolamenti ma 
jappikawx.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1967.
18. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti ma
għandhomx japplikaw safejn ikunu inkonsistenti ma’ ftehim,
arranġament jew akkordju internazzjonali li l-Gvern ta’ Malta ikun
parti tiegħu.
Reati u pieni.
Emendat:
A.L. 114 ta’ l-1974.
19. Kull min jikser jew ma josservax dawn ir-Regolamenti
jkun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), bħala
Qrati ta’ Ġudikatura Kriminali, jeħel il-piena kif jingħad hawn taħt:
(a) meta l-valur tal-merkanzija li tkun ġiet esportata, jew
li dwar l-esportazzjoni tagħha jkun sar tentativ jew atti
preparatorji, ma jkunx ’il fuq minn għoxrin lira, multa
ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda ta’ mhux iżjed
minn ħamsin lira;
(b) meta l-valur tal-merkanzija li tkun ġiet esportata, jew
li dwar l-esportazzjoni tagħha jkun sar tentativ jew atti
preparatorji, ikun ’il fuq minn għoxrin lira iżda mhux
4 L.S.117.02 ħ KONTROLL TA’ L-ESPORTAZZJONI
iżjed minn ħames mitt lira, multa ta’ mhux inqas minn
mitt lira iżda ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur
jew għal dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien;
(ċ) meta l-valur tal-merkanzija li tkun ġiet esportata, jew
li dwar l-esportazzjoni tagħha jkun sar tentativ jew atti
preparatorji, ikun ’il fuq minn ħames mitt lira, multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira iżda ta’ mhux iżjed
minn elf lira u ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sitt xhur;
(d) meta r-reat ikun dwar gas/diesel oil, il-qorti għandha
timponi priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn
għaxart ijiem u mhux iżjed minn sitt xhur u għandha
tordna s-sospensjoni ta’ kull liċenza jew liċenzi
rilevanti jekk ikun hemm, f’isem min jagħmel ir-reat,
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar,
u fil-każijiet kollha l-Qorti tordna barra minn dan il-konfiska tal-
merkanzija li għaliha jirriferixxi r-reat, ukoll jekk sid il-merkanzija
ma jkunx parti fil-proċedimenti.
Miżjuda:
A.L. 34 ta’ l-1959.
Sostitwita:
A.L. 48 ta’ l-1961.
Emendata:
A.L. 105 ta’ l-
1969;
A.L. 62 ta’ l-1970;
A.L. 105 ta’ l-
1970.
Sostitwita:
A.L. 22 ta’ l-1973.
Emendata:
A.L. 114 ta’ l-1974.
Sostitwita:
A.L. 70 ta’ l-1976;
A.L. 55 ta’ l-1979.
Emendata:
A.L. 44 ta’ l-1985;
A.L. 107 ta’ l-
1988;
A.L. 154 ta’ l-
1991;
A.L. 105 ta’ l-
1998;
A.L. 4196 ta’ l-
2003.
SKEDA
(Regolament 3(3))
Għalf għall-annimali - ippreparat
Annimali, ħajjin
Antikitajiet u ħwejjeġ jew oġġetti ta’ valur storiku
Karettuni, karrozzini u landaus
Ċereali
Kimiċi (li jaqgħu taħt il-Kapitoli 28 u 29 tal-Harmonised System
Code)
Muniti
Tagħmir ta’ kostruzzjoni u li jċaqlaq materjal
Tankijiet vojta
Żejt ta’ l-ikel
Ħut frisk
Dqiq
Oġġetti ta’ l-ikel, barra dawn li ġejjin:
Ċikkulata
Custard, jellies u trab flavoured
Frott, fil-laned jew ikkonfettat
Laħam, imqiegħed fil-laned lokalment (barra minn prodotti
tal-majjal)
Funġi
KONTROLL TA’ L-ESPORTAZZJONI ġ L.S.117.02 5
Piżelli fil-laned
Ċilindri tal-gass
Oġġetti tad-deheb (maħdumin jew nofshom maħdumin)
Ingotti tad-deheb
Boroż tal-juta
Ġebla ta’ Malta u oġġetti magħmula minnha
Prodotti taż-żejt, dawn li ġejjin:
Benżina
Żejt tal-fuel
Żejt tal-gass
Pitrolju
Gass likwidifikat
Impjant u makkinarju
Ġlud tal-fniek
Skrapp tal-ħadid u mhux tal-ħadid
Żerriegħa
Oġġetti tal-fidda (maħdumin u nofshom maħdumin)
Materjal strateġiku tal-gwerra
Tessili, dawn li ġejjin kif applikati biss għall-esportazzjoni lejn
il-Komunità  Ewropeja:
Breeches, shorts, qliezet, slacks, minsuġin
Dgħajjes ta’ l-irmonk, pontuni u inġenji bħal dawn 
Vetturi għat-trasport ta’ merkanzija
Wire-mesh għar-rinforz ta’ konkrit
Shearings tas-suf
Djamanti mhux maħduma.
